Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17915 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

AIDS — Konferenza Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex rappreżentata fil-Konferenza Internazzjonali fuq l-AIDS li qed issir bħalissa f'Durban fis-South Africa? Jekk iva, minn min u x'papers se nippreżentaw? Jekk le, għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ebda uffiċjal fid-Dipartiment tas-Saħħa ma rrappreżenta l-Malta fil-Konferenza Internazzjonali fuq l-AIDS li qed issir bħalissa f'Durban fis-South Africa.
Leg 9 PQ #17916 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

AIDS — Każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm każi ta' AIDS irrapportati fl-ewwel sitt (6) xhur ta' din is-sena? Kemm hu n-numru totali ta' każi ta' AIDS mindu bdiet tinżamm statistika? Kemm kienu irġiel u kemm nisa u kemm Maltin u kemm barranin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena kellna żewġ każi rappurtati ta` AIDS. Mill-1986 'l hawn ġew rappurtati 50 każ ta` AIDS f'residenti Maltin u 10 każijiet oħra f'nies mhux residenti. Minn dawn, 52 kienu rġiel u 6 kienu nisa. Mill-każijiet f'nies mhux residenti hemm tnejn li ma għandniex informazzjoni dwar is-sess tagħhom.
Leg 9 PQ #17917 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Marda ta' l-AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba, paramediċi, eċċ Maltin li huma mħarrġin biex jikkumbattu l-marda ta' l-AIDS? Dawn kollha qed jaħdmu mal-Gvern Malti? Isiru taħdidiet fl-iskejjel? Kemm saru u f'liema skejjel matul is-sena skolastika li għaddiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17918 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sport organizzat jieħdu sehem fih dawk miżmuma fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Liema struttura teżisti biex l-isport jiġi organizzat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-isport organizzat li jinżamm fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huwa dak tal-footbal. L-instructor tal-GYM jieħu ħsieb jorganizza logħob bejn id-divisions kif ukoll jorganizza partiti ma` timijiet minn barra l-ħabs. Perjodikament isiru ukoll tournaments taċ-chess. Isir logħob taċ-chess darbtejn fil-ġimgħa ma` grandmaster fuq bażi ta` Knock out system bejn il-parteċipanti li jkunu preżenti.
Leg 9 PQ #17823 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Vokazzjonali — Principal designate

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħa ta' l-isteering committee ttieħdet id-deċiżjoni għar-reklamar għas-sejħa għall-post ta' designate principal għall-Kulleġġ Vokazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-deċiżjoni għar-reklamar għas-sejħa għall-post ta' Designate Principal għall-Kulleġġ Vokazzjonali ttieħdet fil-laqgħa li saret fis-7 ta' April 2000. Inkisbu wkoll l-approvazzjoni meħtieġa mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u mill-Management and Personnel Office.

Djar — Lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ngħatat il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li ilha tliet snin magħluqa ġo dar għax qiegħda ġo wheelchair u li talbet biex isir lift fil-blokk fejn toqgħod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikunsidrat l-istallazzjoni ta' "lift" fl-appartamenti fejn toqgħod il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant iżda irriżultaw dawn il-problemi:L-uniku post fejn jista' jiġi nstallat il-"lift" huwa minn bitħa interna. Biex il-"lift" ikun jista jsir, is-sistema eżistenti tad-drenaġġ u ilma jridu jiġu rilokati. Barra minnhekk, trid issir modifika fis-sistema eżistenti tal-kmamar tal-banju ta' kull post li jagħti għal ġo dan ix-xaft.Irid issir ukoll jew esproprazzjoni ta' żewġ kmamar fil-pjan terren jew rilokazzjoni tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma ta' xi residenti.Kif wieħed joħroġ mill-bieb tal-"lift" propost hemm "platform" u ħames tarġiet biex wieħed ikun jista' jasal fil-pjan biex jidħol fl-appartament. It-tibdil ta' dawn il-ħames tarġiet f'rampa jirriżulta f'rampa ta' pendil aktar wieqaf mill-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-persuni b'diżabilita', speċjalment dawk li jridu jużaw il-"wheelchair".Ninsab infurmat ukoll li l-persuna indikata kienet waħda mill-persuni mgħejjuna permeżż ta' "support" minn "Social Worker" professjonali u ġiet proċessata u milqugħa t-talba tagħha għal "reserved parking" quddiem ir-residenza taghha.
Leg 9 PQ #17878 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola San Ġużepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola sekondarja tas-subien San Ġużepp qed tintbagħat fil-bini ta' l-iskola tas-snajja' fil-Marsa, post żgur mhux addattat, meta tfal bħal dawk li jmorru f'San Ġużepp għandhom bżonn ambjent iżjed stimolanti u interessanti flok diżutli, mitluqa u żdingat biex iżjed jitfagħhom lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Nassigura lill-Onor. Membru li l-ambjent fl-iskola fil-Marsa la kien, u aktar u aktar mhux ser ikun, diżutli, mitluq u żdingat. Rappreżentanti ta' l-istaff ta' l-iskola sekondarja ta' San Ġużepp f'Kordin kienu ġew mistiedna biex huma ukoll jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar il-bżonnijiet ta' l-iskola sekondarja. Diġa' qed isir ħafna xogħol biex din l-iskola ssir aktar stimolanti u interessanti. Fil-fatt qed isir xogħol ta' tibjid ma' kullimkien; qed isiru toilets ġodda kemm għat-tfal u kemm għall-istaff; u qed isir ukoll facelift tal-worksops kollha.

