Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18426 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Universita' - Qbil

Question

Jista' l-Ministru jgħid sarx xi qbil bejn l-amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali u l-Universita' ta' Malta dwar il-bini okkukpat mill-pixxina u minn dawk li ingħataw b'kera xi uffiċċju fil-pixxina? Liema huma dawk l-għaqdiet/organizzazzjonijiet/individwi li jokkupaw xi post fil-bini tal-Pixxina Nazzjonali? Kemm minnhom huma b'kera? Kemm iħallsu kull wieħed? Hemm min qiegħed bla kera?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għal dawn l-aħħar xhur saru diversi laqgħat bejn is-Segretarju Parlamentari, ir-Rettur u uffiċjali oħra dwar il-pixxina u l-Universita`. Dawn il-laqgħat kienu pożittivi u fi ftit ġimgħat oħra jiġi ratifikat ftehim bejn il-Gvern u l-Universita` dwar l-operazzjoni tal-faċilitajiet sportivi fl-Universita`. Dwar it-tieni parti nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17338.

Toroq — Sigurta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir mid-Dipartiment tat-Trasport, anke b'kollaborazzjoni mal-pulizija u l-kunsilli lokali, biex ikun hemm aktar sigurta' fit-toroq? X'azzjoni qed jipproponi biex kemm jista' jkun jitnaqqsu l-imwiet u l-inċidenti tat-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mad-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jieħu l-miżuri li hemm bżonn biex jitnaqqsu l-imwiet u l-inċidenti tat-traffiku. Dawn il-miżuri jinkludu: 1. reviżjoni tat-traffic flows u introduzzjoni ta' one way systems ; 2. upgrading ta' junctions; 3. introduzzjoni ta' speed limits skond l-esiġenzi tat-toroq partikolari; 4. installazzjoni ta' road humps u meżżi oħra biex jitnaqqas l-ispeed eċċessiv; 5. installazzjoni ta' traffic lights 6. installazzjoni ta' pelican lights; 7. installazzjoni ta' traffic signs u road markings; 8. installazzjoni ta' pedestrian crossings; 9. introduzzjoni ta' żoni għall-użu tal-pedestrians. Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għandu kuntatt kontinwu u jikkollabora mall-Kunsilli Lokali biex it-traffic management fl-areas li jaqgħu taħt il-Kunsilli Lokali jitjieb kemm jista' jkun.
Leg 9 PQ #18428 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Korp tal-Pulizija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa x'inhu n-numru totali ta' nies fil-korp tal-pulizija? Kemm minnhom, u ta' liema rank, diġa' għalqu l-25 sena servizz? Kemm minnhom, u ta' liema rank, se jkunu għalqu l-eta' ta' irtirar sa l-aħħar tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru totali ta` membri fil-Korp tal-Pulizija hu ta` 1,774. It-tagħrif l-ieħor mitlub hu kif ġej : - Li diġa` għalqu il-25 sena servizz Kummissarju 1 Spetturi 12 Deputat Kummissarju 1 Surġenti Maġġuri 2 Assistant Kummissarju 1 Surġenti 28 Supretendenti 3 Kuntistabbli 69 Li ser ikunu għalqu l-eta` ta` l-irtirar sa l-aħħar ta` din is-sena Assistant Kummissarju 1 Supretendent 1 Kuntistabbli 4
Leg 9 PQ #18429 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Gymnasium — Ċertifikat Mediku

Question

Jaqbel il-Ministru li wasal iż-żmien li qabel ma persuna tidħol bħala membru f'gym, din ikollha bilfors tippreżenta ċertifikat mediku li tkun tajba fiżikament biex tagħmel eżerċizzji fiżiċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lil-Onorevoli Interpellant li ma hemm ebda ħsieb li qabel ma persuna tidħol bħala membru f'gym din ikollha bilfors tippreżenta ċertifikat mediku li jindika li tkun tajba fiżikament biex tagħmel eżerċizji fiżiċi. Dan għaliex ċertifikat għandu valur limitat għax għalkemm jagħti indikazzjoni tas-saħħa tal-individwu ma jservix bħala garanzija ta' saħħa għal-futur.
Leg 9 PQ #18430 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa Floriana — Chest Clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-Chest Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana se jiġi trasferit għaċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi? X'se jsir mill-kmamar li tokkupa din il-klinika bħalissa? Kemm-il persuna marret għall-vista f'din il-klinika fil-Furjana fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ic-Chest Clinic ġiet trasferita miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-furjana għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Qormi għaliex: a) fl-interess tas-Saħħa tat-tfal, trabi u ommijiet u klijenti oħra li jattendu il-well Baby Clinic u l-Klinika tat-Tilqim fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, kien hemm bżonn li jiġi eliminat it-taħlit f'waiting room waħda ta' tfal u trabi ma nies li jattendu għal-screening fic-Chest Clinic minħabba li waiting roo, waħda kienet isservi għal dawn it-tlett kliniks. b) ic-Chest Clinic fil-Furjana kienet tikkonsisti f'kamra waħda biss li fiha ma kienx hemm spazju għal examination couch għalo meta jinqala il-bżonn, bħal per eżempju meta xi ħadd iħossu ħażin. F'Ħal Qormi kien possibli li tkun provduta kamra aġġunta fejn jistgħu jsiru eżamijiet li jkun hemm bżonn u faċilitajiet aħjar. c) barra dan fil-Health Centre ta' Ħal Qormi hemm il-faċilita' ta X'Ray fuq il-post bil vantaġġ li t-tobba ikunu jistgħu jaraw ir-riżultat dak il-ħin stess. Din il-faċilita' ma teżistix fil-Furjana. Il-Kamra waħda li kienet isservi bħala Chest Clinic ser tiġi utiliżżata għal-servizzi oħra fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana wisq probabli fis-servizz tat-tilqim. Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena in-numru ta' persuni li ġew invistati huwa ta' 2079.
Leg 9 PQ #18373 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fakulta' ta' l-Edukazzjoni — Ħlasijiet

