Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kemm studenti ngħataw il-permess li jitilqu mill-iskola qabel is-16-il sena?
Minn liema skejjel kienu ġejjin dawn l-istudenti u f'liema lokalitajiet joqogħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 11974?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-kontijiet ghadhom ma inghalqux, mhux possibbli li f`dan l-istadju tinghata twegiba ghall-ewwel parti tal-mistoqsija.
Jiena nfurmat li s`issa n-`NOVITA` thallset somma ta` Lm48,036,603. Il-hlas zejjed li rceviet din il-kumpanija kien jammonta ghal Lm3,001,017. Il-bicca l-kbira ta` din is-somma thallset ghal xogholijiet li l-kumpanija ghamlet fuq il-Junction Quay bejn terminal u iehor, liema xogholijiet ma kienux jiffurmaw parti mill-kuntratt.
L-ahhar parti tal-mistoqsija hija kwistjoni ta` natura legali u fil-prezent qed tigi trattata.
Jista' l-Ministru jgħid xi progress kien hemm fl-aħħar sitt xhur dwar l-inkjesta dwar mewt fl-isptar San Filep, riferuta f'mistoqsija parlamentari numru 11613?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Inkjesta dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant għadha mhix konkluża.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 11907?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tul is-sena 2000 id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sejra tkompli bix-xogħol tat-tkabbir tal-Kumpless Skolastiku tal-Fgura filwaqt li jingħata bidu għal xogħlijiet elettriċi u mekkaniċi u ta' finitura kemm fuq l-estensjoni kif ukoll fuq il-binja eżistenti. Sejrin jitlestew ukoll xogħlijiet li fadal fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar filwaqt li jitkomplew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni, ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi u ta' finitura fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard partikolarment fuq is-sala l-ġdida. Sejjer jitkompla x-xogħol ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi u ta' finitura fuq sular ġdid fl-iskola primarja ta' l-Imġarr filwaqt li jitlestew ix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni fis-sular t'isfel eżistenti, u jitkompla l-bini u xogħlijiet elettriċi, mekkaniċi u ta' finitura fuq is-sala l-ġidda. Tul din is-sena wkoll sejrin jiġu konklużi xogħlijiet fuq barra fl-iskola primarja tax-Xgħajra wara li fl-1999 saret estensjoni li tlestiet minn kollox u sar titjib fil-bini eżistenti. Sejjer isir xogħol ta' restawr u tindif tal-faċċata taċ-Ċentru għall-Qari f'Eta` Bikrija fis-Sala Robert Sammut fil-Furjana filwaqt li jingħata bidu għal xogħlijiet estensivi ta' titjib fuq ġewwa. Tul l-2000 sejjer jingħata bidu għat-tkabbir ta' l-Iskola Guardian Angel fil-Ħamrun filwaqt li sejrin isiru Environment Impact Statement u Traffic Impact Statement fiż-żona taż-Żokrija fil-Mosta bi preparazzjoni għal bini ta' skola primarja ġdida. Sejjer jinbeda wkoll ix-xogħol fuq l-estensjoni u r-riabilitazzjoni ta' l-iskejjel primarji f'Pembroke u f'Ħal-Luqa filwaqt li jingħata bidu għar-riabilitazzjoni estensiva ta' l-iskola primarja ta' tas-Sliema. Sejrin isiru xogħlijiet ta' landscaping fl-iskola primarja ta' San Ġwann filwaqt li jingħata bidu għal xogħol estensiv ta' tiġdid taċ-Ċentru tax-Xjenza f'Pembroke.
