Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16315 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Bookshop cooperative

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar il-ftehim ta' koperazzjoni bejn il-koperattiva u l-KSU? Min iffirma l-ftehim u għan-nom ta' min? X'iggwadanjat il-KSU? Hemm ftehim bejn l-Universita' u l-KSU li jippermetti lill-KSU tgħaddi l-użu ta' proprjeta' ta' l-Universita' lill-koperattiva? Il-KSU favur dan il-ftehim?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aħħar ftehim li sar bejn il-KSU u l-koperattiva kien fit-23 ta' Ottubru 1998, fejn ġie mġedded il-kuntratt oriġinali li kien sar fl-1996. Ma sar ebda ftehim ta' koperazzjoni bejn il-KSU u l-koperattiva wara dan iż-żmien. Il-ftehim ta' dak iż-żmien kien iffirmat mill-President u l-Koordinatur Edukazzjoni u l-KSU kienet ingħatat Lm1000 bħala sponsorship. Ma hemm ebda ftehim li l-KSU jista' jgħaddi art lil koperattiva. Tant hu hekk li l-art għaddiet lil koperattiva mill-Universita`. Informat li l-KSU ma ssib ebda oġġezzjoni dwar li fatt li ma tistax tgħaddi hi l-art lill-UCBS.
Leg 9 PQ #16319 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior college — Bookshop cooperative

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ma kienx impjegat management professjonali mal-koperattiva minflok sar ftehim ma' terzi persuni? Kemm kienet timpjega nies il-koperattiva meta saret l-għażla? X'se jsir minnhom? Il-ftehim imsemmi jkopri n-negozju tal-koperattiva ġewwa l-Junior College wkoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bil-mandat tal-Laqgħa Ġenerali, il-koperattiva dehrilha li dan kien l-aħjar arranġament li permezz tiegħu setgħet toffri servizz effiċjenti u kompetittiv. Meta saret din l-għażla il-koperattiva kienet timpjega 4 min-nies. Tlieta minn dawn l-erbgħa ġew impjegati mill-operatur, filwaqt li r-raba' impjegata għażlet minn rajha li ma tkomplix fl-impjieg, minkejja li l-operatur il-ġdid offrielha impjieg ukoll. Informat li l-ftehim ikopri n-negozju tal-koperattiva ġewwa l-Junior College ukoll.
Leg 9 PQ #16645 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sport — Skont fuq enerġija

Question

Jista' l-Ministru, bħala responsabbli mill-isport, jikkunsidra li jitlob il-Ministru responsabbli mill-enerġija biex jingħata skont fuq id-dawl użat minn għaqdiet sportivi għall-attivitajiet li jsiru filgħaxija? Jaqbel il-Ministru li b'hekk ikun qed jgħin lill-isport, bħal football li jintlagħab filgħaxija fl-istadium nazzjonali u fis-centenary stadium? Jaf il-Ministru li hemm xi pajjiżi, bħall-Ingilterra, fejn jingħata skont konsiderevoli għall-attivitajiet sportivi li jintlagħbu wara nżul ix-xemx?

Response (GALEA, LOUIS)

