Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18188 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St James Cavallier

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema partijiet, spazji u faċilitajiet fil-Kavallier ta' San Ġakbu se jitmexxew (1) mill-privat kompletament; (2) mill-privat bi sħubija mal-gvern; u (3) mill-gvern biss? Xi proċeduri se jiġu segwiti, sejħiet għall-offerti, eċċ., għall-għażla tal-prrivat li jrid jinvolvi ruħu fil-Kavallier ta' San Ġakbu?

Response (GALEA, LOUIS)

Kull fejn il-privat ser jiġi mistieden jipparteċipa f'aspetti kummerċjali tal-proġett, dan ser isir bil-proċedura ta' sejħiet għal offerti, iżda tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi Seduta oħra meta s-sitwazzjoin tkun definita b'mod aktar ċar.
Leg 9 PQ #18189 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-544 student mill-iskejjel tal-gvern li ma qgħadux għall-eżami tal-junior lyceum, kemm hemm subien u kemm hemm bniet u kemm minn Malta u kemm minn Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-544 student mill-iskejjel tal-gvern li ma qagħdux għall-eżami tal-Junior Lyceum kienu: Subien Bniet Malta 328 191 Għawdex 24 1
Leg 9 PQ #18190 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qgħadu studenti għall-eżami tal-junior lyceum mill-iskejjel: (1) tal-gvern; (2) tal-Knisja; (3) privati, separatament f'Malta u f'Għawdex u organizzati bniet u subien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum kienu:- Bniet Subien 1a) Stat Primarji Malta 1718 1714 Għawdex 190 183 1b) Stat Sekondarji Malta 59 59 Għawdex -- -- 2) Tal-Knisja Malta 210 328 Għawdex 45 43 3) Privati Malta 124 59 Għawdex -- --
Leg 9 PQ #18085 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Varsavja — Dikjarazzjoni

Question

Malta hija fost dawk il-pajjiżi li dan l-aħħar iffirmaw id-dikjarazzjoni ta' Varsavja? Fiex tikkonsisti din id-dikjarazzjoni? Kien hemm rappreżentant ta' Malta fil-konferenza li wasslet għall-iffirmar ta' din id-dikjarazzjoni? Min kien?

Response (BORG, JOE)

