Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi vverifikat jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex qed tirċievi b'mod korrett l-allowance tat-tfal? Jekk huwa korrett dak li qed tirċievi, jista' jiġi spjegat lilha għaliex qed tirċievi inqas minn qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkoncernata giet infurmata bic-cirkostanzi kollha taghha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'effett kellu fuq is-servizzi offruti mill-ischools library service l-hekk imsejjaħ deployment ta' l-assistant librarian fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 15727?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija numru 17550.
Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16575?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu bejn l-1 ta` Settembru 1999 u s-6 ta` Gunju, 2000, kien hemm tnax-il kaz ta` hsara fuq cables taht l-art li saret jew setghet saret minn kuntratturi. Mhux dejjem jista` jinghad min kien responsabbli ghall-hsara peress li f`diversi okkazjonijiet il-hsara tizviluppa xi granet wara li l-cable ikun intlaqat. F`kull kaz isir rapport lill-pulizija fl-ghassa tal-lokal fejn tkun saret tali hsara sabiex wara li jsir l-istharrig mehtieg ikunu jistghu jittiehdu passi legali kontra l-kuntrattur involut.
Id-dettalji dwar dawn il-kazi hija kif gej:
DATA LOKALITA` KUNTRATTUR SPIZA
INVOLUTA
15.09.1999 A ttard, Lija Calex Contractor Lm 666
19.09.1999 Mriehel Lortan Zammit f`isem Lm1147
Santa Venera Paul Zammit
Qormi
21.10.1999 Hal-Far Mhu x maghruf Lm 400
Qrendi
Zurrieq
03.12.1999 Ha l-Far Mhux maghruf Lm 400
Qrendi (probabbilment kien
Zurrieq qed jaghmel xoghol
ghall-MDC
06.12.1999 B ahrija Ivan Borg (Enemalta) Lm 530
10.01.2000 Kirkop, Luqa Anthony Aquilina Lm 600
(Enemalta- Suspett)
18.02.2000 Wied il-Ghajn Charles Giordimaina Lm 390
(privat)
10.05.2000 Marsa , Luqa, Mhux maghruf
Qormi (probabbilment kien Lm 600
qed jahdem ghall-W.S.C.)
13.05.2000 Birkirkara E . Bonavia (kien qed Lm 554
Iklin jahdem ghal AX
San Gwann AX Construction)
19.05.2000 Mgarr, Rabat Kuntrattur tal-Maltacom Lm 390
22.05.2000 Gharghur Maksar Ltd. Lm 460
24.05.2000 Mellieha Polidano Brothers Lm 628
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-Ministeru li jwettaq dak li titlob l-għaqda dinjija tas-saħħa u taħdem biex l-eta' legali tal-konsum ta' l-alkaħol u tabakk issir 18 minflok 16?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment għall promozzjoni tas-Saħħa jaqbel u qiegħed jaħdem biex l-eta legali ta` bejgh ta` alcohol u tabakk tittella għall 18 il-sena skond kif rekomandat mill-W.H.O.
Waqt li din hija miżura importanti d-Dipartiment qiegħed jagħmel kampanja
edukattiva fuq iz-zagħzagħ dwar il-perikoli ta` l-alkohol u tabakk.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għalliem li ismu qed jintbagħat separatament li jagħmel ukoll xogħol ta' librar fl-iskola sekondarja tas-subien ta' Sta. Venera ilu minn Novembru 1998 ma jitħallas l-allowance ta' librar? Meta se jingħata dak li għandu dritt għalih?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliem indikat mill-Onor. Membru fil-fatt jitħallas 'allowance' ta' Lm120 fis-sena li jkopru dmirijiet ta' 'special responsibility' inkluż xogħol ta' librar.