Jeżistu diversi forom ta' kif l-għaqdiet sportivi jkunu mgħejjuna għall-attivitajiet li jsiru. Is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru qiegħed ikun ikkunsidrat. Rigward l-eżempju partikolari tal-logħob fl-Isadium Nazzjonali jew is-Centenary Stadium, infakkar lill-Onor. Membru li dawn ingħataw lill-Malta Football Association b'ċens baxx sabiex tgħin lill-M.F.A. tagħmel żvilupp kapitali u tkun tista' anke tikri l-istess faċilitajiet għall-użu sportiv u b'hekk tagħmel dħul mill-istess faċilitajiet. B'hekk l-M.F.A. qegħda tkun mgħejjuna b'mod indirett biex tħallas spejjeż li tkun qegħda tagħmel.
Leg 9 PQ #16646 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tuck shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hijiex sodisfatta bl-ikel u xorb li qed ikun servut lill-istudenti mit-tuck shops/canteens ta' l-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat? Uffiċjali tad-diviżjoni jżuru dawn it-tuck shops biex jiżguraw li l-ikel u x-xorb huwa kompatibbli mal-pariri mogħtija minn tobba u esperti fl-ikel? X'kuntatti jinżammu mad-dipartiment tas-saħħa dwar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hi sodisfatta bl-ikel u xorb li qed ikun servut lill-istudenti mit-"Tuck Shops"/"Canteens" ta' l-iskejjel ta' l-Istat. Fejn kien hemm xi lmenti d-Diviżjoni għaddiethom lid-Dipartiment tas-Saħħa biex isiru spezzjonijiet. Informat ukoll li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni titlob lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jagħmel spezzjonijiet f'kull skola fejn hemm "Tuck Shop". Dawn l-ispezzjonijiet isiru f'perjodi differenti u għall-għarrieda. Id-Dipartiment tas-Saħħa jibgħat rapport ta' kull spezzjoni li ssir. Meta jkun hemm xi lment, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tinforma lill-Kap ta' l-Iskola konċernata biex l-ilment jiġi rimedjat.
Leg 9 PQ #16647 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Skejjel - tuck shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara (spezzjoni) saret minn uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa f'tuck shops/canteens ta' l-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat u dan matul din is-sena skolastika? F'liema skejjel saru? Instab xi ikel u xorb li mhux adattat għat-tfal, speċjalment li hemm rapporti li jgħidu li hemm numru kbir tat-tfal huma overweight?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li matul din is-sena skolastika saru mitejn u seba' (207) spezzjoni minn Uffiċjali ta' dan id-Dipartiment f'`tuckshops/canteens' ta' l-iskejjel, kif jidher hawn taħt. Mija w ħamsin (150), spezzjoni fi skejjel tal-Gvern; Tletin (30), fi skejjel tal-Knisja; Sebgħa w għoxrin (27), fi skejjel privati. L-ispezzjonijiet saru ġo skejjel kif indikati fil-lista annessa - (Dok. A) u li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali mistoqsija għandha tiġi rreferuta lill-Ministru tal-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #16648 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Donazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata flus lill-Knisja għall-iskejjel tagħha s'issa, matul din is-sena skolastika? Kemm hu stmat li se tkun ingħatat sa l-aħħar tas-sena skolastika? Kemm hu previst li se tingħata l-Knisja għas-sena skolastika 2000/01?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont totali ta' flus li ngħataw lill-Knisja s'issa jammonta għal Lm5,735,770. Din is-somma tkopri l-perjodu mill-bidu tas-sena skolastika 1999/2000 sa l-aħħar ta' Ġunju 2000. Sa tmiem l-istess sena skolastika se tkun tħallset is-somma totali ta' 6,915,770. Il-previżjonijiet għas-sena skolastika li jmiss qed jinħadmu.
Leg 9 PQ #16649 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Breathalyser tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura twaqqfet mill-pulizija biex isir it-test tal-breathalyser matul l-ewwel 4 xhur tas-sena? Kemm instabu li kienu fuq il-limitu? Kemm minnhom kienu ġew misjuba pożittivi f'xi darba oħra? Kemm minnhom kienu barranin u ta' liema nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16502, ninsab infurmat li ħadd minn dawk li rriżultaw pożittiv ma kien ġie misjub pożittiv f`xi darba oħra. Ninsab infurmat ukoll li 4 minn dawk misjuba pożittivi kienu ta` nazzjonalita` barranija - tnejn Libjani, wieħed Taljan u l-ieħor minn Wales.
Leg 9 PQ #16650 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Breathalyser tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet mill-pulizija fl-ewwel 4 xhur tas-sena talli ma' aċċettatx li jagħmel it-test tal-breathalyser? Kemm minnhom kienu barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel 4 xhur ta` din is-sena in-numru ta` persuni li l-Pulizija ressqet il-Qorti talli irrifjutaw li jagħtu kampjun tan-nifs kien ta` 18 u li ħadd minnhom ma kien ta` nazzjonalita` barranija.
Leg 9 PQ #16614 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema - European Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw teachers biex jgħallmu is-suġġett tal-European Studies fil-livell sekondarju fl-iskejjel ta' l-Istat? Kemm intgħażlu minnhom biex jibdew jgħallmuh minn Settembru li ġej? Xi kwalifiki kienu meħtieġa biex jintgħażlu għal dan it-tagħlim/jew x'taħriġ se jingħatalhom qabel jibdew jgħallmu dan is-suġġett? Kemm studenti għażlu dan is-suġġett fl-options li jagħmlu fi tmiem Form II?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 205 applikazzjonijiet minn għalliema regolari mill-iskejjel statali, tal-knisja u privati biex jibdew il-kors ta' taħriġ li sar biex jitħarrġu l-għalliema prospettivi tal-European Studies. Kien hemm ukoll 60 applikazzjonijiet (59 mill-B.Ed. u 1 mill-PGCE) għall-għalliema regolari tal-European Studies. Minħabba n-numru kbir ta' applikanti (ie 205) minn dawn setgħu jintlaqgħu biss 60 biex jibdew il-kors ta' taħriġ. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha mhix f'pożizzjoni li tgħid kemm ser ikun hemm għalliema li jgħallmu dan is-suġġett f'Settembru li ġej. Intgħażlu biex jibdew il-kors ta' taħriġ dawk l-għalliema kollha li kienu jgħallmu Storja, Ġografija, Studju Soċjali jew Home Economics. S'issa kien hemm 110 student li għażlu dan is-suġġett ġdid.
Leg 9 PQ #16615 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Registry

