Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kunsiderazzjoni biex tingħata b'xejn it-tilqima kontra l-Meningite C?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li kull kultura pożittiva tal-Meningococcus qed tiġi identifikata hawn Malta u wara tintbagħat ir-'Reference Lab.' tal-Meningococcus f'Manchester l-Ingilterra għal testijiet ulterjuri. Jirriżulta li f'dawk il-każijiet nnotifikati bejn is-sena 1997 sa l-ewwel tlett xhur ta` din is-sena sibna li 36% kienu tat-tip B, 6% tat-tip C, u 8% tat-tipi l-oħrajn li ġew identifikati, fil-każi l-oħrajn ma kienx possibbli li jiġi identifikat it-tip.
Dawn ir-riżultati juru biċ-ċar li l-marda kkaġunata mill-Meningococcus tat-tip C huwa rari f'pajjiżna fil-mument u l-maġġoranza tal-każi huma kkaġunati mit-tip B illi sa issa ma hemm ebda vaccin illiċenzjata għall-użu kontriha. Għaldaqstant il-fatti ma jiġġustifikawx li ndaħħlu tilqim kontra it-tip C fuq skala nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tilqim obbligatorju kontra d-diphteria, tetanus u poliomyletis qed isir lit-trabi fl-eta' ta' xahrejn meta hemm argumenti mediċi favur li dan it-tilqim jista' jkun iżjed effettiv fl-eta' ta' tliet xhur u wara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Wieħed ma jridx jibbaża kampanja tat-tilqim fuq argumenti mediċi biss, iżda jidħlu wkoll argumenti epidemjoloġiċi u tal-mediċina tas-saħħa pubblika. Huwa minnu illi jekk wieħed jgħati l-ewwel doża lit-tarbija meta din tkun aktar matura (eżempju ta` sitta jew disa` xhur), it-tilqima tqajjem aktar response ta` immunita` fit-tarbija. Fil-każ tad-difterija, tetanus u poliomyelitis doża waħda, anke fl-etajiet li semmejt, ma jagħtux immunita` tipproteġi t-tarbija jew sa biex twaqqaf dawn il-mikrobi milli jinfirxu fil-populazzjoni u forsi jikkaġunaw mard fix-xjuħ, fit-trabi mhux imlaqqmin jew f'dawk anqas b'saħħithom. Biex tassigura li dan ma jseħħx, huwa essenzjali li jingħataw tlett dożi u għalhekk il-programm tat-tilqim tagħna għażel li nlaqqmu fl-aktar żmien bikri possibli biex naslu li l-aktar numru ta` trabi jkunu mlaqqmin bi tlett dożi - cioe` billi tingħata l-ewwel doża ta` xahrejn, it-tieni doża ta` tlett xhur u t-tielet doża ta` erba` xhur. Fil-fatt l-għaqda dinjija għas-saħħa tirrakkomanda li t-tilqim jista` jibda minn 6 ġimgħat.
Nirreferik għall-prattik kurrenti li fil-pajjiżi ta` l-Unjoni Ewropej u ta` l-Istati Uniti, fejn dan it-tilqim li qed issemmi l-Onor. Interpellant jiġu kkombinati ma` tal-Haemophilus Influenzae tat-tip B u fejn l-ewwel doża ta` dan il-vaccin tingħata fl-eta` ta` xahrejn.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tilqim obbligatorju kontra r-rubella ma jsirx fl-eta' ta' 11-il sena meta huwa meqjus iżjed effettiv għax it-tilqima tgħodd għal 30 sena u hekk meta qed tingħata lit-trabi ta' 15-il xahar mhix tipproteġi lin-nisa fl-aħħar snin li jista' jkollhom it-tqala?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress illi l-Onor. Interpellant ġie infurmat ħażin, tajjeb illi nispjega kif tingħata it-tilqima ta` kontra l-ħożba ġermaniża. Bħal ma hija l-prattika, kważi f'kull pajjiż żviluppat tad-dinja, din it-tilqima tingħata flimkien ma` tissejjaħ MMR. Jingħataw żewġ dożi tat-tilqima MMR. Sa ftit ilu t-tilqima ta` l-MMR kienet tingħata hekk: l-ewwel doża fit-tieni sena tal-ħajja tat-tarbija (l-iskop huwa aktar biex tkopri lit-tarbija kontra l-ħożba u l-gattone) waqt li t-tieni doża tingħata fl-eta` ta` il-ħdax u t-tnax il-sena (biex tkopri akttar kontra ir-Rubella u tagħti aktar saħħa lill-immunita` ta` kontra t-tnejn l-oħra).