Dar il-Kaptan

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif qed titmexxa Dar il-Kaptan? Min qed imexxxieha? Liema huma l-impjegati tal-gvern li qed jaħdmu f'Dar il-Kaptan? Fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom? X'inhu x-xogħol tal-persuna l-isimha qed jintagħat separatament f'Dar il-Kaptan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dar il-Kaptan, li ilha mwaqqfa minn 1990, hija mmexxija minn Bord skond l-istatut tal-"Foundation for Respite Care Services". Dan il-Bord hu magħmul minn tlett rappreżentanti nominati mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilita', tlett membri mill-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilita' u ħames membri oħra eletti waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali. Iċ-"Chief Executive" kif ukoll is-"Services Manager" huma responsabbli għat-tmexxija ta' din id-Dar taħt id-direzzjoni tal-Bord.Ma hemm l-ebda impjegat tal-Gvern li qed jaħdem f'din il-Fondazzjoni.Il-persuna li għaliha saret referenza fil-Mistoqsija kienet membru tal-Bord tat-Tmexxija iżda ninsab infurmat li rreżenjat minn din il-kariga.
Leg 9 PQ #17880 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Villaġġ Artiġjanali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex se tkun tikkonsisti l-iskema ta' sħubija bejn gvern u privat li permezz tagħha l-gvern irid jiżviluppa Ta' Qali, inkluż il-villaġġ artiġjanali? Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor Edwin Vassallo, diġa' ġie avviċinat minn xi persuna/persuni li wrew interess f'dan l-iżvilupp u diġa' wrewlu l-pjanti għall-inħawi? Min huma dawn il-persuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-iskema ta' sħubija bejn Gvern u privat ser tikkonsisti filli l-Gvern jgħaddi l-art għal numru ta' snin biex tiġi żviluppata minn dak l-iżviluppatur li jintagħżel wara sejħa għall-offerti. Ma jirriżultalix li s-Segretarju Parlamentari Onorevoli Edwin Vassallo ġie avviċinat minn xi ħadd li wrieħ il-pjanti tal-proġett.

Karozzi tal-linja

Question

Peress li ħafna mill-karozzi tal-linja huma qodma ħafna u in vista ta' l-inċident fil-Mosta nhar is-Sibt li għadda u inċidenti oħra fl-aħħar xhur, jista' jara li testijiet isiru aktar ta' spiss biex jkun żgurat li l-passigġġieti jkunu qed jivvjaġġaw fil-kumdita' u f'sigurta'? Bħalissa kif isiru t-testijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond ir-Regolamenti ta` l-1998 dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur ikunu tajba għat-Triq, il-karozzi tal-Linja irid isirilhom il-`Vehicle Roadworthiness Test` kull sena qabel ma tkun tista` tiġġedilhom il-liċenzja tat-triq. Dawn jagħmlu t-test kif stipulat fir-Regolamenti msemmija hawn fuq, u barra minn dan isirilhom test ieħor mill-Awtorita` Dwar it-Trasport Pubbliku.
Leg 9 PQ #17810 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz, il-curriculum vitae, il-grad li fih ġew impjegati u l-grad li jokkupaw il-lum, id-data tagħhom ta' l-impjieg, f'kull każ jgħid jekk qattx kienu impjegati ta' l-istess fondazzjoni forsi taħt isem ieħor kif ukoll x'salarju, benefiċċji u allowances oħra qegħdin jirċievu fis-sena u jekk l-impjieg tagħhom hux għal żmien definit jew indefinit billi jgħid ukoll meta hi l-iskadenza ta' kull kuntratt ta' xogħol ta' kull individwu rispettiv?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17819 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Għawdex - Chambrai