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fir-registry tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Jidhirlu l-Ministru li dan hu numru suffiċjenti għal ħteġijiet tad-diviżjoni? Veru li l-uffiċjali spiss jilmentaw li mhumiex jiġu moqdija sewwa f'dak li hu servizz ta' filing, speċjalment meta tonqos persuna partikolari - isimha qed jintbagħat separatament - minħabba sick leave jew leave? Veru li t-telephone tar-registry ikun okkupat il-ħin kollu u l-uffiċjali spiss ikollhom imorru huma stess biex jiġbru l-files meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fir-Registry tad-Diviżjoni bħalissa hemm 5 impjegati klerikali mgħejjuna minn żewġ General Hands. (Sa ftit ilu kien hemm biss 3). Ċertament li għall-volum ta' xogħol li għandha d-Diviżjoni, jeħtieġ li sew il-kwantita` kif ukoll il-kwalita` ta' uffiċċjali tissaħħaħ. Dan isir hekk kif ikun possibbli. Meta tqis in-numru ta' uffiċjali - Diretturi, Assistenti Diretturi u impjegati oħrajn - li hemm fil-Head Office, u magħhom iżżid il-kapijiet ta' l-iskejjel u l-pubbliku, li jkollhom bżonn is-Servizzi tar-Registry, mhux ta' min jiskanta li t-telefons ikunu okkupati. Rigward dawk li jmorru huma biex jinqdew, informat li f'ħafna mill-każi jistgħu jibgħatu l-messaġġiera/ħaddiema oħra biex jaqduhom huma. Tajjeb li l-ewwel jiġi ċċarat li l-uffiċċjal imsemmi hi persuna dedikata ħafna fix-xogħol tagħha u tant li f'diversi okkażjonijiet volontarjament tibqa' taħdem wara l-ħinijiet uffiċjali tax-xogħol u kien f'okkażjonijiet rari ħafna li kienet fuq leave minħabba mard. It-tieni nett jien stess kemm il-darba tlabt li s-sistema tal-filing tiġi organizzata sew għax nemmen fl-importanza tagħhom.
Leg 9 PQ #16616 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ċentru tar-restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fiċ-ċentru tar-restawr jistudjaw ir-restawr tat-tessuti? Xi pjan għandu ċ-ċentru biex fit-tliet snin li ġejjien jirrestawraw l-arazzi tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħal issa, fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr hemm studenta waħda fil-kors tal-Baċellerat fl-Istudji fil-Konservazzjoni u r-Restawr, li qiegħda tispeċjalizza fir-restawr tat-tessuti. Hu maħsub li sa tlett studenti oħra jiddaħlu fl-istess kors meta dan jeġa' jiftaħ f'Ottubru li ġej. L-Onor. Membru isaqsi xi pjan għandu ċ-Ċentru biex "fit-tlett snin li ġejjin jirrestawraw l-arazzi tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann". Informat li din mhux xi biċċa xogħol li tista' titlesta fi tlett snin minħabba d-daqs u kobor ta' l-arazzi kif ukoll in-numru konsiderevoli ta' dawn l-arazzi li flimkien jikkostitwixxu l-akbar set ta' arazzi eżistenti tad-daqs tagħhom (27) li hawn fid-dinja. Il-kobor tal-proġett ma jfissirx li mhu qiegħed isir xejn biex dawn jiġu rrestawrati kif jixraq. Iċ-Ċentru tar-Restawr li twaqqaf f'Mejju 1999 beda jaħdem mill-ewwel fuq ix-xogħol meħtieġ għar-restawr ta' l-arazzi ta' San Ġwann: 1. Fit-2 ta' Awissu 1999 sar on-site inspection minn esperti Taljani fir-restwr tat-tessuti; 2. Matul Awissu-Settembru 1999 sar studju miċ-Ċentru flimkien ma' l-Uffiċju tal-Proġetti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jiġi stabbilit kif għandhom jiġu protetti l-arazzi. 