Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm tfal b'diżabilita', inklużi fil-main stream, tal-kindergarten, primarji u sekondarji ta' l-iskejjel tal-Knisja? F'liema skejjel, każ b'każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Fis-sessjoni ta' Mejju 1999 tas-SEC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-Junior Lyceum ta' Malta u Għawdex u mil-liema suġġetti? X'riżultati kisbu? Kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena tal-Junior Lyceums ta' Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm studenti Maltin li se jgawdu minn boroż ta' studju tal-gvern Taljan u jibdew korsijiet universitarji fl-Italja fis-sena akkademika 2000-2001? F'liema suġġetti?
Response (BORG, JOE)
Fis-sena akkademika 2000/2001 ser ikun hemm 27 studenti li ser igawdu minn boroż ta' Studju tal-Gvern Taljan. Dawn huma kollha studenti li l-borża ta' studju tagħhom ġiet imġedda mis-sena ta' qabel.
Is-suġġetti huma kif ġej:
Chemical Engineering
Psychology
Restoration of:- Paintings
Wood
Monuments
Ph.D. Zootechnological Science
Conservation of monuments
Anglo-Italian Literary Relations
Veterinary Medicine
Music Composition
Construction in Cemento Armato
Music: Pianoforte
Harp
Painting
Communications
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' fl-iskola primarja 'A' ta' Birżebbuġa? X'tip ta' diżabilita' għandhom? Jirriżulta li hemm numru ta' tfal b'diżabilita' li l-ġurnata fl-iskola qed iqattgħuha ma' bankijiet u apparat ieħor miġbura f'xi kamra? L-iskola primarja 'A' għamlet xi talba biex tingħata xi kamra mhix użata fl-iskola primarja 'B'? X'ġara minn din it-talba?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 14 tfal b'diżabilita` fl-iskola Primarja 'A' ta' B'Bugia u li jqattgħu l-ġurnata fil-klassi tagħhom mat-tfal l-oħra tal-klassi.
L-iskola Primarja 'A' talbet li tingħata kamra li fil-preżent hija 'store' fi skola 'B' biex fiha jittieħdu t-tfal bi bżonnijiet speċjali meta dawn ikunu jeħteġilhom ftit tal-mistrieħ.
Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex din il-kamra titbattal.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' restawr sar s'issa fiċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi li fih intuża' l-apparat li qabel kien jintuża mir-restawraturi tal-kotba tal-Biblijoteka Nazzjonali? F'hiex kienet tikkonsisti kull biċċa xogħol? Min ħadem b'dan l-apparat biex isir ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-infomrazzjoni mitluba għadha ma waslitlix tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16771 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Ekonomija u li issa ġiet riferuta lilek, u cioe': Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fl-1999 jottijiet, laneċ u dgħajjes li sorġew fil-Yacht Marina ta' Għawdex?
Kemm kien id-dħul minn din il-marina fl-1999?
Kemm kienet in-nefqa biex titmexxa din il-marina f'dak li għandu x'jaqsam ma' pagi u provista ta' servizzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li in-numru ta` jottijiet u laneċ li sorġew fil-Marina ta` l-Imġarr, Għawdex matul is-sena 1999 kien ta` 2267 filwaqt li 165 dgħajsa għamlu użu mill-istess Marina.
Id-dħul matul l-1999 kien ta` Lm86,522.
In-nefqa biex titmexxa` din il-Marina f`dak li għandu x`jaqsam ma` pagi u provvisti ta` servizzi kien ta` Lm28,633.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-assignments differenti li ingħata Dr. Joe Cannataci mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u xi ħlasijiet u allowances ingħata għal kull assignment li ġie mqabbad jagħmel?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħdu l-awtoritajiet tal-Mużew biex jipproteġi l-faċċata tal-"klinika" fi Pjazza Għar id-Dud f'Tas-Sliema, l-aħħar fdal tal-bini ta' dar vittorjana tas-seklu 19 f'Tas-Sliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħal f'każijiet oħra, id-Dipartiment tal-Mużew qed iżomm taħt attenzjoni dak li hu materja ta' konservazzjoni ta' wirt u fejn ikun hemm każijiet ta' żvilupp ta' bini jikkoordina ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet ta' xogħol, bħal paga, eċċ., se jiġi offrut il-principal li se jmexxi l-kulleġġ vokazzjoni l-ġdid u li reklami dwar il-post tiegħu dehru fil-ġurnali fl-aħħar jiem?
Response (GALEA, LOUIS)
Mogħti l-parir li f'dan l-istadu għadu mhux il-mument opportun li jingħad x'kondizzjonijiet ta' xogħol u salarju se jiġu offruti lill-prinċipal li se jmexxi l-kulleġġ vokazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux tracer studies għas-sena skolastika 1998-1999, u jekk iva jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-informazzjoni meħtieġa biex isir it-Tracer Study diġa' ġiet miġbura mill-iskejjel u ssettjata għall-istampa. Qed jiġi konsidrat li fil-ġejjieni qrib it-tagħrif miġbur jiġi pubblikat.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sena skolastika 1998-1999 kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena ta' dawn l-iskejjel: Fra Diego Bonanno;
Teresa Maria Nuzzo; Lorenzo Manche'; Furtu Selvatico; San Ġużepp Ħaddiem? B'liema tip ta' ċertifikati, snajja' u kwalifiki spiċċaw dawn l-istudenti u f'liema oqsma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li kienu fl-aħħar sena skolastika 1998-1999 f'dawn l-iskejjel huma:
Skejjel - Subien Studenti
Form V
L.Manche' Ospizio, Floriana 26
San Ġużepp, Paola 45
F. Selvatico, Naxxar 50
Subtotal 121
Skejjel - Bniet
M.T. Nuzzo, Ħamrun 36
Fra D. Bonanno, Marsa 39
Subtotal 75
Informat ukoll li ċ-ċertifikati li jispiċċaw bihom dawn l-istudenti huma ċ-ċertifikati ta' tmiem il-kors fl-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid fis-sessjoni ta' Mejju, 1999 tas-SEC, kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-iskejjel privati u f'liema suġġetti? X'riżultati kisbu? Kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena ta' dawn l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif dwar it-tielet parti għadu ma wasallix.
