Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18015 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal post temporanju ta' uffiċjal tal-pubbliċita'/marketing fil-pixxina nazzjonali li s-sejħa għalqet jumejn ilu? Qabel ma saret sejħa pubblika għal dan il-post, kien hemm kuntatti ma' l-ETC għall-mili ta' dan il-post? X'inhi r-raġuni li dan il-post huwa wieħed ta' tlett xhur, meta post bħal dan jista' jkun ta' utilita' kbira matul is-sena sħiħa? X'salarju qed jiġi offrut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hamm għaxar (10) applikazzjonijiet għas-sejħa għal servizzi ta' konsulenza dwar pubbliċita`/marketing. Peress li dan mhux kintratt ta' xogħol kienx hemm bżonn ta' permess mill-Employment and Training Corporation. Il-konsulenza għandha twassal għal studju speċifiku, liema studju għandu jingħata lit-tmexxija l-ġdida prevista għall-faċilitajiet sportivi ta' l-Universita`, sabiex jevalwaha u jaddottha. Is-somma li ser titħallas hija ta' Lm1,000 darba waħda.
Leg 9 PQ #18027 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Lulju s'issa kemm-il darba sar xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar? Minn fejn ħiereġ l-ilma li qed jiskula għal ġol-kantiena tar-residenti fit-triq? Meta huwa mistenni li jitlesta x-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18005 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mwiet

Question

Peress li kważi kuljun ikun hemm xi aħbar li jiżvela l-konnessjoni ta' mwiet u mard mat-tipjip, għandux jirrikmanda li l-kliem tat-twissija fuq pakketti tas-sigaretti/sigarri għandhomx ikunu aktar iebsa? Jista' jindika sena b'sena mill-1995, u anke l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, kemm kien hemm imwiet konnessi mat-tipjip bħal kanċer tal-pulmun, problemi tal-qalb, eċċ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Infurmat li l-Kumitat kontra t-TIpjip għadu kif fassal liġijiet ġodda dwar it-twissija fuq il-pakketti tas-sigaretti/sigarri fuq il-linji indikati fid-domanda. 2. Ninsab infurmat li skond ir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet in-numru ta` mwiet konnessi mat-tipjip huma: SENA NUMRU TA` MWIET KONNESSI MAT-TIPJIP ---------------------------------------------- 1995 324 1996 351 1997 356 1998 341 1999 371 sa Ġunju 2000 183 1. Infurmat li l-Kumitat kontra t-Tipjip għadu kif fassal liġijiet ġodda dwar it-twissija fuq il-pakketti tas-sigaretti/sigarri fuq il-linji indikati fid-domanda. 2. Ninsab infurmat li skond ir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet in-numru ta` mwiet konnessi mat-tipjip huma: SENA NUMRU TA` MWIET KONNESSI MAT-TIPJIP 1995 324 1996 351 1997 356 1998 341 1999 371 sa Ġunju 2000 183
Leg 9 PQ #18006 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar sentejn sarux xi diskussjonijiet mal-awtoritajiet ta' l-isptarijiet privati biex ċerti operazzjonijiet isiru f'dawn l-isptarijiet flok fl-Isptar San Luqa u dan bil-għan li tittaffa l-problema ta' stennija speċjalment fl-operazzjonijiet ta' l-ortopedija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #18007 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Testijiet tal-Breathalyser

Question

Kemm twaqqfu vetturi mill-pulizija biex isiru testijiet tal-breathalyser fuq is-sewwieqa fl-ewwel sitt (6) xhur ta' din is-sena? Kemm irriżultaw fil-pożittiv? Kemm kien hemm barranin involuti? Kemm kien hemm persuni li ma kenitx l-ewwel darba li twaqqfu mill-pulizija u nstabu pożittivi għax-xorb alkoħoliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena kien hemm 55 sewwieq (4 minnhom kienu barranin) li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dan in-numru ta` testijiet, 48 irriżultaw pożittivi, li kollha nstabu hekk għall-ewwel darba għajr wieħed.
Leg 9 PQ #18008 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet Statali — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba barranin impjegati ma' l-Istat? F'liema settur qegħdin jaħdmu? Meta ġew ingaggati għal ewwel darba? Ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar it-tobba barranin li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa hija kif ġej: Nazzjonalita' Nru. Settur Data ta' meta ġie ngaġġat _________________________________________ ___________________ Awstralja 1 Radjoloġija 16.08.99 Bosnija 5 Anestesija 20.06.94 Anestesija 21.03.94 Kirurġija 01.08.94 Ortopedija 25.04.94 Radjoloġija 15.11.93 Maċedonja 1 Radjoloġija 11.06.95 Olanda 1 Kirurġija 01.03.97 Polonja 12 Anestesija 30.05.90 Anestesija 22.09.92 Anestesija 21.01.94 Anestesija 01.05.95 Anestesija 16.12.99 Anestesija 03.07.92 Anestesija 13.12.89 Kirurġija 17.03.92 Kirurġija 30.10.93 Kirurġija 26.02.80 Patoloġija 30.08.94 Radjoloġija 13.08.89 Repubblika Ċeka 5 Anestesija 25.09.97 Anestesija 22.08.89 Anestesija 07.03.95 Oftalmoloġija 06.01.92 Radjoloġija 06.01.2000 Repubblika Slovakka 11 Anestesija 19.03.92 Anestesija 22.08.97 Anestesija 27.07.92 Anestesija 15.12.99 Anestesija 23.03.97 Kirurġija 26.01.2000 Ortopedija 14.08.93 Ortopedija 05.06.88 Ortopedija 08.01.89 Radjoloġija 17.05.2000 Radjoloġija 29.11.85 Renju Unit 1 Kirurġija 01.04.95 Yugoslavja 6 Anestesija 30.10.95 Anestesija 20.11.95 Anestesija 27.02.94 Anestesija 10.04.2000 Ortopedija 28.02.94 Ostetriċja u Ġinekoloġija 29.11.93 ______________________________________ _______________________ TOTAL 43