Dan skond kif inhu stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern u l-M.U.T.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar xahar ir-rivisti The Economist u Time kienu nieqsa mill-Biblijoteka Nazzjonali u għalhekk ma setgħux jikkonsultawhom meta marru biex jarawhom dawk li jmorru l-Biblojoteka Nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-deċiżjoni biex tiġi sospiża s-sottoskrizzjoni tar-rivisti msemmija isir dan il-waqfien ittieħdet f'Awissu 1999 waqt laqgħa bejn id-Direttur tal-Librerija u Uffiċjali tad-Dipartiment li jaħdmu direttament mal-pubbliku u oħrajn li jaħdmu fis-sezzjoni tas-subscriptions.
Is-sitwazzjoni ġiet mistħarrġa sewwa u din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba:
a) li t-talba għal dawn iż-żewġ rivisti mill-pubbliku u minn
riċerkaturi kienet waħda minima għall-aħħar; u
b) tnaqqis ta' fondi allokati għal subsriptions, u għalhekk
inħass il-bżonn li l-flus allokati jintużaw biex jinxtraw
rivisti li mhux faċli u li rarament wieħed jista' jara jew
jakkwista minn ħwienet tal-kotba u stationeries li għall-
kuntrarju lkoll ikollhom ir-rivisti The Economist u Time.
Beħsiebni nitlob il-parir tal-Kumitat dwar il-Libreriji Pubbliċi dwar id-deċiżjoni tad-Dipartiment konċernat.
Jistgħu l-awtoritajiet tal-Biblijoteka jirrispondu l-ittra li qed tintbagħat separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riċevuta datata 27 ta' April 2000 indirizzata lis-sur Nardu Balzan Imqareb għad-depożitu li hu għamel fil-Bibljoteka Nazzjonali tal-pubblikazzjoni tiegħu Take Interest And See How It Works in Practice: The Justice of Malta 5. L-ittra tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2000, sfortunatament inqabdet ma' xogħol ieħor u ma ġietx imwieġba. Ser isiru l-verifiki biex jiġi assigurat li l-irċevuta in kwestjoni tasal għand il-konsenjetarju tad-dokument imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar il-petizzjoni ppreżentata mir-residenti tal-Qrendi li tesprimi tħassib dwar ħruq ta' nar ta' l-art ħdejn l-iskejjel tal-lokal? (Petizzjoni qed tintbagħat separatament)
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ta' l-Operations kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija fejn elenka l-pożizzjoni tiegħu dwar ħruq ta' nar ta' l-art fi Triq Kurat Miżżi, Qrendi.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 15727 fejn il-Ministru qal li hu nfurmat li t-transfer sar għax l-Assistant Librarian konċernata ġiet deployed mad-Dipartiment tal-Libreriji u l-Arkivji wara li ħadet promotion, kien infurmat il-Ministru li: kull persuna li hemm fl-iSchool Library Service ġiet mid-Dipartiment tal-Libreriji u l-Arkivji; din il-persuna kienet diġa' ma' dan id-dipartiment anke meta kienet fl-iSchools Library Service u kienet tagħmel xogħol ta' grad ta' Assistant Librarian; li ntbagħtet f'din is-sezzjoni b'ordni ministerjali fl-1997 għax kienet l-unika mpjegata fid-Dipartiment tal-Libreriji u l-Arkivji li kienet segwiet kors speċjali bħala parti mid-diploma in library studies fuq il-libreriji fl-iskejjel; li hi l-unika mill-ħdax-il promozzjoni ta' assistant librarian li ntbagħtet taħdem f'ambjent totalment differenti minn dak li tgħallment sal-lum; li kważi kull min ħa promotion, kif jidher fir-risposta numru 14827, baqa' fejn kien, anke hemm min mhux f'librerija; bil-ħsara li saret lill-iSchools Library Service b'dan it-transfer? Jista' għalhekk il-Ministru jieħu azzjoni biex ma jinħeliex talent fix-xejn u jġedded l-ordni ministerjali ta' l-1997?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Library Assistant li ntbagħtet mill-iSchools Library Service wara li ħadet promozzjoni għal Assistnat Librarian qed tagħti servizz meħtieġ fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji skond il-kompetenzi li għandha.