Fis-sessjoni ta' Mejju 1999 tas-SEC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-iskejjel tal-knisja u f'liema suġġetti? X'riżultati kisbu? Kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena ta' dawn l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif dwar it-tielet parti għadu ma wasallix.
Peress li kemm-il darba wieħed jisma' li hemm nies li jmexxu eżamijiet fiċ-ċentri fejn isiru l-Matsec u Sec, jista' l-Ministru jgħid kif jiġu appuntati il-Heads of Centre? Kemm hemm bħalissa? Minn dawk li qed imexxu ċ-ċentru fl-eżamijiet li qed isiru bħalissa, kemm minnhom għandhom xi kwalifika akkademika? X'inhu l-ħlas li jieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Head of Centre li jkunu nkarigati jieħdu ħsieb iċ-Ċentri ta' l-Eżamijiet jiġu maħturin mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet. L-ismijiet tagħhom ġew meħuda mid-'Data Base' li ġiet mgħoddija lid-Dipartiment mill-Matsec Support Unit kif ukoll mid-'Data Base' li għandu d-Dipartiment stess.
Għall-eżamijiet ta' Mejju/Ġunju 2000 kien hemm b'kollox wieħed u tletin (31) Head of Centre.
Dawn huma ex-għalliema, uffiċċjali irtirati jew uffiċċjali tal-gvern jew uffiċċjali tad-dipartiment. Mhix meħtieġa kwalifika akkademika biex wieħed jagħti dan is-servizz amministrattiv.
Il-ħlas li jieħdu hu ta' Lm6 kull sessjoni fil-każ tal-Matsec. Fil-każ ta' eżamijiet ta' 'external boards' hu kif ġej:
Ħin Uffiċjali Privati
nofs siegħa Lm 0.70 Lm 0.93
siegħa Lm 1.40 Lm 1.86
sgħatejn Lm 2.79 Lm 3.72
3 siegħat Lm 4.19 Lm 5.58
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jispiċċaw tfal mill-iskola fi ftit għimgħat oħra għaliex ikunu laħqu l-eta' ta' sittax-il sena? Jista' jagħti dettalji dwar kemm se jispiċċaw mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jiġi verfikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni irċevietx xi talbiet minn skejjel indipendenti biex ikun hemm żieda fil-miżati għas-sena skolastika li jmiss? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid minn liema skejjel u kemm hija ż-żieda li qed tiġi proposta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa issa hemm żewġ skejjel Indipendenti li għarrfuni dwar żieda fil-miżati tagħhom għas-sena skolastika 2000/2001.
Dawn huma:
Skola Miżati kull term Żieda
matul is-sena kull term
skolastika 1999/2000 2000/2001
Bambi/Anthony Lawrence
Bartolo
Kindergarten Lm 95 Lm 3
Primary Year 1 and 2 Lm119 Lm 6
Year 3 and 4 Lm126 Lm 6
Year 5 and 6 Lm132 Lm 8
Oranges and Lemons
Kindergarten Lm 75 Lm10
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' skejjel ġodda? Minn min saret kull talba? F'liema lokalita'? F'liema stadju waslet kull applikazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti mil-awtoritajiet ta' l-Istat, tal-Knisja jew skejjel indipendenti biex isiru alterazzjonijiet, estensjoni tal-bini? F'liema lokalita' u f'kull każ x'inhi t-talba? F'liema stadju qiegħda kull applikazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni mpjegati bħala deckhands fil-Pixxina Nazzjonali? Meta ġie mpjegat kull wieħed minnhom? Kemm-il kors ta' first aid/salvataġġ sar għal dawn in-nies fl-aħħar tnax-il xahar? Hemm xi ħsieb li n-numru ta' deckhands jiżdied issa li dieħel is-sajf?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni impjegati bħala deckhands fil-Pixxina Nazzjonali huwa 5. Tliet minnhom, li qabel kienu fuq kuntratt part-time, ġew impjegati fuq bażi regolari f'Settembru 1999. Tnejn oħra ġew impjegati f'Marzu 2000. Sar kors wieħed ta' salvataġġ aktar kmieni din is-sena u attendew b'suċċess il-pool attendants kollha. Għalissa m'hemm ebda ħsieb li jiġu impjegati aktar deckhands.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed tiswa lill-gvern it-tmexxija tad-Detox f'dak li għandu x'jaqsam mediċini bħall-metadone matul sena waħda? Kemm intnefaq sa issa din is-sena u fuq liema mediċini intnefqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 1999, in-nefqa fuq mediċini għaċ-Ċentru Detox, kienet ta' Lm3,343.96. Din il-figura ma tinkludix il-Methadone, billi dan jinġieb mid-Dipartiment tas-Saħħa.
In-nefqa mill-bidu ta' din is-sena s'issa, kienet ta' Lm514.86.
Il-mediċini huma: Octreotide Injections, Naltrexone Tablets, Clonedine Tablets, Effortil Tablets u Dormicom Tablets.