Jista' l-Ministru jgħid x'inhu antiċipat li tkun l-għajnuna lill-familji li għandhom uliedhom fl-iskejjel privati kif ukoll jgħid tali nefqa kif sejra tkun sostnuta mill-ministeru u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li għadni fi stadju bikri ta' diskussjoni, m'hinix f'pożizzjoni li nagħti t-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti tal-kumplessi sportivi reġjonali li l-gvern impenjat li jibni u f'kull każ jgħid xi tħallsu dawn il-periti minn meta tqabbdu sal-lum u x'inhu antiċipat li jitħallsu sakemm jitlestew il-proġetti rispettivi filwaqt li jgħid x'inhu antiċipat li jiswew b'mod dettaljat dawn il-kumplessi wieħed wieħed?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:
KUMPLESS COTTONERA:
Id-disinn u xogħol konness ma' dan ix-xogħol qed isir mill-Works Division.
KUMPLESS KARWIJA:
Id-disinn ta' dan il-kumpless qed isir mad-disinn ta' l-iskola l-ġdida. Għad m'hemmx impenn definit f'dan ir-rigward f'dan l-istadju.
KUMPLESS TAN-NORTH:
Għadhom qed isiru taħditiet rigward is-sit.F'kull każ, għadhom qed jinħaddmu l-"bills of quantities".
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti responsabbli mill-bini ta' uffiċini u faċilitajiet sportivi ġodda fil-kumpless tal-Marsa filwaqt li jgħid b'mod dettaljat kemm sejrin jiswew dawn il-proġetti biex isiru kif ukoll jgħid x'inhu antiċipat li jitħallsu l-periti mqabbda sakemm jitlestew dawn il-proġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-disinn fuq ix-xogħol tal-Kumpless tal-Marsa qed isir mill-Malta Freeport Corporation Project Office. Għadhom qed jinħadmu l-"bill of quantities" relattivi għall-proġett, u allura m'aħniex f'pożizzjoni s'issa li nikkwantifikaw l-ispiża kapitali għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sejjer jiswa t-twaqqif tal-mużew tax-xjenza u teknoloġija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa f'Bighi jinkludu t-tkomplija tar-restawr fil-bini tal-Kumpless użat miċ-Centru Malti tar-Restawr u t-tlestija ta' Villa Bighi għall-użu tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija.Il-proġett tal-Mużew tax-Xjenza u Teknoloġija huwa l-aħħar fażi tal-proġett kollu ta' Bighi li għandha tinbeda kif jitlestew ix-xogħlijiet imsemmija. Għalhekk għadhom ma sarux stimi ta' din il-fażi tal-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex fix-xogħol li sar fuq il-bini taċ-Ċentru tar-Restawr f'Bighi saru sketches li juru mnejn għaddejjin is-servizzi tad-dawl u l-ilma qabel ma' l-ħitan ġew miżbugħa biex ikun magħruf mnejn għaddejjin f'każ li 'l quddiem ikun hemm bżonn ta' xogħol fuqhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru sketches kemm bl-idejn kif ukoll bl-"Autocad" u ttieħdu wkoll ritratti minn fejn għaddejjin is-servizzi msemmija.
L-Awtorita' ta' l-Ippjanar kemm għandha enforcement orders xi twettaq bħalissa?
Ta' liema natura huma?
Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' liema enforcement orders li jridu jitwettqu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha 1,080 enforcement orders xi twettaq. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-enforcement orders.
Awtoritajiet tas-Saħħa — Razzett fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jinstemgħu fil-Qorti l-każ li ressqu l-awtoritajiet tas-saħħa kontra s-sid tar-razzett fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar għax żamm tjur u bhejjem b'mod illegali?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti universitarji li se jaħdmu dan is-sajf fl-iskema ta' xogħol għall-istudenti?
Kemm minnhom se jaħdmu fl-ewwel ċiklu u kemm fit-tieni ċiklu?
Kemm hemm studenti li se jkunu qed jaħdmu f'din l-iskema u fl-istess ħin għandhom xogħol fis-settur privat?
Jiġi verifikat jekk studenti li se jaħdmu fl-iskema hux diġa' għandhom xogħol mal-privat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 1650 studenti universitarji li se jaħdmu dan is-sajf fil-programm ġdid ta' xogħol għall-istudenti. 1150 studenti qedħdin jaħdmu fl-ewwel ċiklu u 1060 studenti se jaħdmu fit-tieni ċiklu.
S'issa ma jirriżultax studenti li qed jaħdmu wkoll fis-settur privat filwaqt li s-sitwazzjoni tkun verifikata ma l-E.T.C.
Il-persuna li qed nibgħat id-dettalji tagħha separatament li hija kindergarten assistant fl-iskola primarja ta' San Gwann u bħalissa qed tagħmel xogħol ma' persuna b'diżabilita', meta se tingħata tmexxi klassi tal-kindergarten peress li fix-xhur li ġejjin se tinħoloq vakanza f'dan il-qasam fl-istess skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna msemmija kienet qed tagħmel xogħol ma' tifel b'diżabilita` fuq it-talba tagħha stess. Fil-fatt is-sena d-dieħla se tibda tieħu ħsieb ta' klassi skond l-esiġenzi ta' l-iskola li tkun fiha.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u partikolarment tad-Dipartment ta' l-Inġinerija u Bini ta' l-istess taqsima meta dawn saru jafu li s-servizzi tagħhom m'għadhomx aktar ikkonsidrati validi mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni peress li jidher li tqabbdet enti governattiva oħra biex tieħu ħsieb il-bini ta' skola sekondarja ġdida għas-subin fin-Naħa t'Isfel ta' Malta? Jista' għaldaqstant il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-ministeru tiegħu u mill-entitajiet imsemmija biex tali aġir ma jkomplix?
Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid x'sar minnha l-applikazzjoni (H11081) - dettalji qed jintbagħtu separatament - għall-akkomodazzjoni peress li ilha għaxar snin tistenna u tinsab tgħix fi problema kbira bħala mara separata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tkun ikkunsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet oħrajn li huma pendenti mad-dipartiment ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx xi kuntratturi/kumpanniji lokali li ġew black-listed minħabba n-nuqqasijiet tagħhom fuq xogħol ta' kuntratti pubbliċi?
Response (DALLI, JOHN)
Narraf lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar 'blacklisting ' ta' kumpanija lokali al skop ta' 'tendering' publiku sar fl-1998.
Dan li idt iżda ma jfissirx li t-'track record' ta' kuntrattur ma jiġix kunsidrat qabel ma dan jinata xi kuntratt. Huwa fatt li 'blacklisting' huwa kastig drastiku li jseħħ biss f'każi ta' 'gross irresponsibility' bħal per eżempju nuqqas totali ta' kuntrattur li jonora l-kuntratt bla ebda raġuni valida.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex isir reġistru tal-kuntratturi biex jiġu kklassifikati għall-iskop tal-proċess ta' tendering pubbliku?
Response (DALLI, JOHN)
Narraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xool dwar reġistrazzjoni ta' kunratturi qed jitmexxa mis-Segretarjat Parlamentari as-'Self Employed' fi ħdan il-Ministeru as-Servizzi Ekonomiċi u alhekk ikun aħjar kku l-mistoqsija dwar progress fuq dan l-aspett issir lill-Ministeru li adni kif semmejt.
Irrid nid iżda li l-klassifikazzjoni tal-kuntratturi al skop ta' 'tendering' publiku mhux dipendenti al kollox fuq ir-reġistrazzjoni tahom alkemm jidher li dan il-proċess ikun jista jsir aħjar wara li tkun saret ir-reġistrazzjoni. Ix-xool fuq din il-klassifikazzjoni adu addej.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar milli tinforza d-deċiżjoni tagħha li tneħħi l-istrutturi llegali tal-Pescatore f'San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` ġie aċċennat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16573, il-każ ġie riferut sabiex tittieħed azzjoni diretta mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-mument opportun sabiex jitneħħew l-istrutturi legali.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17766 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid minn Settembru 1998 sal-lum kemm inbiegħet proprjeta' lill-barranin? X'kien il-valur tal-bejgħ xahar b'xahar u kemm inbiegħet proprjeta'?
Response (DALLI, JOHN)
Narraf lill-Onorevoli Interpellant li erba' mija u sitta u oxrin (426) il-permess inataw taħt l-Att dwar l-Akkwist ta' Proprjeta' Immobbli Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) biex persuni li mhumiex residenti f'Malta ikunu jistu jakkwistaw proprejta' immobbli f'Malta matul l-1 ta' Settembru, 1998 sat-30 ta' Ġunju 2000.
ar-rigward il-valur tal-bej xahar b'xahar u kemm ħarġu permessi qed tinata l-informazzjoni meħtġa fl-annessa tabella markata Dokument 'A'.
Jista' l-Ministru jgħid, minbarra l-ħlas ta' Lm15 fis-siegħa sa massimu ta' Lm15,000 fis-sena, Dr Joe Cannataci qed jitħallas ukoll is-salarju normali tiegħu bħala senior lecturer fl-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Dr Cannataci għadu jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala senior lecturer fl-Universita` ta' Malta u għalhekk għadu jitħallas is-salarju assoċċjat ma dik il-pożizzjoni.
Dr Cannataci jitħallas sa massimu ta' 15-il siegħa fil-ġimgħa xogħol għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni waqt iż-żmien tat-tagħlim u għal numru aktar ta' siegħat skond il-ħtieġa waqt il-vakanzi, dejjem sa massimu ta' Lm15,000 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li temmew b'suċċess il-korsijiet tagħhom fil-kulleġġ Madre Teresa?
F'liema oqsma?
X'possibbilitajiet se jkollhom issa li biċ-ċertifikat li kisbu jkomplu għall-korsijiet fl-Institute of Health Care?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li temmew il-kors b'suċċess fil-Kulleġġ Madre Teresa kien ta' erba' u sebgħin (74). Minn dawn, tletin ikkwalifikaw biex ikomplu kors li jwassal għal Diploma u sbatax għal ċertifikat fl-'Institue of Health Care'.
Id-disa' studenti li ma kwalifikawx ser jerġgħu joqogħdu għall-eżamijiet f'Settembru.L-istudenti li jikkwalifikaw ser ikollhom kull opportunita` li jkomplu għall-korsijiet kemm li jwasslu għal Diploma kif ukoll li jwasslu għal ċertifikat fl-'Institute of Health Care'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jkun hemm bżonn iżjed flus ivvotati fil-qasam ta' l-edukazzjoni għas-sena 2001 biex jibda jiġi mplimentat il-kurrikulu nazzjonali minħabba r-riżorsi ġodda li jitlob biex jitwettaq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għadu kmieni biex wieħed jagħti t-tagħrif mitlub minħabba li x-xogħol tal-Kumitat Gwida dwar Tfassil ta' pjan għall-implimentazzjoni għadu ma ġiex finalizzat fil-forma ta' abbozz għad-diskussjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li qgħadu għall-eżamijiet tal-Matsec din is-sena; (1) fil-livell avanzat; (2) fil-livell intermediate; u kemm studenti f'kull suġġett: (a) mill-qasam tal-gvern; (b) mill-qasam tal-Knisja; (c) mill-qasam tal-privat; u (d) għal rashom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li l-istatistika mitluba titlob ħafna riċerka ddettaljata tista' tinġabar fi żmien opportun u titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.