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il darba saru spezzjonijiet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq il-proġett ta' Chambrai f'Għawdex biex jaraw jekk kollox huwiex miexi skond il-kriterji tal-permess? Xi nstab f'kull spezzjoni u x'passi ttieħdu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-taqsima ta` l-infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tagħmel spezzjonijiet regolari fil-proġett ta` Chambrai sabiex isegwu l-proċess ta` l-iżvilupp. Matul din is-sena saru mill-anqas seba` spezzjonijiet (bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar). Matul dawn l-ispezzjonijiet instab li l-bini tal-Units, il-parking u l-iskavar tas-sit fejn ser tinbena l-lukanda qed isir skond il-pjanti approvati. Madankollu ttieħdu passi permezz ta` Avviż biex Tieqaf (ref. ECF 672/00) fir-rigward ta` materjal li tqiegħed fid-ditch. Għalkemm ma rriżultax li nkisru xi kundizzjonijiet tal-permessi maħruġa, inħass il-bżonn li l-iżviluppaturi jitwaqqfu milli jżommu aktar materjal f`dan il-post, u fl-istess ħin ġew mitluba jibgħatu 'method statement' għall-approvazzjoni sabiex jitneħħa dan il-materjal. Irid jingħad l-proġett qed ikun segwit ukoll minn Monitoring Committee li qed isegwi b`mod partikolari l-qasam tal-wirt nazzjonali. Dan il-Kumitat spezzjona l-proġett tliet darbiet mill-bidu ta` din is-sena.
Leg 9 PQ #17820 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk kollha li tqabbdu jaħdmu fil-pixxina nazzjonali minn Settembru, 1998 sal-lum u f'kull każ jagħti l-lokalita' fejn jgħixu dawk il-persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1998 sal-lum in-nies li tqabbdu jaħdmu fil-Pixxina huma dawn: Alfred Grima li joqgħod ir-Rabat Melvin Micallef li joqgħod Santa Lucia Larkin Pisani li joqgħod il-Ħamrun Ivan Schembri li joqgħod il-Gudja (Dan ta' l-aħħar ħadem biss madwar 4 ġimgħat) Salvatore Delezio li joqgħod il-Fgura (fuq bażi ta' Casual/ Part-time) Barra minn hekk in-numru ta' persuni li ingħataw kuntratt ġdid fl-imsemmi perjodu, iżda kienu impjegati mal-Pixxina qabel Settembru '98 kienu dawn: Franklin Axisa li joqgħod San Ġwann Alan Falzon li joqgħod San Ġwann William Galea li joqgħod Kalkara Emanuel Reitano li joqgħod Tarxien Keith Zahra Davis li joqgħod Ta' Xbiex.
Leg 9 PQ #17821 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Fondazzjoni Arka