Informat ukoll li fil-qasam sekondarju sejjer jitkompla x-xogħol fuq it-tiġdid ta' l-iskola sekondarja ta' tas-Sliema, jitkompla x-xogħol ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi u ta' finitura fuq il-blokka l-ġdida ta' laboratorji fil-Liċeo tal-Bniet f'Santa Luċija filwaqt li jiġu sottomessi l-pjanti lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar għall-bini ta' faċilitajiet sportivi fl-istess liċeo. Sejjer jitkompla x-xogħol ta' riabilitazzjoni estensiva fil-Liċeo tal-Bniet f'Pembroke biex bini eżistenti li qatt ma nbena bħala skola jiġi ttrasformat f'kumpless skolastiku modern. Sejrin jiġu ppreżentati l-pjanti lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar għall-bini ta' liċeo ġdid tas-Subien f'tal-Ħandaq, f'Ħal Qormi biex jieħu post dak eżistenti filwaqt li sejrin jitkomplew ix-xogħlijiet ta' tkabbir u r-riabilitazzjoni ta' l-iskola sekondarja tas-subien fil-Fortini, ġewwa l-Birgu. Tul l-2000 sejrin joħorġu l-offerti għal xogħlijiet fl-iskola tal-Hairdressing and Beauty Therapy f'Tas-Sliema li wieħed jittama li jinbdew fl-istess sena kif ukoll jinbeda xogħol estensiv fuq "storm water control system" fl-iskola Maria Assunta fil-Ħamrun.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif qed jintuża l-bini kollu taċ-ċentru ta' matul il-jum f'Wied il-Għajn, sular sular?
Jista' jgħid min huma l-persuni li għandhom uffiċini f'dan il-bini?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kumpless li fih hemm ic-Centru ta' Matul il-Jum f'Wied il-Ghajn jikkonsisti f'"basement" u tliet sulari u dawn qed jintuzaw kif gej:
(i) parti mill-"basement" jintuza bhala "store";
(ii) parti mill-pjan terren jintuza bhala kcina u l-kumplament jintuza mic-Centru ta' Matul il-Jum;
(iii) l-ewwel u tieni sular jikkonsistu f'20 appartament li tnejn minnhom qed jintuzaw temporanjament mic-Centru ta' Matul il-Jum u appartament iehor qed jintuza bhala ufficcju.
Fil-prezent hemm tlitt ufficini f'dan il-kumpless, wiehed ghall-kap tac-Centru ta' Matul il-Jum, wiehed ghall-manager li tiehu hsieb il-kcina u iehor ghall-kap li qed jiehu hsieb l-izvilupp tas-servizzi residenzjali f'dan il-kumpless.
Ninsab infurmat ukoll li, fil-prezent, qed jithejja pjan komprensiv kif l-ahjar jintuza sal-massimu possibbli dan il-kumpless u qed jigi nstallat "lift" biex il-partijiet kollha tal-kumpless ikunu accessibli ghall-persuni b'disabilita' minghajr diffikulta'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' ikel tħejja tul l-ewwel ġimgħa ta' Ġunju, 2000 għal persuni fiċ-ċentri ta' matul il-jum?
X'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-ikel huwa skond dak irrikmandat bħala ikel san u tajjeb għas-saħħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li suppost għandhom xogħol ta' care workers u assistant care workers fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum iżda li fil-fatt qegħdin jagħmlu xogħol ieħor? X'xogħol qed jagħmlu? Min qed jagħmel ix-xogħol tagħhom minn flokhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fic-Centru ta' Matul il-Jum hemm zewg "careworkers" li qed jaghmlu xoghol ta' "maintenance", u zewg "assistant care workers" li qed jaghmlu xoghol ta' tindif.
Fil-kaz taz-zewg "care workers" li qeghdin fuq "maintenance" dawn ikollhom maghhom xi persuni b'dizabilita' biex jghinuhom meta x-xoghol ikun hafif u mhux ta' periklu ghall-persuni b'dizabilita'.