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitbaxxew it-tariffi tat-telephone għal użu ta' l-internet, speċjalment matul tmiem il-ġimgħa (is-Sibt u l-Ħadd), fejn it-tariffi huma għolja għal dawk, speċjalment studenti, li jridu jużaw l-internet għat-tagħlim?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-tariffi tat-telefon għall-użu ta` l-`Internet` diġa jgawdu minn tnaqqis sostanzjali permezz ta` skema mnedija mill-Maltacom fl-1998 u magħrufa bħala `Websave. B`din l-iskema, li toffri tlett kategoriji ta` pagamenti skond is-servizz magħżul, `subscribers` ta` l-`Internet` jħallsu għall-użu tal-linja `pulse free`, irrispettivament mill-ħin li jdumu jużaw l-`Internet`. Il-Maltacom toffri din l-iskema mhux għas-sussidjarja tagħha biss iżda wkoll għal diversi `Internet Service Providers` oħra.
Leg 9 PQ #18010 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Lotteriji — Bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm kien il-bejgħ fi flus ta': (1) biljetti tas-Super Five; (2)Lottu tas-Sibt; (3) Lotterija Nazzjonali; (4) lotteriji oħra bħal Presto?

Response (DALLI, JOHN)

N#arraf lill-Onorevoli Interpellant li l-bejgħ fi flus ta' biljetti matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien kif ġej: 1. Super Five - Lm4,014,5892. Lottu tas-Sibt - Lm5,660,8433. Lotterija Nazzjonali - Lm 543,2204. Tiritombla - Lm 215,6745. Presto - Lm 415,317
Leg 9 PQ #17919 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent nadif — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema għall-ambjent nadif jaħdmu fuq centre strips u xogħol ieħor, bħal qtugħ ta' ħaxix, f'toroq ewlenin fil-ħinijiet li jkun hemm l-aktar traffiku? Ma tistax tinstab sistema fejn isir xogħol f'ħinijiet fejn ma jitħarbatx it-traffiku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tas-Sezzjoni għall-Ambjent Nadif jaħdmu ħinijiet kif ikun il-bżonn. F'toroq arterji u traffikużi bħal ma huma Triq Diċembru Tlettax, Triq Nazzjonali, Triq Aldo Moro, il-Venda tal-Karozzi tal-Linja eċċ, ix-xogħol isir bil-lejl. Fejn ix-xogħol ma jkunx jista' jsir bil-lejl minħabba nuqqas ta' dwal, dan ix-xogħol ikollu jsir bi nhar.

Qorti tal-Minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li tressqu quddiem il-qorti tal-minorenni fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? X'kienu l-akkużi prinċipali? X'kienu l-etajiet tat-tfal li tressqu quddiem din il-qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru tal-Politika Soċjali.