Malta kienet fost 107 pajjiż li ħadu sehem fil-laqgħa ta' Varsavja fejn ġiet approvata d-dikjarazzjoni finali ta' Varsavja fis-27 ta' Ġunju 2000. L-Onorevoli Dr Carmelo Mifsud Bonnici kien ir-rappreżentant Malti. Id-dikjarazzjoni finali ta' Varsavja tesprimi l-aspirazzjoni u l-impenn komuni sabiex d-demokrazija tiġi promossa, msaħħa u ppreservata. Id-dikjarazzjoni tinkludi lista ta' prinċipji u azzjonijiet demokratiċi bażiċi u tħeġġeġ it-tħaddin tal-valuri u standards demokratiċi. Għal dan il-għan ir-rappreżentanti tal-pajjiżi parteċipanti li approvaw din id-dikjarazzjoni qablu li jaddottaw il-prinċipji msemmija fid-dikjarazzjoni fil-prattika u li jgħinu lill-xulxin għal dan l-iskop. Kopja tad-dikjarazzjoni qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18112 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi eżercizzju biex ikun hemm razzjonalizzazzjoni tal-bini ta' l-iskejjel tal-gvern biex jiġu amalgamati studenti ta' skejjel bħalissa mferrxin fi skejjel differenti? Fil-każ li qed isir dan l-eżerċizzju, f'liema qafas ta' terms of reference qed isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix għal kollox ċara l-mistoqsija meta tgħid "razzjonalizzazzjoni tal-bini ta' l-iskejjel tal-gvern biex jiġu amalgamati studenti ta' skejjel bħalissa mferrxin fi skejjel differenti". Fl-eżerċizzju li kien sar ftit tas-snin ilu, il-kors fil-livell sekondarju beda jingħata kollu fi skola waħda, ħlief meta l-istudenti kienu jagħżlu li jsegwu kors fi Skola tas-Snajja' meta kellhom jitilqu skola sekondarja jew Junior Lyceum biex imorru fi Skola tas-Snajja' wara l-ewwel tliet snin. Bir-riforma li se titwettaq fil-livell sekondarju minn Settembru 2000, l-istudenti se jkunu jistgħu jagħżlu t-Teknoloġija mingħajr il-bżonn li jħallu l-iskola sekondarja wara tliet snin biex jerġgħu jibdew fi skola oħra u b'hekk il-kors sekondarju jsir f'żewġ skejjel differenti. Fadal l-iskola sekondarja taż-Żurrieq li takkomoda biss studenti fl-ewwel tliet snin tal-kors sekondarju. Meta tinbena l-iskola sekondarja l-ġdida fin-naħa t'isfel ta' Malta dawn l-istudenti wkoll ikunu jistgħu jgħaddu kors sekondarju sħiħ ta' ħames snin fi skola waħda. Il-Kulleġġ Vokazzjonali għandu jnaqqas it-tixrid ta' l-istudenti fi skejjel differenti, uħud minnhom żgħar fejn l-istudenti jitilfu l-vantaġġi tal-kuntatt ma' studenti li qed isegwu korsijiet fl-istess livell fi skejjel oħra. Il-Kulleġġ Vokazzjonali, bżat fil-Kumpless ta' Corradino, se jġib flimkien il-maġġoranza assoluta tal-korsijiet fil-livell post-sekondarju. Wieħed jista' jgħid li r-razzjonalizzazzjoni tal-bini ta' l-iskejjel hu proċess kontinwu skond il-bżonnijiet u l-possibilitajiet li jinħolqu matul is-snin.
Leg 9 PQ #18113 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna studenti fl-aħħar sena ta' l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'għeluq din is-sena skolastika: (1) fil-junior lyceum; (2) fil-govt. area sec. schools; (3) fl-iskejjel tas-snajja'; (4) fl-iskejjel sekondarji oħra; (5) fl-iskejjel tal-Knisja; (6) fl-iskejjel privati f'Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fl-aħħar tas-sena ta' l-edukazzjoni tagħhom f'din is-sena skolastika huwa kif ġej. Junior Lyceums 1,818 Skejjel Sekondarji 1,255 Skejjel tas-Snajja' 598 Skejjel tal-Knisja 1,332 Skejjel Indipendenti 286
Leg 9 PQ #18114 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 1999-2000 kemm kellna studenti li wara li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'Ottubru 1999 bdew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom: (1) f'istituzzjonijiet governattivi; (2) f'istituzzjonijiet tal-Knisja; (3) f'istituzzjonijiet privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti, li bdew xi kors f'xi waħda mill-Istituzzjonijiet Post-Sekondarji fis-sena skolastika 1999-2000, huwa 4656. Minn dawn: 4256 bdew kors f'istituzzjoni governattiva 304 bdew kors f'istituzzjoni tal-knisja 96 bdew kors fi skejjel indipendenti. Informat ukoll li b'danakollu, mhux neċessarjament li dawn l-istudenti jkunu spiċċaw l-Iskola Sekondarja f'Ġunju 1999. Xi wħud ikunu bdew jaħdmu, tlequ xogħol u ġew lura jistudjaw. Oħrajn jagħmlu xi sena jieħdu l-privat jattendu l-evening classes jew Giovanni Curmi Higher Secondary School biex iġibu l-entry qualifications meħtieġa.
Leg 9 PQ #18115 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif provdut mill-bord tal-Matsec kemm kellna studenti f'Mejju, 2000 li qagħdu għas-suġġetti differenti tas-Sec minn: (1) junior lyceum; (2) area secondary; (3) trade schools; (4) skejjel tal-Knisja; (5) skejjel privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika mitluba mill-Onor. Membru titlob ħafna riċerka ddettaljata taħt ħames kategoriji differenti u taħt it-tletin suġġett differenti offruti mill-Bord tal-Matsec. Xogħol biex tinġabar l-informazzjoni mitluba ma jistax jieħu preċedenza fuq xogħol ieħor urġenti. L-informazzjoni mitluba tinġabar fi żmien opportun u titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #18184 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Catering