Wara konsultazzjoni ma` l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, u jekk wieħed iħares lejn id-deċiżjonijiet li ħadu is-servizzi tas-saħħa ta` pajjiżi oħrajn, id-Diviżjoni tas-Saħħa, qed jikkunsidra li jwaqqa` ta` bejn sitta u tmin snin. B'dan il-mod nkunu fil-pożizzjoni li neliminaw il-ħożba darba għall-dejjem minn Malta u fl-istess ħin nagħtu protezzjoni għall-omor fil-każ tal-mard l-ieħor lil dawk it-tfal li jieħdu ż-żewġ dożi. B'żewġ dożi jkunu protetti n-nisa matul il-perjodu tal-fertilita`.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri m'humiex qed jiġu informati bis-side-effects li jista' jkun hemm mit-tilqima cellular li qed tingħata f'Malta kontra l-whooping cough meta tilqima simili tista' tikkaġuna brain damage tant li l-qorti suprema ta' l-Irlanda fl-1995 ġiegħlet tħallas miljuni ta' liri f'danni lill-ġenituri ta' tarbija li spiċċat brain damaged?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mhux minnu illi l-ġenituri mhux qed jiġu nfurmati bl-effetti ħżiena tat-tilqim, nkluż dak li jsemmi l-Onor. Interpellant. Huwa minnu illi ma tiżisti l-ebda tilqima effettiva illi m'għandhix ukoll xi effetti ħżiena. Is-soltu dawn l-effetti ħżiena huma ta` natura ħafifa u temporanja, iżda hemm uħud illi rarament jistgħu jkunu serji u b'konsegwenzi permanenti wkoll. Bħal ma dejjem sar f'dan il-qasam, il-kumitat biex jagħti pariri dwar it-tilqim jgħarbel l-aħħar evidenza medika dwar dawn l-effetti ħżiena u jwassal l-informazzjoni relevanti lill-istaff mediku ta` l-Immunisation Services tal-gvern kif ukoll lit-tobba kollha ta` Malta. Qabel ma tingħata kull tip ta` mediċina jew kwalunkwe injezzjoni, l-professjonist mediku huwa obbligat li jagħti l-informazzjoni relevanti lill-pazjent jew f'dan il-każ lill-ġenituri. Hija prattika aċċettata illi din l-informazzjoni tkun limitata lejn dawk l-effetti ħżiena komuni, iżda jekk il-pazjent jew il-ġenituri jixtiequ jkunu jafu aktar, l-professjoni medika hija obbligata li tagħti din l-informazzjoni kollha.
Huwa wkoll mifhum li r-riskji teoretiċi tal-vaccin tal-whooping cough huma ferm anqas mir-riskji tal-marda nniffisha.
Mill-bidu tas-sena sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn skejjel tal-gvern sfaw misruqa? Xi nsteraq f'kull każ? F'kull każ kien hemm watchmen xogħol fl-iskola? Fejn kien il-watchman meta saret is-serqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-bidu tas-sena sal-lum kien hemm żewġ każi ta' serq: mill-Iskola Sekondarja tal-Bniet "Santa Marija Goretti", Ħal Tarxien u mill-Istitut Tekniku "Mikielanġ Sapiano", Kordin.
Fl-ewwel każ insterqet makna tal-ħjata "overlock" u fit-tieni każ rakk tad-Dixion.
Informat ukoll li fiż-żewġ skejjel hemm il-watchmen assenjati imma billi mir-rapporti ma hemmx stabbiliti eżatt meta nsterqu ż-żewġ oġġetti, mhux possibbli ngħid jekk waqt is-serqiet rispettivi kienx hemm watchmen jew fejn kienu.
Jista' l-Ministru jgħid sat-tliet snin li ġejjin, b'kemm se jiżdiedu s-sodod f'lukandi lokali?
B'kemm hu ppjanat li jiżdiedu t-turisti lejn Malta fl-istess żmien?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li mit-talbiet li tressqu quddiem il-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti ta' l-Ikel hu maħsub li sa l-aħħar tas-sena 2003 jista' jkun hemm żieda massima ta' 6,250 sodda fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni għat-turisti. Fil-biċċa l-kbira dawn it-talbiet għad iridu jgħaddu mill-proċess tagħhom quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Il-'World Travel and Tourism Council' ibassar żieda medja ta' 3% kull sena għat-turiżmu dinji għall-perijodu 2000 sa l-2010. Ir-rata ta' espansjoni għar-reġjun tal-Mediterran hi inqas. Madankollu, l-mira ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu kif tirriżulta mill-Pjan Strateġiku li ġie publikat reċentement, hi wkoll ta' żieda ta' 3% fis-sena.
Skejjel — Skola tal-Hairdressing and Beauty Therapy
Question
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17502, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li flok marru fuq l-iskola tal-Hairdressing and Beauty Therapy f'Tas-Sliema, marru fuq iċ-Ċentru tar-Restawr f'Bighi?