Iz-zewg assistenti "care workers" li qed jaghmlu xoghol ta' tindif ma jistghux jaghmlu x-xoghol normali taghhom minhabba dizabilita' fizika izda huma kapaci jaghmlu xoghol ta' tinif minghajr tbatija.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena hemmx xi korsijiet ta' taħriġ għall-care workers u assistant care workers li jaħdmu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Jekk saru jew se jsiru fiex jikkonsisti dan it-taħriġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-1999 kif intnefqu l-flus fuq iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Kemm fuq pagi? Kemm fuq ikel? Kemm fuq żvilupp tal-programmi għall-persuni b'diżabilita'? Kemm fuq spejjeż amministrattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ammonti ta' flus minfuqa fl-1999, fuq ic-Centri ta' Matul il-Jum kien kif gej:
Lm
Pagi (Personal Emoluments) 511,123
Ikel 31,055
Zvilupp ta' Programmi 139,985
Spejjez amministrattivi 145,091
Jista' l-Ministru jagħmel investigazzjoni kemm jista' jkun malajr fl-Opthalmic Department ta' l-isptar San Luqa dwar kif il-makna ta' l-angiogram/IVFA, li titqies tant importanti għall-pazjenti biex isirulhom testijiet bir-reqqa fl-għajnejn, ilha għal xi żmien bil-ħsara, meta din hija l-unika makna li tinsab f'Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Fluorescein Angiogram Machine li hemm fid-Dipartiment tal-Oftalmija għadha bil-ħsara u ġiet iddikjarata ``obsolete''. Qed jiġi pproċessat tender biex tinxtara Digital Fluorescein Angiogram ġdida li wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu u huwa mistenni li l-makna l-ġdida tkun installata fi żmien tliet xhur.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru wara li ġie ppreżentat b'petizzjoni biex ma tinbeniex pompa tal-petrol wara l-ground tal-footbal fil-Mellieħa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-petizzjoni ġiet ippreżentata lill-Ministru bħala deputat tad-distrett u l-kontenut tagħha ser jiġi diskuss ma` l-awtoritajiet konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru wara li rċieva petizzjoni ffirmata minn 309 persuna dwar talba biex titneħħa mobile phone antenna minn fuq il-bini ta' l-iskola primarja ta' Ħad-Dingli?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 15272 u 16578 fejn fost l-oħrajn għidt li bord governattiv ġie mwaqqaf apposta sabiex jindirizza din il-kwistjoni u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.
B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 9003, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' Dr Joseph A. Cannataci u tal-Perit Claude Busuttil li fl-istess tweġiba kien ingħad li s-salarju u l-benefiċċji oħra tagħhom kienu għadhom qegħdin jiġu negozjati? Jista' l-Ministru f'kull każ jgħid, jekk tali kuntratti għadhom ma ġewx konklużi x'inhu s-salarju u l-benefiċċji li dawn l-individwi qegħdin jistennew li jgawdu minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nikkonferma li s-servizzi ta' Dr Joseph A. Cannataci u ta' Dott. Claude Busuttil qiegħdin jingħataw lill-istess Ministeru bħala parti minn pakkett ta' servizzi li l-Ministeru jingħata mill-Malta University Services Ltd.
Ir-remunerazzjoni mħallsa mill-MUS Ltd hi kif ġej:
Dr J. Cannataci - Lm15 fis-siegħa sa limitu ta' Lm15,000 fis-
sena, flimkien ma' allowance għal karozza
ta' Lm1200.
Claude Busuttil - Lm8,400 p.a. + bonus statutorju
Allowance tal-Petrol - Lm20 fil-ġimgħa.
Għalkemm taqa' taħt l-Universita`, l-MUS Ltd hija kumpannija kummerċjali u għaldaqstant mhix il-prassi li jsiru pubbliċi bil-mod kif qed jitlob l-Onor. Membru l-kuntratti li din il-kumpannija jkollha mal-persuni li tqabbad biex jagħti servizzi meħtieġa.
B'riferenza għall-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Ġunju 1999 rigward il-ħtieġa ta' servizzi ta' periti privati jew soċjetajiet ta' periti, kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi għad-disinn u superviżjoni, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-individwi jew soċjetajiet li sal-lum tqabbdu mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jagħtu tali servizzi billi jqiegħed kopja tal-kuntratti relattivi ma' dawn l-individwi jew soċjetajiet fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll jgħid f'kull każ intalabx il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi biex tali servizzi jingħataw? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tali approvazzjonijiet kif ukoll tat-tali talbiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qabbad soċjeta` ta' periti, Mangion and Mangion, biex jagħtu s-servizzi tagħhom għal skola. Qabbad ukoll lis-soċjeta` ta' periti EMDP biex jagħmlu xogħol fuq uffiċċju fil-bini ċentrali tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Floriana.