3. Bejn Awissu 1999 u April 2000 sar ukoll studju fuq it-tip ta' vaski meħtieġa biex l-arazzi jkunu jistgħu jitnaddfu. 4. L-ewwel fażi tal-proġett tar-restawr hu d-dokumentazzjoni ta' l-istess arazzi. Dan hu proċess fit-tul li mistenni li jitlesta bejn Ottubru 2000 u Lulju 2001. 5. It-tieni fażi hu l-proċess ta' restawr ta' kull waħda minn dawn il-bċejjeċ prezzjużi u dan hu xogħol li jrid isir biċċa biċċa. Il-vaski apposta li kapaċi jesgħu arazzi ta' bokor ta' 7 metri b'7 metri sejrin jinbnew fil-Laboratorju tat-Tessuti taċ-Ċentru f'bighi sa' Settembru 2001 u wara l- arazzi, 27 b'kollox, jinġiebu wieħed wieħed f'dawn il- Laboratorji. Ix-xogħol fuq kull wieħed jista' jieħu minn 6 xhur sa sentejn xogħol, skond il-kobor u l-ħsara. Għalhekk għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid kemm sejjer idum il-proġett biex jitlesta. Jiddependi wkoll mill-konsistenza ta' l-appoġġ li jibqa' jkollu ċ-Ċentru tar-Restawr.
Leg 9 PQ #16617 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Ċentru Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm okkażjonijiet s'issa fejn iċ-ċentru informazzjoni Malta-EU ħareġ stqarrijiet biex jikkoreġi miż-informazzjoni u konklużjonijiet dwar il-vantaġġi tas-sħubija ta' Malta bħal, per eżempju, li ġejjin Lm100 miljun fis-sena malli sempliċement nirriattivaw l-applikazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Iċ-Ċentru ta' Informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropeja mhuwiex parti jew soġġett għall-awtorita' tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin iżda jagħti kont lill Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC). Dan jagħti aktar awtonomija liċ-Ċentru u jiżgura illi l-informazzjoni li jagħti tkun sħiħa u oġġettiva. Ta' min jgħid illi li kieku l-partit li tiegħu jifforma parti l-Onorevoli Interpellant aċċetta li jipparteċipa fil-MEUSAC, kien ikun infurmat b'kollox dwar l-operat taċ-Ċentru ta' Informazzjoni.
Leg 9 PQ #16618 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Kuntratturi - Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1999 x'każi kien hemm fejn kuntratturi privati għamlu ħsarat fuq il-linji tal-Maltacom f'xogħol li kienu qed jagħmlu? Min kienu l-kuntratturi f'kull każ? X'kienet il-ħsara u l-ħlas biex tissewwa? Min ħallas għall-ispejjeż tal-ħsara f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minhabba n-natura kummercjali ta` Maltacom, ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li tinghata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #16619 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mellieħa - Rimi illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu din is-sena mill-pulizija kontra r-rimi illegali ta' radam fl-inħawi tal-kampanja madwar il-Mellieħa? Kemm kien hemm każi u f'liema postijiet intefa' r-radam illegali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija qegħdha tagħmel ronda regolarment fil-lokalita` msemmija kontra l-abbuż li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li matul l-ewwel ħames xhur ta` din is-sena l-Pulizija qabdet żewġ persuni jitfgħu r-radam illegalment fl-inħawi tal-Qammieħ u Torri l-Abjad.
Leg 9 PQ #16588 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali — Sports

