Legislature:
Category:
Reset
Active:

Guardian Angel School

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jiġu ndirizzati l-preokkupazzjonijiet tal-ġenituri taż-żgħażagħ li se jispiċċaw mill-Guardian Angel School u minn Settembru li ġej se jitqassmu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) Hu stmat li hemm 27 persuna b'diżabilita' li f'Settembru li ġej se jispiċċaw mill-iskejjel speċjali u jibdew jużaw is-servizzi taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum. b) Erba' persuni (li għandhom nuqqas ta' vista u diżabilitajiet oħra) ġew trasferiti għaċ-Ċentru ta' Matul il-Jum dan ix-xahar stess. Rigward it-23 persuna b'diżabilita' oħra, il-Ministeru tiegħi jinsab f'diskussjonijiet kif l-aħjar li dawn il-persuni jiġu pprovduti bis-servizzi neċessarji. Dawn id-diskussjonijiet qed isiru kemm internament kif ukoll mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' mal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Taħriġ u għaqdiet oħra mhux governattivi. Il-Ministeru tiegħi, bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, rnexxielu li għal din is-sena jżid il-vot ta' dawn iċ-Ċentri bi Lm65,600 mill-vot li hemm fl-estimi għas-sena 2000, sabiex inkunu nistgħu nipprovdu servizz aħjar lil dawn il-persuni kollha.
Leg 9 PQ #16831 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sena Skolastika 98/99 — Annual Exam Report

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Annual Examination Report ta' l-iskejjel sekondarji għas-sens skolastika 1998/99 imħejji mill-Educational Assessment Unit tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Education Assessment Unit ma tħejjix rapport fuq l-Annual Examination ta' l-iskejjel sekondarji. Għal dawn l-iskejjel din il-Unit tipprepara l-Mean ta' l-iskola f'kull suġġett u l-Mean Nazzjonali. Fl-istess ħin, l-Education Assessment Unit tagħmel rapport fuq l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum. Kopji ta' dan ir-rapport għas-sena 98/99 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16768 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Impjegati pubbliċi — Ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li fis-sena 2001 se tiżdied in-nefqa tal-gvern biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet fil-pagi skond il-ftehim kollettiv għall-impjegati pubbliċi fl-1998?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi jistma li l-effett gross tal-Ftehim Kollettiv fuq in-nefqa tal-Gvern matul s-sena 2001 ser ikun kif ġej; Pagi, Salarji, allowances u overtime Lm23.8 miljuni Kontibuzzjoni tas-Sigurta Soċjali mill- Gvern bħala employer Lm 2.1 miljuni Sehem ta` Kontibuzzjoni ta` l-Istat Lm 2.1 miljuni Pensjonijiet tat-Teżor Lm 2.9 miljuni Pensjonijiet mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali Lm 7.0 miljuni
Leg 9 PQ #16769 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ftehim Kollettiv — Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li fis-sena 2001 se tiżdied in-nefqa tal-gvern biex jagħmel tajjeb għall-aġġustament fil-pensjonijiet skond il-ftehim kollettiv għas-settur pubbliku ta' l-1998?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli għalissa li ngħid kemm hija stmata li se tkun in-nefqa tal-gvern għall-pensjonanti tat-Teżor li jkunu spiċċaw minn mal-gvern bejn l-1 ta` Jannar 1996 u l-31 ta` Diċembru 2000. Għall-pensjonanti tat-Teżor li jispiċċaw matul is-sena 2001 in-nefqa mistennija li tiżdied b`madwar Lm3,000,000. L-effett fuq il-pensjonijiet kontributorji tas-Sigurta Socjali mahsub li jilhaq Lm7 miljun.
Leg 9 PQ #16770 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol alternattiv se jintbagħtu jagħmlu dawk il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding li mhux se jibqgħalhom xogħol x'jagħmlu fuq il-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel?