Question

Issa li għaddew sitt xhur oħra mindu poġġejt il-mistoqsija parlamentari numru 13247 dwar l-għoti ta' kuntratt lill-kumpannija biex tmexxi l-catering fl-isptarijiet, jista' jgħid fiex wasal il-proċess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li r-rapport fuq l-offerti għat-tmexxija tal-"Catering" fl-isptarijiet tlesta u ntbagħat lid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Qorti — Ġurijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq qtil u attentati ta' qtil? Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija akkużati f'dawn il-ġurijiet? Kemm minn dawn ġew appuntati? F'kull każ, kemm ilu l-aktar ġuri jistenna biex isir?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta futura.Dwar ġurijiet pendenti fuq qtil hemm ħdax (11), li sitta (6) minnhom huma appuntati.Dwar attentati ta qtil hemm għaxar (10) kawżi, li ħamsa (5) minnhom huma appuntati.Dwar ġurijiet fuq qtil, hemm żewġ (2) persuni ta` nazzjonalita barranija, b` persuni għal kull każ.Ma hemmx persuni ta` nazzjonalita` barranija akkużati b`attentat ta` qtil.Il-ġuri fuq qtil l-aktar li ilu jistenna biex isir huwa dak li l-att ta` l-akkuża daħal fir-Reġistru tal-Qorti Kriminali fl-1992.IL-ġuri fuq attentat ta` qtil l-aktar li ilu jistenna biex isir huwa dak li l-att ta` l-akkuża daħal fir-Reġistru tal-Qorti Kriminali fl-1996.
Leg 9 PQ #18036 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assoċjazzjonijiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż huma maħsuba li se jkopru l-fondi li ngħataw lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien minn fondi għall-assoċjazzjonijiet sportivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kienet saret talba għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali Tarxien sabiex jiġi rranġat il-Ġnien Joanne li kien fi stat ta' abbandun u peress li dan il-ġnien huwa ċentru ta' rikreazzjoni għall-komunita` u ż-żgħażagħ ta' madwar, is-Segretarjat Parlamentari intervjena mal-Ministeru ta' l-Ambjent u flimkien mal-Kunsill Lokali Tarxien, ix-xogħol neċessarju inqasam bejn dawn it-tlett entitajiet. L-ispiża tas-Segretarjat Parlamentari kienet ta' Lm4,520. Ta min jgħid li mal-Kunsill Lokali Tarxien kienu bdew taħditiet sabiex tiġi ffurmata Għaqda Sportiva Lokali li tiġbor fiha l-għaqdiet sportivi kollha tal-lokal.
Leg 9 PQ #18037 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Aħrax tal-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pulizija rċeviet l-ewwel rapport li waqa' żgħażagħ fl-Aħrax tal-Mellieħa fil-lejl ta' bejn is-7 u t-8 ta' Lulju, 2000? Jista' jgħid kemm-il pulizija ħadet biex waslet fuq il-post bl-apparat meħtieġ biex itella' ż-żgħażagħ? Jista' jgħid jekk fil-ħidma biex itellgħuh itteħdux il-passi kollha kif suppost f'sitwazzjoni bħal dik?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kien għal ħabta ta` 4.35a.m. ta` nhar is-Sibt 8 ta` Lulju 2000, li sar ir-rapport permezz ta` telefonata lill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija dwar l-inċident li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Immedjatament wara li daħlet din it-telefonata, ġew infurmati d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Armata, kif ukoll il-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-Mobile u bdiet l-operazzjoni ta` salvataġġ. Ninsab infurmat ukoll li għal dak li jirrigwardja d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-ewwel sejħa għall-għajnuna li daħlet fil-Fire Station tad-Dipartiment tax-Xemxija kienet għal ħabta ta` l-4.45 ta` filgħodu. Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili waslu fuq il-post għal ħabta tal-5.00 ta` filgħodu, jiġifieri madwar ħmistax-il minuta wara li daħlet is-sejħa. Bħal ma jiġri f`każi oħra simili, ttieħdu l-passi kollha neċessarji, inkluż l-użu tal-helicopter, għalkemm dan ta` l-aħħar ma setax jopera minħabba diffikultajiet topografii, sabiex jittella` l-kadavru tal-vittma.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar il-livell skolastiku: (a) primarji; (b) sekondarji; (ċ) post sekondarju; u (4) terzjarju b'dawk bi kwalifiki separati għalihom u skond l-etajiet u s-sess differenti ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18039 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tracer study