Fl-iSchool Library Service hemm jaħdmu żewġ għalliema mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, wieħed li għandu l-kwalifiċi u l-esperjenza f'dan il-qasam u oħra li għandha esperjenzi fil-qasam tal-libreriji. Fl-iskejjel sekondarji hemm Teacher Librarians.
Informat ukoll li hemm proposti li qegħdin jiġu kkunsidrati mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex is-servizz ta' l-iSchool Library Service ikompli jissaħħaħ u jersaq aktar qrib lejn il-kurrikulu milli hu llum.
Wieħed irid jinnota wkoll li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji jagħti sehemu fis-servizz tal-qari u tiftix għat-tfal permezz ta' Libreriji Lokali u Libreriji Reġjonali kif ukoll bl-attivitajiet speċjalili joffri fil-Librerija Pubblika Ċentrali.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija biħsiebni niddiskuti l-każ mas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru biex niġi riassigurat li d-deċiżjonijiet amministrattivi li qed jittieħdu mill-Awtoritajiet kompetenti huma fl-aqwa interessi tas-servizz u tal-pubbliku inkluż it-tfal, u għaldaqstant fuq dan nittama li nkun nista' nwieġeb f'xi Seduta oħra.
Issa li għaddew tliet xhur, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14527?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li ma attendewx l-iskola matul is-sena skolastika 1998-1999 huwa kif ġej:
Skejjel Primarji
Eta` Ċertifikat Eżenti La Ċertifikat Mediku
Mediku u lanqas Eżenti
6 snin -- 1
----------------------------------------------- -----------
8 snin -- 2
----------------------------------------------- -----------
10 snin 1 3
------------------------------------------------ ----------
11-il sena 2 1
----------------------------------------------- -----------
12-il sena 1 --
---------------------------------------------- ------------
l-etajiet kollha 6
----------------------------------------------- -----------
TOTAL 4 7 6
----------------------------------------------- -----------
Skejjel Sekondarji
Eta` Ċertifikat Eżenti La Ċertifikat Mediku
Mediku u lanqas Eżenti
11-il sena 1 --
---------------------------------------------- -------------
12-il sena 13 1
----------------------------------------------- ------------
13-il sena 18 --
---------------------------------------------- -------------
14-il sena 39 2
----------------------------------------------- ------------
15-il sena 55 3
----------------------------------------------- ------------
16-il sena 43 4
----------------------------------------------- ------------
17-il sena 1 6
----------------------------------------------- ------------
l-etajiet kollha 152
--------------------------------------------- --------------
TOTAL 170 15 152
--------------------------------------------- --------------
Skejjel tas-Snajja'
Eta` Ċertifikat Eżenti La Ċertifikat Mediku
Mediku u lanqas Eżenti
14-il sena 17 --
------------------------------------------------ -----------
15-il sena 51 10
---------------------------------------------- -------------
16-il sena 9 3
----------------------------------------------- ------------
l-etajiet kollha 30
---------------------------------------------- -------------
TOTAL 77 13 30
---------------------------------------------- -------------
Informat ukoll illi
A) Ċertifikat mediku
* ta' mard fit-tul ħafna jiġi aċċettat biss dak ta' speċjalista,
li jiġġedded kull tlett xhur;
* dawn it-tip ta' tfal ikunu qed jieħdu tagħlim id-dar stess;
B) Eżenti tinkludi sitwazzjonijiet fejn tfal ikunu:
* Għad iridu jiġu statemented;
* Fi tqala - iżda dawn kollha jiġu referuti lill-School Girls
Mothers' Unit;
* Każijiet umanitarji (p.eż. f'każi eċċezzjonali fejn ikun
jeħtieġ jieħdu ħsieb ġenituri li huma morda)
* Ingħataw permess jieħdu impieg (fl-aħħar sena ta' l-iskola)
C) La Ċertifikat Mediku u lanqas Eżenti: ma tfissirx li t-
tfal jassentixxu ruhħom mingħajr ma jagħtu ebda raġuni.