Response (BONNICI, JOSEF)

S`issa ma ttiehdet ebda decizjoni dwar xoghol alternattiv li jista` jkun mehtieg ghall-haddiema tal-Malta Shipbuilding meta jitlesta x-xoghol fuq il-vapuri ta` Ghawdex.
Leg 9 PQ #16771 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Yacht Marina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fl-1999 jottijiet, laneċ u dgħajjes li sorġew fil-Yacht Marina ta' Għawdex? Kemm kien id-dħul minn din il-marina fl-1999? Kemm kienet in-nefqa biex titmexxa din il-marina f'dak li għandu x'jaqsam ma' pagi u provvista ta' servizzi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #16772 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

CDAU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li qed jistennew li jiġu eżaminati għall-ewwel darba mis-CDAU? Kemm ilu jistenna l-aktar wieħed minnhom? Kemm hemm persuni jaħdmu fis-CDAU u x'inhu x-xogħol differenti tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-referrals kollha li daħlu fis-CDAU huma kollha appuntati. Mill-ewwel tas-sena sa issa ġew appuntati 228 kas. L-aħħar referral kien fit-8 ta` Ġunju u l-każ ser jibda jiġi segwit mis-6 ta` Lulju 2000. It-team multidixxiplinarju li jaħdem fis-CDAU huwa kompost minn:- Konsultent fil-Paedjatrija u Senior Registrar. Psikoloġista kliniku, trainee psychologist u psychiatric nurse. 4 full-time occupational therapists u waħda part-time. 3 speech and language pathologist. 2 full-time physiotherapists u 2 li jattendu `on alternative days`. 2 nurses u 4 health assistants. 5 early intervention teachers mid-dipartiment tal-Edukazzjoni. Othoptist li jattendi darba fil-gimgħa.
Leg 9 PQ #16773 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Statementing Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jistennew li jiġu pproċessati mill-istatementing board għas-sena skolastika li ġejja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 65 tfal li qed jistennew li jiġu pproċessati mill-Istatementing Board, 22 minnhom għad-dħul fl-ewwel sena skolastika li ġejja.
Leg 9 PQ #16744 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet

Question

Fis-sezzjoni ta' Mejju 1999 tas-SEC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-area secondary schools ta' Malta u Għawdex u mil-liema suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16740.
Leg 9 PQ #16745 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tas-Snajja' - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tas-snajja' li fl-1999 bdew l-ewwel sena bl-iskema ta' apprendistat: (a) TAS; u (b) ESTS?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-korsijiet ta' l-ESTS/TAS huma korsijiet post-sekondarji. Informat li l-għadd ta' studenti li bdew l-ewwel sena fl-iskema ESTS huwa 274 u fl-iskema TAS huwa 352.
Leg 9 PQ #16746 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Boroz ta' studju — Korsijiet Universitarji Taljani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16539 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jikkonferma li minn din is-sena l-gvern Taljan waqqaf kull borza ta' studju li kien joffri fit-tul f'korsijiet universitarji Taljani liż-żgħażagħ Maltin? Kemm marru studenti Maltin fuq dawn il-boroz ta' studju Taljan fl-aħħar erba' snin?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern Taljan ma waqqafx il-boroż ta' studju. Il-fondi allokati għall-boroż ta' studju għal din is-sena intużaw biex ikopru l-istudenti li kienu diġa qed jistudjaw l-Italja u li kellhom bżonn iġeddu il-borża ta' studju tagħhom għas-sena 2000 / 2001. In-numru ta' studenti Maltin li marru fuq boroż ta' studju fl-Italja dawn l-aħħar erba' snin kienu kif ġej: - 1996 / 1997: 49 - 1997 / 1998: 45 - 1998 / 1999: 45 - 1999 / 2000: 42
Leg 9 PQ #16765 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Dwejra - Rimi ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-bidu tas-sena 2000 kontra dawk li rmew radam fl-inħawi tad-Dwejra f'Għawdex? Kontra min ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija flimkien ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qegħdin jinvestigaw il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li l-inħawi milquta qed jiġu sorveljati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, xi drabi bl-assistenza tal-Pulizija. L-Awtorita` qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarja sabiex jiġi stabbilit is-sid ta` l-art w eventwalment tinħareġ 'letter to prosecute' skond kif ipprovdut fil-Liġi ta` l-Ippjanar. Ta` min jgħid li sal-bidu ta` Jannar tas-sena 2000 l-Awtorita` ħarġet tliet Avviżi ta` Nfurzar, u wara rapport ta` l-istess Awtorita`, il-Pulizija ħadet ukoll azzjoni legali kontra persuna oħra.
Leg 9 PQ #16766 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biblijoteka Nazzjonali — Restawraturi tal-kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol bħalissa tar-restawraturi tal-kotba li ntbagħtu fil-Biblijoteka Nazzjonali mindu l-apparat li kienu jaħdmu bih ittieħed lejn iċ-ċentru tar-restawr, Bighi? X'għamlu dawn ir-restawraturi mindu tteħdilhom l-apparat? Biex qed jaħdmu bħalissa? X'użu qed isir minn dan l-apparat f'Bighi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħaddiema involuti, bħalissa qed jagħtu sehem fit-taqsima tal-Book Binding u qed iwettqu xogħol relatat bħal daily repair, qtugħ ta' mounts, eċċ. Barra minn hekk dawn qed jaħdmu u jmexxu l-proċess ta' Book Cleaning fil-Bibljoteka wara xogħol ta' stallazzjoni għas-sistemi ta' Fire Protection, liema xogħol inevitabbilment qala' ħafna trabijiet. Informat ukoll li l-apparat F'bIGHIqiegħed jintuża biex isir kwalukwe xogħol ta' restawr li ċ-Ċentru tar-Restawr jintalab jagħmel mis-settur pubbliku u mis-settur privat kif ukoll biex fuqu jitgħallmu l-istudenti li qiegħdin isegwu l-kors tal-Baċċellerat fil-Konservazzjoni u r-Restawr.
Leg 9 PQ #16767 Sitting 313 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bighi — Ċentru tar-Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet se jibda jiċċarġja ċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi għal xogħol li jagħmel għall-gvern f'diversi oqsma? Kif ġew deċiżi dawn ir-rati? X'xogħol għamel s'issa ċ-ċentru għall-gvern? Xi ħlasijiet iċċarġja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li, bħalma jsir f'ħafna postijiet oħra, iċ-Ċentru Malti għar-Restawr jiċċarġja skond il-komplessita` tax-xogħol meħtieġ. Kull biċċa xogħol hija differenti u għalhekk tinħareġ stima ad hoc għal kull biċċa xogħol separata. L-istima tinħareġ mill-Conservation and Restoration Project Management Office taċ-Ċentru wara li dan ikun eżamina t-talba għax-xogħol u jkun talab il-parir ta' l-esperti fil-materja fuq it-tip ta' xogħol meħtieġ. Għalkemm ma jeżistux rati fissi, hemm numru ta' kriterji li jintużaw biex jiġi deċiż jekk iċ-Ċentru għandux jaċċetta x-xogħol u kemm għandu jiċċarġja tiegħu. Dawn il-kriterji jinkludu: 1. Valutazzjoni ta' l-importanza ta' l-oġġett bħala parti mill-wirt storiku, inkluż ir-rarita` ta' l-oġġett u l- kundizzjoni tiegħu; 2. Il-valur didattiku tax-xogħol u l-livell ta' diffikulta` skond l-istadju ta' l-avvanz fit-tagħlim mill-istudenti; 3. In-numru ta' persuni meħtieġ fit-team li jiġi nkarigat mix-xogħol ta' restawr, peress li dan ħafna drabi