Question

Jista' jsir tracer study li jipprova jesplora kif marru l-istudenti li għaddew mill-eżamijiet tal-Junior Lyceum fl-1995 meta ġew biex jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC f'Mejju 2000 fis-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Matematika? Xi gradi kienu ġabu fl-1995 u xi gradi ġabu f'dawn is-suġġetti f'Mejju 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu maħsub li d-Dipartiment tal-Kurrikulu, permezz ta' l-Educational Assessment Unit, taħdem fuq proġett bħat-Tracer Study. Dan se jkun parti mir-riċerka li din il-Unit qed tagħmel dwar l-Eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum u l-effetti tiegħu fuq it-tagħlim ġenerali u fuq l-istudenti partikolari. Informat li l-MATSEC Support Unit ma għamel ebda "tracer study" fuq studenti li daħlu l-Junior Lyceum fl-1995. (Madanakollu nafu bi studenta fil-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni li qed tagħmel studju ta' din in-natura fuq Junior Lyceum partikulari).
Leg 9 PQ #18040 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Priġunieri — Livell skolastiku

Question

Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar il-livell skolastiku tal-priġunieri Maltin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, u dan it-tagħrif ikun organizzat skond etajiet, sess, livell skolastiku b'dawk bi kwalifiki f'kull livell separat għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f`Marzu ta` din is-sena kien sar studju fuq 96 priġunier li kien jirrapreżenta 44 fil-mija tal-popolazzjoni fil-Faċilita`. Dan l-istudju kien jirrigwarda l-livell ta` l-edukazzjoni tal-priġunieri. Minn fost dawn is-96 priġunieri, 71 kienu Maltin. Minn dan l-istħarriġ irriżulta li : - 10% attendew skola primarja; 40% attendew skola sekondarja; 40% attendew skola tas-snajja; 5% post secondary studies; 5% attendew universita`. Fil-maġġoranza tagħhom dawn ma komplewx l-iskola/l-istudji li kienu qed jattendu/jagħmlu u spiċċaw mingħajr kwalifiki. 33% qalu li għandhom xi kwalifiki; 67% qalu li m`għandhomx kwalifiki. Tabella li turi l-kwalifiki li qalu li għandhom : ----------------------------------------------- -- Computer skills 1 Mechanical Engineering 2 Gardener 1 Interior designer 1 Chef 3 Upholsterer 1 'O ' Level English 3 Diving Instructor 1 Nurse 1 6 'O' Levels + 1 'A' 2 Business Management 2 Welder 2 Lawyer 1 Printing (City & Guilds) 2 Electrician Licence 1 Electrician 1 Degree Political 1 Electronics (City & Guilds) 1 Studies Computer Literecy 1 Mechanic 1 4 'O' Levels 1 Carpenter 2 L-eta` ta` dawk li pparteċipaw f`dan l-istudju : - ETA` NUMRU TA` INTERVISTATI --- ---------------------- 20 - 25 sena 14 26 - 30 sena 31 31 - 35 sena 17 36 - 40 sena 16 41 - 45 sena 8 46 - 50 sena 6 51 - 55 sena 1 56 - 60 sena 2 61 - 66 sena 1
Leg 9 PQ #18084 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Estates Management Company