Ħafna drabi dawn ikunu każijiet bi problemi soċjali gravi.
Il-Welfare Unit isegwi mill-aħjar li jista' dawn il-każijiet.
Bħala miżuri qed: (a) jagħtu prijorita` lil tfal fil-primarja;
(b) bi strateġija miftiehma (Focus Project) qed jiffokaw fuq
sitt skejjel partikolari; (c) jieħdu passi permezz tal-qorti.
nota 1:
L-ammonti ta' 6, 152, 30, taħt La Ċertifikat Mediku u lanqas Eżenti ma jikkorrispondux għall-eta` fil-vers indikat, imma huma t-totali ta' l-etajiet kollha flimkien fil-qasam primarju, sekondarju, u snajja'.
nota 2:
Filwaqt illi fl-1996/97 in-numru ta' tfal assenti b'ċertifikat ta' mard eżenti, u mingħajr ċertifikat kien jammonta għal 729, fis-sena 1998/99 kien jammonta għal 474.
Jista' l-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru mid-Dipartiment tas-Saħħa biex f'postijiet pubbliċi u f'postijiet fejn jkun hemm il-pubbliku miġbur, bħar-ristoranti, eċċ, biex ma jiġix permess it-tipjip li ġie ippruvat li jagħmel il-ħsara lis-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kemm id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa kif ukoll il-Kumitat fuq it-Tipjip u Saħħa taw ir-rakkomandazzjonijiet li tinħareġ il-liġi neċessarja f'dan ir-rigward.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew ippreżentati lill-uffiċju legali tad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu id-dipartiment jieħu miżuri biex jiġi żgurat x'jikkawża il-ħruġ ta' volumi ta' gassijiet tossiċi u velenuż minn vetturi?
Jista' jgħid x'passi beħsiebu jieħu b'koperazzjoni mal-pulizija dwar dan il-ħruġ tossiku mill-vetturi li qed jikkaġuna ħsara lis-saħħa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent nieda programm ta' monitoraġġ tal-kwalita' ta' l-arja. Ir-riżultati ta' dan il-programm se jkunu ppubblikati fuq il-website tad-dipartiment kif ukoll fuq il-mezzi tax-xandir.
Fuq il-punti l-oħra, nitlob l-Onorevoli Interpellant li jgħaddi l-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru konċernat.
S'issa matul din is-sena kemm-il persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol: (1) inqabdu li kienu qed jaħdmu; u (2) irrifjutaw ix-xogħol offrut lilhom?
F'kull każ kemm-il persuna li nqabdet taħdem waqt ir-reġistrar: (1) kienu qed jaħdmu għal rashom; (2) kienu qed jaħdmu ma' xi kumpanniji eċċ?
Fil-każ ta' (2) saret xi investigazzjoni dwar jekk is-sidien kenux jafu li dawk li mpjegaw kenux qed jirreġistraw? X'passi ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa l-ahhar ta' Mejju ta' din is-sena, mitejn u tmenin (280) persuna instabu jahdmu waqt li kienu qed jirregistraw li minnhom wiehed u sittin (61) instabu jahdmu ghal rashom waqt li mitejn u dsatax (219) instabu jahdmu ma xi kumpannija. Sitta u erbghin (64) inqatghu mir-registru ghax irrifjutaw xoghol.
Meta individwu jinstab jahdem waqt li qieghed jirregistra, l-ispetturi tal-Korporazzjoni javzaw lil individwu biex jghid lill-imghallem jaghmillu il-formola tal-Bidu tal-Impjieg. F'kaz li l-imghallem ikun prezenti waqt il-hin tal-ispezzjoni, jigi avzat dak il-hin stess.