Informat li l-ħlas li kien dovut ma kienx jirrikjedi li jintalab permess mill-Ministeru tal-Finanzi biex tali servizz jingħata.
B'riferenza għall-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Ġunju 1999 mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni rigward servizzi ta' periti privati jew soċjetajiet ta' periti, kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi għad-disinn u superviżjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ntalabx li jiġu ngaġġati tali individwi jew soċjetajiet kif ukoll jgħid x'qegħdin jitħallsu għat-tali servizzi kif ukoll kemm hu previst li sejjer ikun l-investiment totali tal-gvern fuq il-proġetti rispettivi li dawn qegħdin jaħdmu fuqhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi ma kellu ebda talba mill-Ministeru ta` l-Edukazzjoni rigward servizzi ta` periti privati jew soċjetajiet ta` periti kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi b`riżultat ta` l-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta` Ġunju 1999.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' eżaminatx il-kmamar fiċ-ċentru ta' matul il-jum f'Ħal Far indikati bħala unit ta' ħajja indipendenti? Taħseb il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita li dawn il-kmamar huma adattati, minkejja li huma mimlija umdita' wżati bħala mħażen għall-imbarazz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ic-Centri ta' Matul il-Jum, inkluz dak ta' Hal Far, hu r-responsabilita' tad-Direttur, Servizzi Korporattivi fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali u ghalhekk l-ispezzjoni imsemmija f'din il-Mistoqsija Parlamentari mhiex responsabilita' tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita'.
Meta l-Kummissjoni tircievi lmenti tat-tip imsemmija, il-Kummissjoni tghaddiehom lil dan id-Direttur u tara li dawn l-ilmenti jigu investigati kif suppost.
Mir-rapport sottomess lill-Kummissjoni minn dan id-Direttur, johrog li l-kamra uzata bhala unit ta' hajja indipendenti hija adattata ghal dan l-iskop. Ilha tintuza hekk ghal xi sena u nofs mill-persuni b'dizabilita' li jghaddu xi ftit sieghat kuljum f'din il-kamra jitharrgu fit-tmexxija ta' dar f'hajja indipendenti. Tant m'hemmx umdita' f'din il-kamra li giet mizbuha xi sena u nofs ilu u ma harget l-ebda umdita'. Bhal issa qed tigi rrangata biex tkun accessibbli ghal "wheelchair users", u nxtara l-apparat mehtieg li se jintuza mill-klijenti.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' l-istatementing board fuq il-każ tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li fid-29 ta' Ottubru, 1999 ġie infurmat mill-board li qed jiġi eżaminat il-każ tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif meħtieġ baqa' ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiet ordnata mill-qrati fil-31 ta' Mejju, 2000 tħallas Lm8.85 meta oriġinarjament kienet ġiet liberata fl-education sitting tat-23 ta' Ġunju, 1998 dwar l-assenteiżmu ta' binha?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mogħtija lill-Onorevoli Membru m`hix korretta. Il-persuna msemmija fil-fatt fit-23 ta` Gunju 1998 weħlet penali ta` Lm6 kif jirriżulta mid-dokumenti (komparixxi) tal-Qorti u li fuqha stess il-Kummissarju mmultaha Lm6. Is-sinjura ġiet avżata b`din il-multa mir-Revenue Section tal-Qorti u din baqgħet ma ħallsithiex u fill-fatt anke nħarġitilha ittra uffiċċjali fil-31 ta` Mejju 2000. Għalhekk illum is-somma dovuta hija ta` Lm6 flimkien ma` Lm2.85 spejjeż ta` l-ittra uffiċċjali li jammontaw għal Lm8.85.