Membri tal-Ġudikatura

Question

Wara d-deċiżjoni tal-Gvern li membri tal-ġudikatura m'għandhomx jkunu membri ta' bordijiet tal-gvern, sportivi eċċ, jista' jgħid liema imħallfin/maġistrati: (a) irriżenzjaw minn xi kariga li kienu qed jokkupaw; u (b) għadhomx qed jokkupaw xi kariga kif imsemmiaj aktar 'il fuq? X'inhi din il-kariga?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-domanda tal-Onorevoli Interpellant mhix preċiża għaliex il-gvern jista jiddeċiedi biss dwar Bordijiet Governattivi. Rigward assoċċjazzjonijiet volontartji bħal dawk sportivi l-Gvern jagħmel biss suġġeriment li jidirlhu li hemm inkompatilibita bejn l-indipendenza tal-ġudikaturi u s-sehem attiv f`assoċċjazzjoni volontarja. Jekk dan is-suġġeriment jintlaqax jew le hu f`idejn kull membru tal-ġudikatura .
Leg 9 PQ #17993 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Miżbliet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-miżbliet approvati f'Malta u Għawdex? Matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, x'kien l-ammont ta' materjal li ntefa' f'kull miżbla? Kemm f'kull każ kien hemm materjal ta' kostruzzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ammont ta' materjal li ġie depożitat f'dawn il-lokalitajiet fil-perjodu bejn Jannar u Ġunju 2000 kien jammonta għal 724,750 tunellata f'Malta, fil-waqt li dak ta' Għawdex huwa stmat li jammonta għal madwar 53,000 tunellata. L-ammont ta' materjal ta' kostruzzjoni li daħal fil-miżbla tal-Magħtab kien ta' 622,633 tunellata. Fil-miżbla tal-Qortin jidħol ammont żgħir ta' materjal ta' kostruzzjoni biex jitgħatta l-wiċċ ta' l-iskart l-ieħor.
Leg 9 PQ #17994 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power stations — Circuit breakers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx servizz ta' manutenzjoni regolari fuq is-circuit breakers fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara? Qabel il-Ġimgħa, 23 ta' Ġunju, meta Malta u Għawdex sfaw bla dawl għal ħin twil, jista' l-Ministru jindika meta sar l-aħħar xogħol ta' manutenzjoni fuq is-circuit breakers?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta unit partikulari ikun mitfi, l-inġiniera tal-power stations jieħdu l-opportunita` jagħamlu l-manutenzjoni meħtieġa. Ninsab infurmat li l-aħħar unit li ġie spezzjonat fil-power station tal-Marsa kien dak tal-Generator Transformer numru 4 u dan sar fit-2 ta` Lulju ta` din is-sena.
Leg 9 PQ #18004 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Fl-iskejjel liċenzjati biex joperaw f'Malta fejn hemm il-maġġoranza assoluta ta' tfal huma ċittadini Maltin, jista' jgħid jekk ir-reliġjon, storja ta' Malta suġġetti simili għandhomx jiġu mgħallma bil-lingwa Maltija? Fl-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC il-karti għal dawn huma bil-Malti jew biż-żewġ lingwi? Jista' jgħid jekk fil-futur qarib hux se jkun hemm xi tibdil fil-mod u l-lingwa li bihom se jsiru l-karti għal dawn l-eżamijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