Dawk kollha li jinstabu jahdmu waqt li jkunu qed jirregistraw jigu maqtugha minn fuq ir-registru u wara jittiehdu passi legali kontrihom u kontra min inqabad ihaddimhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul din is-sena s'issa, kemm-il barrani nqabad jaħdem meta ma kellux permess li jagħmel dan?
Liema xogħol kienu qed jagħmlu? X'passi ttieħdu kontra s-sidien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward l-informazzjoni mitluba ghall-perijodu 1 ta' Jannar sa l-ahhar ta' Mejju 2000, nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-Risposta li jien tajt f'Seduta 313 ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16724.
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar Gunju 2000 ghadha qed tingabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew awtorizzati ħlasijiet għar-reklami li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għamel għar-reklutaġġ għal Malta Vocational College f'"The Times Higher Education Supplement"? Meta ntalbet din l-awtorizzazzjoni? Meta ngħatat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17383.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba dehru reklami f'The Times Higher Education Supplement għar-reklutaġġ ta' persuni bħal Malta Vocational College?
Kemm tħallsu flus għal dawn ir-reklami?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-reklami ta' reklutaġġ għall-principal-designate dehru kemm fil-gazzetti lokali kif ukoll f'xi wħud barra minn Malta. Dawn kienu:
Gazzetti Lokali
L-Orizzont Lm172.50
In-Nazzjon Lm172.50
The Malta Independent Lm123.20
The Times Lm172.50
Il-Ġens Lm108.00
Kulħadd Lm220.80
The Malta Independent (Sunday) Lm173.60
Il-Mument Lm255.30
The Sunday Times Lm255.30
It-Torċa Lm255.30
Gazzetti Barranin
The Times (approx.) Lm2,090.00
The Sunday Times (approx.) Lm2,759.00
Higher Education Supp.(approx.) Lm 497.50
The Guardian (għadhom ma ġewx ippubblikati)
The Observer (għadhom ma ġewx ippubblikati)
Dawn it-Tnejn ser jiġu jiswew Lm3,995.00.
L-awtorizzazzjoni biex jiġu ppubblikati dawn ir-reklami ingħatat mill-Vocational Education Steering Commettee.
Ir-reklami elenkati dehru darba waħda biss fir-rivista jew gazzetti msemmija.
Skejjel — Skola tal-Hairdressing and Beauty Therapy
Question
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17282?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola tal-Hairdressing and Beauty Therapy f'Tas-Sliema mhux sejra titkabbar immedjatament perss li jeżistu kwistjonijiet legali fuq il-bini u wkoll peress li jista` jkun li l-iskola tiġi ttrasferitia fil-ġejjieni qrib biex tkun aktar fil-qalb tal-Kulleġġ il-Vokazzjonali l-ġdid.
Il-flus li kienu se jintnefqu fuq ix-xogħol f'din l-iskola sejrin minnflok jintnefqu f'xogħlijiet ta' tiswija ta' klassijiet, tibdil ta' soqfa u refurbishment ieħor fl-iskola taċ-Ċenru tar-Restawr f'Bighi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Regolamenti ta' l-1974 dwar il-Libreriji Pubbliċi ġewx aġġornati? Jekk fl-affermattiv, tista' titpoġġa kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-Regolamenti ta' l-1974 dwar il-Libreriji Pubbliċi għadhom ma ġewx aġġornati iżda d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali għaddej b'eżerċizzju dwar l-aġġornament ta' dawn ir-regoli, liema eżerċizzju qed isir minn Kumitat intern maħtur apposta u liema xogħol jinsab fi stadju avvanzat ħafna. Tajjeb jingħad li dan l-aġġornament tar-regoli kien hemm bżonn li jsir minħabba l-effett tal-kompjuterizzazzjoni tas-sistema tal-Librerija u minħabba li xi klawsoli qdiemu u m'għad għandhom ebda siwi fiż-żminijiet tal-lum.