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel f'din is-sħana qawwija li tiġi organizzata sports day għall-istudenti ta' l-iskejjel speċjali fl-ewwel ġimgħa ta' Ġunju meta x'xemx tant hi qawwija u l-Marsa m'hemmx protezzjoni mir-raġġi tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, għalkemm hemm il-ħsieb li wara xi snin wieqfa, ser terġa' tibda ssir l-isports day għall-istudenti ta' l-iskejjel Speċjali, ma kienx maħsub li din issir f'Ġunju u lanqas ma ħarġet xi ċirkolari f'dan is-sens. Ovvjament meta tittieħed deċiżjoni dwar id-data ta' din l-attivita`, (x'aktarx fl-ewwel parti tas-sena skolastika li jmiss) is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru jkun fost dawk li jkunu kunsidrati.
Leg 9 PQ #16590 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Vapur ġdid

Question

Issa li l-vapur il-ġdid tal-Gozo Channel qiegħed jopera regolarment, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-unit costs ta' kull vjaġġ meta mqabbla mal-vapuri l-oħra tal-kumpanija? Jista' jagħti breakdown ta' kif inhuma komposti dawn il-unit costs?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tqabbil mitlub mill-Onorevoli Interpellant ghadu kmieni biex wiehed jaghmlu peress li l-vapur MV Ta` Pinu ghadu mhux qed jahdem fuq l-istess skeda bhall-vapuri l-ohra tal-Kumpanija. Ta` min jghid ukoll li l-vapur MV Ta` Pinu ghandu parametri differenti meta mqabbel mal-vapuri l-ohra.
Leg 9 PQ #16591 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junion College — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tintlaqa' t-talba ta' l-istaff mhux akkademiku tal-Junior College li jkollhom rappreżentanza fil-bord li jmexxi l-kulleġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tat-talba waslitli ftit ġranet ilu u ser tiġi konsidrata fil-mument opportun.
Leg 9 PQ #16592 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Imsida - Skola Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-użu tal-bini ta' l-iskola Mater Dei ta' l-Imsida?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dan l-istadju l-bini ta' l-iskola Mater Dei, Msida ser jibqa' jservi bħala skola għal persuni bi bżonnijiet partikolari.
Leg 9 PQ #16593 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Konsulenti — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu fi tmiemhom il-kuntratti preżenti ta' konsulenti bħas-Sur Alex Manche? Jista'jagħti t-tagħrif f'kull każ? Xi ħsieb għandu l-gvern dwar il-futur ta' dawn il-kuntratti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #16573 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — San Pawl il-Baħar - Pescatore

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tinforza d-deċiżjoni tagħha u tneħħi l-istrutturi illegali mwaħħla mal-bini tal-Pescatore f'San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tpoġġa fuq il-lista ta` każi għal azzjoni diretta. L-Awtorita` qiegħda fil-proċess li taġixxi biex jitneħħew l-istrutturi li nbnew mingħajr permess.