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-Ministeru li jgħin lill-Fondazzjoni Arka tħaddem b'suċċess il-proġett il-ġdid għas-servizz residenzjali/respite għall-persuni b'diżabilita' meta jiftaħ f'Diċembru li ġej f'Għajnsielem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru għaddej b'diskussjonijiet malFondazzjoni Arka biex jara kif jista' jghin lillproġett li qed jirreferi għalih lOnor. Interpellant.
Leg 9 PQ #17822 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biblijoteka Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tar-rivisti li qed jinxtraw bħalissa mill-Biblijoteka Nazzjonali u kemm jiswew f'sena sħiħa?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' Marittima — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel (6) xhur, kemm kien hemm rapporti lill-Awtorita' Marittima dwar vapuri li għerqu, kienu nvoluti f'xi inċidenti fuq il-baħar waqt li kienu qed itajjru l-bandiera Maltija? Jista' jagħti d-dettalji dwar l-isem tal-vapur, tunnellaġġl post ta' l-inċident eċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn informazzjoni li għandha s`issa l-Awtorita` Marittima ta` Malta bejn ix-xhur ta` Jannar u Ġunju 2000, 55 bastiment Malti kien involut f`xi inċident fuq il-baħar f`postijiet diversi madwar id-dinja. Tnejn minn dawn il-bastimenti għerqu, wieħed wara ħruq fl-`engine room` u l-ieħor wara kolliżjoni. Dawn l-inċidenti kienu jinvolvu minn sempliċi kuntatt mall-moll jew ma` Bastiment ieħor għal għarqa ta` vapur. Fil-parti l-kbira l-inċidenti kienu jew inkaljar tal-bastiment jew kolliżjoni.

Vapuri

Question

Matul l-ewwel sitt (6) xhur ta' din is-sena, kemm-il vapur li kien qed itajjar il-bandiera Maltija ġie miżmum f'xi port barrani minħabba xi difett li kellu? Jista' jagħti lista tal-vapuri li nżammu, għal kemm inżammu, x'nuqqasijiet kellhom u f'liema post u pajjiżi nżammu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn informazzjoni li għandha l-Awtorita` Marittima ta` Malta bejn ix-xhur ta` Jannar u Ġunju 2000, 127 bastiment reġistrat Malta ġew detenuti f`xi port barrani taħt l-iskema tal-`Port State Control`. Dawn id-detenzjonijiet seħħew f`portijiet diversi f`26 pajjiż differenti. Ir-raġunijiet għalfejn inżammu dawn il-bastimenti kienu għal defiċjenzi varji kontra diversi kontravenzjonijiet internazzjonali, fil-parti il-kbira SOLAS, MARPOL, LOAD LINES u ILO 147.

Awtorita' Marittima Maltija — Vapuri

Question

L-Awtorita' Marittima Maltija jew l-esperti tagħha jeżaminaw vapuri li jidħlu f'portijiet Maltin? Kemm saru eżamijiet fl-ewwel sitt (6) xhur ta' din is-sena? Fuq liema vapuri? B'liema riżultat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena 28 bastiment barrani ta` 15-il nazzjonalita` differenti ġew spezzjonati taħt l-iskema tal-Port State Control mill-Awtorita` Marittima ta` Malta qabel ma dawn baħħru `l barra minn portijiet Maltin. Disgħa (9) minn dawn il-bastimenti ta` 7 nazzjonalitajiet differenti kellhom jiġu detenuti għal xi żmien sakemm sarilhom dak li hu meħtieġ skond il-konvenzjonijiet internazzjonali relattivi.

MMA — Vapur "Erika"

Question

Peress li meta għereq il-vapur Erika, kien taħt il-bandiera Maltija, l-Awtorita' Marittima Maltija irċeviet xi rapport dwar din l-għarqa mill-awtoritajiet Franċiżi u/jew xi awtorita'/organizzazzjoni oħra? Jekk iva, jista' jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Malta Maritime Authority irċeviet żewġ rapporti dwar l-inċident tal-vapur Erika. Dawn huma: Rapport preliminari dwar inkjesta teknika li saret mill-Bureau Enquetes Accidents - Mer. Rapport preliminari dwar inkjesta teknika li saret mis-Soċjeta` RINA.
Leg 9 PQ #17806 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Rapport

Question

Issa li l-uffiċċju nazzjonali ta' l-awditur għadda lill-Ministeru tal-Finanzi, ir-rapport dwar it-trasport governattiv, meta se jitħejjew il-kummenti tal-ministeru li qed jistenna l-uffiċċju nazzjonali ta' l-awditur biex ikun jista' jtemm ir-rapport tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi bi ħsiebu jagħti l-kummenti tiegħu fuq ir-rapport tal-awditur dwar it-trasport governattiv fi żmien qasir. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi bi ħsiebu jagħti l-kummenti tiegħu fuq ir-rapport tal-awditur dwar it-trasport governattiv fi żmien qasir.