L-aġġornament finalizzat ta' dawn ir-regoli jiġi ppreżentat hekk kif tintemm il-ħidma kollha f'dan l-eżerċizzju li għandu l-għan li jagħti regoli kompatibbli maż-żminijiet u l-ħtiġijiet attwali u dan fid-dawl li ċerti aġġornament ġa qed jitħaddmu fil-prattika u għenu bis-sħiħ biex il-Librerija Pubblika Ċentrali tkun l-ewwel Dipartiment li fil-11 ta' April 1999 ingħata l-Quality Service Charter.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-knisja u indipendenti li għarrfu lid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li għas-sena skolastika li jmiss se joffru lill-istudenti tagħhom is-suġġett ta' l-Istudji Ewropej? Peress li dan is-suġġett huwa option, jista' ma jiġix offrut minn dawn l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti jinfurmaw lid-Divżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar is-suġġetti "optional" li jkollhom fil-curriculum tagħhom fil-bidu tas-sena skolastika.
Nikkonferma li la darba dan is-suġġett hu "optional", l-iskejjel jistgħu joffruh jew le skond l-għażla tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin x'inhuma s-snajja' li jiġu mgħallma? Kemm-il persuna tattendi għal kull sengħa u għal kemm-il siegħa fil-ġimgħa? Jiġu mgħallma suġġetti akkademiċi? Kemm-il persuna tattendi u għal kemm-il siegħa fil-ġimgħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm diversi workshops li fihom jaħdmu l-priġunieri. Dawn jikkonsistu kif ġej :-
Carpentry
Book binding
Aluminium
Fitter
Tailor
Electrician
F`dawn il-workshops isir dak ix-xogħol kollu neċessarju għal manteniment tal-faċilita`. Fir-rigward tal-workshop tal-book binding isir ukoll xogħol għal xi dipartimenti oħra tal-gvern.
Fil-preżent qed jingħataw lezzjonijiet fis-sengħa ta` l-elettriku (Licence A) u hemm ħames (5) priġunieri li qed jattendu l-lezzjonijiet li jammontaw ħames sigħat fil-ġimgħa.
Hemm tnax-il (12) priġunier li qed jattendu lezzjonijiet tal-pottery. Dawn il-lezzjonijiet jammontaw għal tmin (8) sigħat fil-ġimgħa.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa il-priġunieri qed jiġu mgħallma diversi suġġetti fuq bażi volontarja kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Suġġett Sigħat fil-Ġimgħa Numru ta`
Priġunieri
Malti 6 5
Computer 6 6
Art 'A' Level 2 1
Bible Study 2 kull ħmistax 5
Mathematics 4 3
Chess 4 8
Ingliż 6 6
Computer 'O' Level 2 1
Life Skills 4 10
Taljan 'A' Level 4 1
Social Skills 2 4
Psychology 1 4
Art 4 12
Lateral Thinking 2 5
Philosoph 2 7
Matul ix-xahar ta` Ġunju ingħata kors mill-E.T.C. fis-suġġett Aspects of Work li għalih attendew ħames priġunieri li ser jingħataw ċertifikat mill-E.T.C.
Il-priġunieri li qed jinżammu fit-taqsima taż-żgħażagħ qed jiġu mgħallma is-suġġetti segwenti:
Computer lezzjoni ta` siegħa fil-ġimgħa
Ingliż lezzjoni ta` siegħa fil-ġimgħa
Malti lezzjoni ta` siegħa fil-ġimgħa
PSE lezzjoni ta` siegħa fil-ġimgħa
Social Skills lezzjoni ta` msemmija hawn fuq huma compulsory.
Qed jingħata kors mill-ETC fuq is-suġġett Aspects of Work u wara ser jingħataw ċertifikat.
Hemm żewġ priġunieri li qed jitgħallmu l-mużika u tnejn oħra s-sengħa tal-elettriku Licence A.