Question

Jista' l-Ministru jgħid minm se jkollu l-ishma tal-kumpannija Estates Management Company li se jitwaqqaf mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp? Meta se titwaqqaf il-kumpannija? X'se jkunu r-reponsabbilitajiet tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ishma ta' din il-Kumpanija ser jinżammu mill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta kif ukoll mill-M.G.I. u l-M.I.M.C.O.L. Huwa maħsub li din il-Kumpanija titwaqqaf fil-futur qarib. Din il-Kumpanija ser tkun responsabbli biex a. isir użu aħjar ta' l-Oqsma Industrijali b. jinstabu metodi ġodda għall-finanzjament ta' żviluppi ġodda fl-Oqsma Industrijali c. timplimenta politika ġdida dwar kera, kostruzzjoni, riabilitazzjoni u manutenzjoni ta' l-Oqsma Industrijali d. timmonitorja l-allokazzjoni ta' spazju u l-utilizazzjoni tal-fabbriki
Leg 9 PQ #18011 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Irċevuti fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm kien hemm: (1) sidien ta' ħwienet/ristoranti eċċ. li ma ħarġux irċevuti fiskali; (2) sidien li ħarġu rċevuta fiskali żbaljati - li ma turix il-verita' ta' kemm intnefqu; (3) sidien/bejjiegħa li ma kellhomx cash register biex joħorġu rċevuta fiskali? Kemm saru spezzjonijiet b'kollox f'dan iż-żmien? Kemm-il persuna ttellgħet/se tittella' l-qorti?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tarif mitlub minnu huwa kif ġej: 1. Numru ta persuni reġistrati li instabu ma ħarġux irċevuta fiskali: 640. 2. Numru ta persuni reġistrati li ħarġu irċevuta fiskali żbaljata: 82. 3. Numru ta persuni reġistrati li ma kellhomx cash register: 61. It-tarif moti jodd all-perjodu mill-1 ta Jannar 2000 sal-11 ta Lulju 2000. Matul l-istess perjodi saru bkollox 4,292 spezzjoni u kien hemm 858 każ li ġew referuti sabiex jittieħdu passi bil-Qorti kontra tahom.
Leg 9 PQ #18012 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm daħħal il-gvern mill-VAT? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tarif mitlub huwa ippublikat regolarment fil-Gazzetta tal-Gvern mid-Dipartiment tat-Teżor.
Leg 9 PQ #18013 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qiegħed isir fil-pixxina nazzjonali minn ħaddiema tax-xogħlijiet pubbliċi? X'se tkun l-ispiża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li qed isir mill-ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħlijiet fil-Pixxina Nazzjonali huma dawk konnessi mal-finishing u upgrading ta' l-"Intermediate level" fil-block prinċipali fil-Pixxina. Dan ix-xogħol qed isir biex żona oħra li kienet f'Shell Form tiġi utilizzata. L-istima ta' dan ix-xogħol kif indikat mid-diviżjoni tax-xogħlijiet hija ta' Lm20,000. Din il-figura hi għall-materjal pero` ma tinkludix pagi/salarji u o/time tal-ħaddiema li jaħdmu fuq il-proġett u xogħol tal-'plumbing'. Barra dan ix-xogħol qed isir ukoll xogħol biex jiġi rilokat in-Nursery tas-Sliema Wanderers. Din l-ispiża hija koperta mill-Ministeru ta' l-Ambjent.
Leg 9 PQ #18014 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm intuża fuel biex tissaħħan il-pixxina nazzjonali? X'kien l-ammont ta' flus li tħallas/jew għad irid jitħallas? X'inhu l-ħlas tal-VAT? Il-pixxina nazzjonali tikkwalifika għar-rifużjoni tal-VAT fuq il-fuel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-bidu tas-sena, intużaw 300,067 litri ta' pitrolju biex tissaħħan il-Pixxina Nazzjonali. Dawn swew Lm37,508. Il-Pixxina Nazzjonali ma tħallasx VAT fuq dan il-pitrolju.