B'riferenza għal avviż li deher fil-ħarġa ta' l-10 ta' Awissu, 1999 ta' The Times, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-erba' executives li ntgħażlu mic-Central Information Management Unit billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz, il-curriculum vitae u dettalji dwar salarji, benefiċċji u allowances li ġew offruti kif ukoll jgħid minn min kien kompost il-bord ta' l-għażla ta' dawn l-executives?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ma sar ebda ngaġġ wara s-sejħa ta' Awissu 1999 għall-applikazzjoni għall-post ta' Executive mal-Central Information Management Unit.
Il-bord ta' l-għażla kien kompost miċ-Chief Information Management Officer u minn ħames uffiċjali oħra marra fuq standards u policies għall-informatika.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' aċċettazzjoni li ħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti għal xogħlijiet li saru fit-triq bejn il-Mosta u l-Imġarr li tlestew filwaqt li jgħid x'inhuma l-extra works and variations ta' dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija nru. 11550 jiena kont diġa qgħedt fuq il-mejda tal-kamra kopja ta` l-ittra ta` aċċettazzjoni msemmija.
Ninsab infurmat li l-valur finali tal-kuntratt involut kien ta` Lm171,455 li minnhom is-somma ta` Lm18,239 trid tiġi rifuża mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma. Dan ifisser li b`kollox l-extras u l-variations laħqu s-somma ta` Lm68,439 li jinkludu t-Lm18,239 li għadni kif semmejt. Prinċipalment il-variations kienu jikkonsistu fil-kostruzzjoni ta` storm water culvert, it-tqegħid ta` crash barriers matul dan il-culvert, stabiliżżazzjoni tal-ħamrija u patching works fit-toroq ta` madwar.
Il-kont finali kien għalhekk imqassam kif ġej:
Kostruzzjoni tat-triq skond il-kuntratt oriġinali Lm117,275
Extra u Variations Lm 29,192
Patching ta` toroq fil-viċinanzi Lm 6,749
Tqegħid ta` mains ta` l-ilma Lm 18,239
Total Lm171,455Narraf lill-Onorevoli Interpellant li mat-tweġiba li tajt al mistoqsija nru. 11550 jiena kont diġa qedt fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' l-ittra ta' aċċettazzjoni msemmija.
Ninsab infurmat li l-valur finali tal-kuntratt involut kien ta' Lm171,455 li minnhom is-somma ta' Lm18,239 trid tiġi rifuża mill-korporazzjoni as-servizzi ta' l-ilma. Dan ifisser li b'kollox l-extras u l-variations laħqu s-somma ta' Lm68,439 li jinkludu t-Lm18,239 li adni kif semmejt. Prinċipalment il-variations kienu jikkonsistu fil-kostruzzjoni ta' storm water culvert, it-tqeid ta' crash barriers matul dan il-culvert, stabiliżżazzjoni tal-ħamrija u patching works fit-toroq ta' madwar.
Il-kont finali kien alhekk imqassam kif ġej :
Kostruzzjoni tat-triq skond il-kuntratt oriġinali Lm 117,275
Extras u Variations Lm 29,192
Patching ta' toroq fil-viċinanzi Lm 6,749
Tqeid ta' mains ta' l-ilma Lm 18,239
Total Lm 171,455
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittri ta' aċċettazzjoni li jippartjenu lid-Dipartiment tat-Toroq biex permezz tagħhom bini fit-Telgħa ta' Sa Maison jinbidel f'bini amministrattiv ta' l-istess dipartiment filwaqt li jagħti lista dettaljata ta' l-infiq li sar minn meta beda x-xogħol fuq dan il-bini sal-lum kif ukoll x'inhu antiċipat li jkun l-infiq fuq l-istess bini fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju, 1999 u l-31 ta' Diċembru, 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-ittra ta` aċċetazzjoni dwar xogħolijiet li qed isiru mid-Dipartiment tat-Toroq f`Sa Maison kienet ħarġet lill-kuntrattur fis-sena 1998 u qed titpoġġa fuq il-mejda.
Bl-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti dan il-kuntratt ġie estiż biex ikopri wkoll ix-xogħol ta` `finishes` tal-bini eżistenti.
L-ispiża s`issa hija mqassma kif ġej:
Xogħol ta` Kostruzzjoni: Lm21,900.
Xogħol ta` `Finishes` li jkopri madum,
kisi, tikħil, eletriku, ilma u bibien: Lm42,280
In-nefqa għal din is-sena hi maħsuba li tkopri it-tkomplija tal-bini l-ġdid, li qiegħed tielgħa, u l-`finishes` tiegħu. Dan hu stmat li jiswa Lm80,000.
