Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sezzjoni tar-registry tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha ħafna xogħol b'lura u l-impjegati ta' din is-sezzjoni qegħdin jaqilgħu t-telefon inkella ma jirrisponduhx jew xi drabi jirrisponduh u jaqtgħu?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dokumenti għal-legar ta' l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern m'għadhomx jintbagħtu fiċ-Ċentru għar-Restawr tal-Kotba tad-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi u Arkivji fi Triq Zekka fil-Belt Valletta? Jista' għaldaqstant il-Ministru jgħid fejn qegħdin jintbagħtu tali dokumenti għal-legar u x'inhu jiġi mitlub li jħallas l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għal tali servizz?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern hemm bookbinder impjegat full-time li jagħmel ix-xogħol kollu tad-dipartiment imsemmi.
Irid jiġi ppreċiżat li fil-Laboratorju tar-restawr tal-Bibljoteka Nazzjonali kienu jintbagħtu biss, wara ordni tal-Qorti, volumi antiki li kienu jirrikjedu xogħol ta` restawr speċjalizzat. Peress li xogħol għall-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern kien isir max-xogħol normali tal-laboratorju msemmi, kull volum li kien jintbagħat hemm għar-restawr kien jieħu madwar sentejn biex jitlesta.
Ninsab infurmat ukoll li l-aħħar volum li kien qiegħed jiġi restawrat ġie rritornat bix-xogħol inkomplet peress li l-uffiċċjali tal-Laboratorju infurmaw lill-Arkivista li ma kienux f`pożizzjoni li jkomplu x-xogħol fuqu. Għaldaqstant intlaħaq ftehim mad-Direttur taċ-Ċentru tar-Restawr ta` Bighi biex ix-xogħol fuq dan l-aħħar volum jitkompla bla ħlas fiċ-ċentru msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid itteħditx id-deċiżjoni li r-restawraturi tal-pittura li kienu jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Mużewijiet jiġu ttrasferiti għaċ-Ċentru Malti tar-Restawr f'Bighi kif ukoll jgħid x'inhi l-miżata li qiegħda tintalab biex f'Bighi entita' tingħata servizz li qabel kien jingħata minn dipartiment tal-Gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jintalab l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern bħala ħlas għal xogħol ta' legar li dan qiegħed jordna liċ-Ċentru Malti għar-Restawr f'Bighi filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi b'mod dettaljat x'inhuma r-rati għas-servizzi kollha li jingħataw mill-istess ċentru?
Jista' l-Ministru jagħmel investigazzjoni kemm jista' jkun malajr fl-Opthalmic Department ta' l-isptar San Luqa dwar kif il-makna ta' l-angiogram/IVFA, li titqies tant importanti għall-pazjenti biex isirulhom testijiet bir-reqqa fl-għajnejn, ilha għal xi żmien bil-ħsara, meta din hija l-unika makna li tinsab f'Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tilqim obbligatorju kontra d-diphteria, tetanus u poliomyletis qed isir lit-trabi fl-eta' ta' xahrejn meta hemm argumenti mediċi favur li dan it-tilqim jista' jkun iżjed effettiv fl-eta' ta' tliet xhur u wara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tilqim obbligatorju kontra r-rubella ma jsirx fl-eta' ta' 11-il sena meta huwa meqjus iżjed effettiv għax it-tilqima tgħodd għal 30 sena u hekk meta qed tingħata lit-trabi ta' 15-il xahar mhix tipproteġi lin-nisa fl-aħħar snin li jista' jkollhom it-tqala?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema ministeri, dipartimenti, korpi parastatali, entitajiet pubbliċi jew privati l-Freeport Terminal Malta Limited tal-Korporazzjoni tal-Freeport qiegħed jagħmel trattivi jew diskussjonijiet biex l-engineering office tagħhom jagħti servizzi ta' konsulenza lilhom billi jgħid fuq liema proġetti tagħhom hu previst li dan l-Uffiċċju jaħdem filwaqt li jagħti lista' ta' l-impjegati li jaħdmu f'dan l-uffiċċju flimkien mal-gradi tagħhom u kopja tal-curriculum vitae ta' kull impjegat partikolari? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif l-istess korporazzjoni qiegħda tħares lejn dan l-uffiċċju ladarba din tiġi pprivatizzata u s-servizzi li tkun qiegħda tagħti lil dipartimenti governattivi filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawk il-ftehim li diġa' kienu ffirmati bejn il-Freeport u l-entitajiet imsemmija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Freeport Terminal Malta plc m`hi taghmel ebda tentattivi biex l-ufficcju ta` l-inginerija taghha jaghti servizz ta` konsulenza.
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema kunsilli lokali d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sejra twettaq xogħlijiet ta' manutenzjoni tul is-sena 2000 u f'liema skejjel bħala parti minn skema ta' sħubija u kollaborazzjoni biex xogħlijiet ta' dan it-tip isiru mal-kunsilli rispettivi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ser twettaq xogħlijiet ta' manutenzjoni tul is-sena 2000 mal-Kunsilli Lokali u fl-iskejjel li ser insemmi:
Kunsill Lokali Skola
Birgu Primarja Birgu
B'Bugia Primarja B'Bugia
Gżira Sekondarja Gżira
Ħamrun Primarja 'B' Ġuże` Paċe
Primarja Tereża Nuzzo, Ħamrun
Kalkara Primarja Kalkara
Marsa Sekondarja Fra Diego Bonanno, Marsa
Sekondarja F.X. Attard, Marsa
Rabat Sekondarja Mtarfa
Naxxar Sekondarja Furtu Selvatico, Naxxar
Tas-Snajja' Stefano Żerafa, Naxxar
Paola Primarja 'A' u 'B' Paola
Qormi Primarja 'A' San Ġorġ, Qormi
Primarja 'B' San Ġorġ, Qormi
Sekondarja San Ġorġ, Qormi
Primarja 'A' u 'B' San Bastjan, Qormi
Isla Primarja Isla
Siġġiewi Primarja Siġġiewi
Santa Venera Primarja 'A' Santa Venera
Tas-Snajja' Umberto Colosso
Żejtun Primarja 'B' Żejtun
Żurrieq Primarja 'A' Żurrieq.