B'referenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija , nirreferi lill-Onor. Membru għal dak li jgħid il-Kurrikulu Nazzjonali, paġna 104. "Kull skola għandu jkollha strateġija għat-tagħlim tal-lingwi. Huwa rrikmandat li l-ilsna jiġu mgħallma permezz ta' dak l-ilsien stess, li barra l-Malti anki l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon u l-PSD jiġu wkoll mgħallma bil-Malti, u l-oħrajn (barra l-ilsna barranin) bil-Ingliż. Rikmandat ukoll li jkun hemm progrmmi ta' tisħiħ fejn meħtieġa għall-ilsna uffiċjali ta' Malta, u l-użu tal-code switching fil-każi fejn l-Ingliż joħloq problemi kbar". Informat li l-eżamijiet għaċ-Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) li jsiru bil-Malti u bl-Ingliż huma: L-Istudji Ambjentali L-Istudji Soċjali It-Tagħlim Reliġjuż Fil-livell intermedju taċ-Ċertifikat tal-Matrikola s-suġġetti li jsiru biż-żewġ lingwi huma: L-Oqsma ta' l-Għerf It-Tagħlim Reliġjuż Fil-livell avvanzat taċ-Ċertifikat tal-Matrikola l-uniku suġġett li jsir bil-Malti u bl-Ingliż huwa: It-Tagħlim Reliġjuż Il-Bord tal-Matsec qiegħed jirrevedi s-sillabi in vista tal-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid.
Leg 9 PQ #17323 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Restawraturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid itteħditx id-deċiżjoni li r-restawraturi tal-pittura li kienu jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Mużewijiet jiġu ttrasferiti għaċ-Ċentru Malti tar-Restawr f'Bighi kif ukoll jgħid x'inhi l-miżata li qiegħda tintalab biex f'Bighi entita' tingħata servizz li qabel kien jingħata minn dipartiment tal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa issa ma ttieħdet ebda deċiżjoni fuq ir-restawratur tal-pittura li kienu jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Mużewijiet. Informat ukoll li dawn iżda informalment urew ix-xewqa tagħhom li jibdew jaħdmu maċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi u din ix-xewqa qiegħda tiġi kkunsidrata wkoll fl-isfond ta' ristrutturazzjoni eventwali fid-Dipartiment tal-Mużewijiet. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Membru għall-parti rilevanti tat-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 16767.
Leg 9 PQ #17324 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jintalab l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern bħala ħlas għal xogħol ta' legar li dan qiegħed jordna liċ-Ċentru Malti għar-Restawr f'Bighi filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi b'mod dettaljat x'inhuma r-rati għas-servizzi kollha li jingħataw mill-istess ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa ċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi ma' rċieva ebda talba mingħand in-Nutar tal-Gvern għal kwalunkwe tip ta' xogħol. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Membru għall-parti rilevanti tat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16767.
Leg 9 PQ #17417 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarju tagħhom mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi ta' l-istess ministeru filwaqt li jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra dawn jitħallsu fix-xahar kif ukoll xi trasferiment ta' fondi jagħmel l-istess dipartiment u għal liema individwi lill-entitajiet oħra bħala flus f'salarji jew allowances f'każ fejn individwi huma on secondment, on loan, jew inkella t-trasferiment uffiċjali tagħhom ikun għadu ma sarx?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17689 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati spiċċaw mill-impjieg tagħhom mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija minn Settembru 1999 sal-lum? X'kienu r-raġunijiet li spiċċaw? Kif ġiet ri-organizzata l-funzjoni li kellhom dawk li spiċċaw? Kemm hemm jaħdmu mal-Kunsill illum u x'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1999 sal-lum, ebda impjegat tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST) ma spiċċa mill-impieg. * Kien hemm iżda qbil reċiproku bejn il-Kunsill u l-konsulent li kien ġie ingaġġat bħala Koordinatur part-time tan-Network tal-Bioteknoloġija li l-kuntratt ta' dan il-konsulent ma jiġġeddidx aktar f'Mejju ta' din is-sena, wara li kien għalaq fit-28 ta' Frar, 1998, u kien baqa' jiġġedded xahar b'xahar. Id-dmirijiet tal-Koordinatur issa qed jitwettqu mill-Assistent Koordinatur part-time ta' l-istess network. * Fis-6 ta' Marzu 2000, l-impjegat tas-Servizz Pubbliku li kien ġie sekondat biex iservi ta' Kap Eżekuttiv ta' l-MCST intalab jirrapporta lura għax-xogħol regolari tiegħu fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Id-dmirijiet ta' Kap Eżekuttiv bħalissa qed jitwettqu mill-Assistent Personali tal-Kap Eżekuttiv. * Dan l-aħħar, l-uffiċjal li kien jieħu ħsieb l-accounts tal-MCST wera l-intenzjoni tiegħu li jitlaql-impieg. Qed isiru arranġamenti biex din il-funzjoni tibda titwettaq minn kumpanija ta' accounts u m'hemmx il-ħsieb li tiġ impjegata persuna oħra. Minbarra dawk li ssemmew aktar'il fuq, il-Kunsill jimpjega wkoll Koordinaturi ta' Networks - li minnhom wieħed huwa part-time u tnejn huma sekondati minn entitajiet oħra, Assistent Koordinatur, Manager għall-Proġett ta' Villa Bighi, xufier/messaġġier u charwoman part-time. Imbagħad hemm Segretarja tal-Kap Eżekuttiv li hija sekondata mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, billi dik li ddaħlet f'din il-kariga kienet ġiet sekondata ma' l-Uffiċċju tal-President fl-1997.
Leg 9 PQ #17913 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku — Każijiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ ġdid tressaq quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fl-ewwel sitt (6) xhur ta' din i-sena? Liema kienu l-akkużi prinċipali kontra dawk li tressqu? Kemm minnhom ġew deċiżi diġa'? Kemm-il każ irriżulta f'sospensjoni u kemm fit-tkeċċija? F'kull każ, ta' liema grad kienu l-persuni konċernati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fl-1 ta' Frar 2000 daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda tad-Dixxiplina li permezz tagħhom il-każijiet ta' dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u dawk il-każijiet serji li jiġu riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma għandhomx jgħaddu aktar mill-Uffiċċju tiegħi. Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda każ ta' dixxiplina li ġie riferut lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi. Dwar każijiet ta' dixxiplina li nbdew mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2000 taħt ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta' l-1977, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Skeda li turi d-dettalji mitluba.
Leg 9 PQ #17914 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għas-Servizz Pubblilku — Każijiet pendenti

Question

Quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' każi pendenti? Kemm-il każ ilu quddiem il-kummissjoni għallinqas minn sena, aktar minn sena, aktar minn sentejn, 'il fuq minn sentejn? X'raġunijiet prinċipali jkun hemm meta każ jitwal ħafna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.