Xiri u stallazjoni ta` `lift`: Lm10,000
Stallazjoni ta` `air condition`: Lm33,000
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum kemm inbiegħet proprjeta' lill-barranin? X'kien il-valur tal-bejgħ xahar b'xahar u kemm inbiegħet proprjeta'?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum fejn u meta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar infurzat deċiżjonijiet tagħha li tneħħi strutturi llegali? Fiex f'kull każ kienu jikkonsistu dawn l-istrutturi llegali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li hemm persuni li l-għajxien tagħhom jiddependi minn xogħol artiġġjanali li jagħmlu f'Ta' Qali u peress li qed jaħdmu f'bini fil-perikolu li jaqa', jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex dawn il-persuni jingħataw il-permess isewwu dan il-bin vitali għall-għajxien tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex isir l-istħarriġ meħtieġ u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu annimali u tjur miżmuma illegalment fir-razzett ta' Triq San Ġorġ f'San Pawl il-Baħar fl-ispezzjonijiet li saru s'issa? Fejn waslu l-passi legali li kellhom jittieħdu kontra s-sid wara li nstab li nżammu kontra l-liġi iżjed minn tmien baqar li għandu permess għalihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rikjesta ma tistax tingħata minħabba li l-każ huwa sub-judiċe. Il-passi legali li ttieħdu kontra s-sid għadhom ma nstemgħux il-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid xi strutturi operattivi jeżistu biex Malta tipproċessa u ssegwi l-applikazzjonijiet ta' studenti u żgħażagħ Ewropej biex jieħdu sehem fil-programmi Socrates u Leonardo billi jqattgħu żmien jistudjaw f'Malta? Kemm hemm nies jaħdmu f'dawn l-istrutturi? X'inhija l-funzjoni ta' kull persuni? X'inhuma l-ħlasijiet ta' pagi u spejjeż oħra ta' dawn l-istrutturi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess ta' aċċetazzjoni ta' l-istudenti Ewropej li jiġu Malta fuq ERASMUS-Socrates jinħadem mill-universitajiet ewropej. L-Universita` ta' Malta toffri l-'placement' fil-korsijiet tagħha premezz tas-Socrates Office. Is-Socrates Office jaħdem permezz ta' żewġ 'graduate trainees', imħarrġa mis-Socrates TAO ġewwa Brussels. Is-Socrates Office jaħdem b'fondi li jingħata mill-Universita` ta' Malta li jiġi mill-'Istitutional Contract' mal-Kummissjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena akkademika 2000-2001 f'liema semester se jkunu jistgħu jieħdu sehem studenti universitarji fil-programm edukattiv Socrates ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm hemm studenti Maltin li s'issa wrew interess u applikaw biex jieħdu sehem f'Socrates?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti universitarji jistgħu jieħdu sehem minn Ottubru tas-sena 2000. Minħabba l-proċeduri tal-Kummissjoni, huwa aktar għaqli li l-istudenti Maltin jattendu fit-tieni semestru. 'Il fuq minn 300 student applikaw għall-partijiet l-oħra tas-Socrates.
Jista' l-Ministru jgħid s'issa l-Universita' ta' Malta kemm irċeviet talbiet u turija ta' interess minn studenti ta' universitajiet mill-Unjoni Ewropea biex jiġu Malta skond l-iskema tal-programm ta' Socrates?
S'issa l-Universita kemm tat risposti lill-istudenti universitarji Ewropej li jixtiequ jagħmlu semester hawn li jibda f'Ottubru, 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita` ta' Malta hi fost 42 membru li jappartjenu għas-Santander Group u l-Utrecht Network. Minn għand dawn l-Universita` irċeviet 96 talba biex tikkopera bħala 'partner' fil-programm Socrates. It-Technical Assistance Office ta' Brussels jista' jvarja dan in-numru. Il-'policy' ta' l-Universita` Mobility. Meta d-Direttorat ta' l-Edukazzjoni u Kultura ta' l-Unjoni Ewropeja jagħti l-'go-ahead' jiġu mgħarrfa l-istudenti Ewropej li ġejjin Malta.
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' nfiq u lil min sar il-ħlas mill-ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu b'mod dirett jew indirett b'risq iċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr għall-perjodu bejn l-10 ta' Settembru, 1998 sal-lum kif ukoll jagħti x'inhu antiċipat li tkun in-nefqa mill-istess ministeru jew entitajiet kollha li jaqgħu taħtu fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju, 2000 u l-31 ta' Diċembru 2000 kif ukoll igħid x'commitments finanzjarji dawn għandhom b'risq l-istess ċentru iżda li s'issa għadhom ma tħallsux jew inkella tħallsu biss partijiet minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'wasal lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li toħroġ sejħa għall-kwotazzjonijiet għall-provvista ta' żraben tas-sigurta' għaċ-Ċentru Malti għar-Restawr fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Ottubru, 1999 filwaqt li jgħid kemm hu antiċipat li tkun in-nefqa għax-xiri ta' dawn iż-żraben u kemm sejrin jinxtraw u mil-liema Cost Centre u Vot sejrin jitħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11548.