Dr. Joseph A. Cannataci — Employment Engagement Form
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-employment engagement form ta' Dr. Joseph A. Cannataci imħejjija mill-Malta University Services Ltd jew jekk din ma teżistix iqiegħed l-ittra tal-ħatra tiegħu jew il-kuntratt li dan għandu ma' l-istess kumpannija msemmija biex jagħti servizzi lil entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni permezz ta' l-istess kumpannija kif ukoll iqiegħed effort statements ta' l-istess persuna għall-1999 u l-perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?
Jista' l-ministru jagħti t-tagħrif mitlub għall-mistoqsija parlamentari numru 16995?
Response (GALEA, LOUIS)
Għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 16995.
Għat-tielet parti tal-Mistoqsija informat li n-numru ta' Studenti li kienu jattendu fl-iskejjel Privati Indipendenti fis-sena Skolastika 1998/1999 kien:
Numru ta' Studenti
Subien Bniet
157 126
Total 283
Jista' l-Ministru issa jagħti t-tagħrif mitlub għall-mistoqsija parlamentari numru 16996?
Response (GALEA, LOUIS)
Għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 16996.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija, informat li n-numru ta' Studenti li kienu jattendu fl-iskejjel tal-Knisja fl-aħħar tas-sena Skolastika 1998/1999 kien
Numru ta' Studenti
Subien Bniet
770 563
Total 1333
Skejjel — Skola tal-Hairdressing and Beauty Therapy
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se titkabbar l-iskola tal-Hairdressing and Beauty Therapy f'Tas-Sliema?
Jekk le, għaliex mhix se titkabbar?
X'se jiġri mill-flus li kienu se jintnefqu fuq ix-xogħol f'din l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn daħal s'issa s-servizz tal-gwardjani lokali u għal kemm sigħat fil-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-servizz tal-Gwardjani Lokali s`issa daħal f`dawn il-lokalitajiet:
- Pembroke, Sliema, Swieqi, San Ġiljan u San Ġwann.
- Attard, Balzan, Birkirkara, Dingli, Iklin, Lija, Mdina, Rabat u
Santa Venera.
- Għargħur, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Naxxar u San Pawl il-Baħar.
- Gżira, Ħamrun, Msida, Pieta` u Ta` Xbiex.
- Għaxaq, Gudja, Marsaxlokk, Paola, Santa Luċija, Tarxien u
Żejtun.
- Qormi, Siġġiewi u Żebbuġ.
- Rabat (Għawdex), Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem,
Munxar, Nadur, Qala, Sannat, Xewkija u Żebbuġ.
Rigward is-sigħat tal-Gwardjani Lokali għal dan is-servizz nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Kunsilli Lokali individwali imsemmija hawn fuq peress li din il-funzjoni taqa` taħt ir-responsabbilta` tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru, bħala responsabbli mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u l-Management and Personnel Office, jgħid meta hu previst li jinbeda l-proċess ta' l-intervisti għas-sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta' assistant technical officer (civil draughtmanship) fi ħdan it-taqsima bini ta' skejjel tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, liema post hu tant delikat u ta' importanza peress li hemm ħajjet it-tfal fin-nofs fl-iskejjel, filwaqt li jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta' senior technical officer (draughtmanship) fl-istess taqsima?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fir-rigward għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11591.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, jiena nfurmat li l-Management and Personnel Office m'għandux talbiet pendenti biex tinħareġ Sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa mill-ministeru mal-għaqda tal-MPFA biex jingħataw bini bl-istess kriterji ta' għaqdiet sportivi oħra f'Ta' Xbiex biex minn hemm imexxu l-ħidma tagħhom għall-ġid tat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li uffiċjali tal-Malta Playing Fields Association kienu ltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Matul din il-laqgħa kienet ġiet diskussa l-possibilita` li l-art f'Ta' Xbiex li qiegħda tokkupa l-MPFA tiġi mgħoddija lilhom permezz ta' Riżoluzzjoni Parlamentari. Il-każ kien ġie riferut lill-Kunsill Malti għall-Isport biex jinbdew il-proċeduri meħtieġa. Wara laqgħat li saru maċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, beda l-proċess amministrattiv fuq it-talba tal-MPFA. Bħalissa qed nistennew li jkun hemm 'clearance' mid-Dipartimenti konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol għamel s'issa l-bord li nħatar biex jistudja l-impatt tal-mobile phone mast antennae fuq is-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Bord li nħatar biex jifformula kodiċi ta' prattika bbażat fuq studji xjentifiċi u rakkomandazzjonijiet minn istituzzjonijiet internazzjonali wasal fil-fażi li jifformula l-ewwel `Draft' ta' dan il-kodiċi.
Peress li bħalissa x-xogħol fuq il-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke jinsab wieqaf, jirriżultalu l-Ministru li fuq il-lant tax-xogħol hemm perikli għat-tfal u l-istaff?