għandu jsir minn team multi-dixxiplinarju li jinkludi mhux biss restawraturi bi speċjalizzazzjoni f'oqsma differenti iżda wkoll l-isoriku ta' l-arti, il-kimiku, l-arkejologu u l- perit speċjalizzat; 4. Jekk ix-xogħol isirx għall-Gvern jew għas-settur privat; 5. In-numru ta' siegħat li kull membru tat-team tat-restawr ikun mistenni li jqatta' fuq il-biċċa xogħol u r-rata tal- ħlas ta' l-istess membru tat-team; 6. Jekk ix-xogħol se jsir biss minn ħaddiema Maltin jew jekk ikun meħtieġ ukoll l-involviment ta' esperti barranin (li r-rata tal-ħlas tagħhom hija aktar għolja minn dik tal- Maltin); 7. Jekk ix-xogħol meħtieġ ikun tant mgħaġġel jew prezzjuż li dan jista' jsir biss mill-esperti mingħajr ebda involviment ta' l-istudenti. B'hekk iċ-Ċentru jkun f'pożizzjoni jiddeċiedi l-prioritajiet fuq dak ix-xogħol li għandu jaċċetta u dak li għandu jirrifjuta u dan prinċipalment fuq il-kriterji ta' l-importanza ta' l-oġġett għall-patrimonju nazzjonali kif ukoll il-valur didattiku li jista' jkollu dak ix-xogħol. B'din is-sistema ċ-Ċentru jintervjeni u jagħmel ix-xogħol biex isalva oġġett prezzjuż anke jekk sid l-oġġett ma jkunx jiflaħ għall-ispiża (li jiġri ħafna meta xi Dipartiment tal-Gvern ma jkollux il-budget biex isir ix-xogħol) jew meta l-valur didattiku ikun tant għoli li, għalkemm xi biċċa xogħol ma tkunx "economically feasible" l-istudenti jistgħu jiksbu esperjenza utli u għalhekk jagħmel sens li xorta x-xogħol jiġi aċċettat. Minn meta twaqqaf f'Mejju 1999, iċ-Ċentru mexxa jew esegwixxa dawn ix-xogħlijiet għall-Gvern: a) ir-restawr ta' l-East Wing u s-surgical Block f'Bighi, (bla ħlas) b) ir-restawr tal-ħitan interni ta' Villa Bighi, (bla ħlas) c) ir-restawr tal-Conservatorio ta' Bormla, (Lm1,600) d) ir-restawr ta' bosta bċejjeċ taċ-Ċeramika, vażuni tal- Majolica u ħġieġ Ruman għad-Dipartiment tal-Mużewijiet; (bla ħlas) e) ir-restawr tat-tpinġija ta' fuq il-ħajt f'waħda mis-swali tal-Palazz ta' l-Inkwiżitur; (bla ħlas) f) ir-restawr ta' bizzilla antika u kostumi għad-Dipartiment tal-Mużewijiet, (bla ħlas) g) survey tax-xogħol meħtieġ għar-restawr tas-sala tal-Palazzo La Salle għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, (bla ħlas). Iċ-Ċentru ftiehem ukoll li jagħmel xogħol ta' restawr tal-kotba bla ħlas għas-servizzi tiegħu.
Leg 9 PQ #16651 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Kontribuzzjoni settorjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għandux tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16037?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kontribuzzjoni settorjali skond id-dikjarazzjonijiet li saru fil-formoli tat-taxxa għas-sena ta` stima 1999 (dħul li sar matul l-1998) huwa dan : Nru. ta` Taxpayers 1. Impjegati Dħul inqas minn Lm5,000 68,174 5.63% Dħul bejn 5001 - 10,000 40,208 21.96% Dħul aktar minn Lm10,000 7,394 13.57% 2. Pensjonanti 43 ,267 3.40% 3. Individwi oħra 17,863 2.03% 4. Korpi ta` persuni 656 0.20% 5. Self-Employed (Individwi) 13,268 4.32% 6. Kumpaniji 1 0,863 48.88%
Leg 9 PQ #16652 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Inflazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-inflazzjoni, xahar b'xahar, fl-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-rata ta` l-inflazzjoni mahduma fuq it-`twelve month moving average` kienet kif gej: Jannar 2.29 fil-mija Frar 2.37 fil-mija Marzu 2.43 fil-mija Ir-rata ta` inflazzjoni ghax-xahar ta` April, flimkien ma` l-Indici tal-Prezzijiet, ikunu ppubblikati matul dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #16740 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Fis-sena skolastika 1998/99 kemm kien hemm studenti subien u bniet fl-aħħar sena f'kull area secondary ta' Malta u Għawdex? Kemm kien hemm studenti li minnhom qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16741 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Snajja'

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 1998/99 kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tas-snajja' fl-aħħar sena tagħhom? Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tas-Sec u kemm għas-City and Guilds?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti fl-iskejjel tas-Snajja' li kienu fit-tieni sena (ekwivalenti għall-ħames sena fil-livell sekondarju) kien 786 fl-1998/1999, filwaqt li l-għadd ta' dawk li kienu fl-aħħar sena f'korsijiet Post-Sekondarji fl-iskejjel tas-Snajja' kien 86. L-għadd ta' studenti li qagħdu għall-eżami tas-SEC kien 282 filwaqt li l-għadd ta' studenti li qagħdu għall-Eżami tas-City & Guilds huwa ta' 64.
Leg 9 PQ #16742 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Snajja'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tas-snajja' li qagħdu għall-eżami tas-City and Guilds fl-1999? Kemm għaddew u minn liema suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16743 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tas-Snajja'

Question

Fis-sezzjoni ta' Mejju 1999 tas-SEC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-iskejjel tas-snajja' ta' Malta u Għawdex u kemm għaddew u mil-liema suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.