Question

Jirriżultalu l-Ministru li matul is-sena skolastika li għaddiet membri tal-fakulta' ta' l-edukazzjoni qed jiġu mħallsa għal attivitajiet li qed isiru mill-iskejjel ta' l-istat? Xi ħlasijiet qed isiru? Lil liema membri? Għal liema tip ta' attivitajiet qed jitħallsu mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

S'issa ma jirriżultalix dak li qed isaqsi l-Onor. Membru. Ser inkompli nitlob tagħrif mill-iskejjel wara li jerġgħu jiftħu f'Ottubru.
Leg 9 PQ #18376 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sena Skolastika 99/00 — Irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika li għadha kemm spiċċat, kemm kien hemm għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet fl-iskejjel tal-gvern u fl-iskejjel tal-knisja li għalqu l-61 sena u li baqgħu fix-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' impjegati fil-gradi msemmija fil-mistoqsija u li għalqu l-61 sena u baqgħu fix-xogħol tagħhom fl-iskejjel tal-Gvern hu ta' erbgħa li huma kollha għalliema filwaqt li fl-iskejjel tal-Knisja hu ta' 29 li huma kollha għalliema. Minn dawn id-29 għalliema, 21 kienu full-time u 8 part-time.
Leg 9 PQ #18377 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Mr.Manuel Cassar — Performance Bonus

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'performance bonus ingħata s-Sur Manuel Cassar li jmexxu l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin għas-sena 1999?

Response (BORG, TONIO)

Is-Sur Cassar ingħata bonus għas-sena 1999 bir-rata ta` 12 fil-mija. Billi s-Sur Cassar kien għadu jokkupa l-post ta` Supretendent fil-perijodu msemmi huwa ngħata dan il-bonus fuq skeda 5 tas-salarji.
Leg 9 PQ #18378 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Watchmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex issir sorvelja li l-watchmen ikunu f'posthom fl-iskejjel meta jkunu xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed isir studju dwar kif is-sorvelja tal-'watchmen' fl-iskejjel statali tkun aktar effetiva.
Leg 9 PQ #18379 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sajf — Studenti Universitarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-iskola sajf kurrenti kemm hemm studenti universitarji jieħdu sehem? F'liema lokalitajiet? Kemm hemm tfal jieħdu sehem, lokalita' b'lokalita'?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18380 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sajf — Literary Skills

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-iskola sajf hemmx xi inizjattivi u impenji favur literacy skills fost it-tfal? Fiex jikkonsistu dawn l-inizjattivi? F'liema lokalitajiet? Xi tħejjijiet saru biex dawn l-inizjattivi jsiru wara lijkun hemm it-taħriġ neċessarju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħala parti minn Skola Sajf ġie mniedi proġett bi prova msejjaħ "Klabb Sajf" għat-tfal li matul is-sena Skolastika 1999-2000 kienu intitolati għas-servizz ta' Complementary Education. Dan il-proġett jiffoka fuq il-qari u l-konverżazzjoni bl-Ingliż. Fil-fatt il-proġett jiffoka fuq "story telling, role playing, stories in play, rhyme and rhythm in focused activities, writing with a purpose, creating own stories and books." Dan kien kors ta' 4 ġimgħat b'żewġ sessjonijiet ta' 4 siegħat f'kull ġimgħa. B'hekk it-tfal li ħadu sehem jingħataw kors ta' 32 siegħa. Ġew involuti 11-il skola f'Malta u 4 f'Għawdex li kienu:- St Venera, B'Kara, Żabbar, Fgura, Żebbuġ, Qormi San Bastjan, Żejtun, B'Bugia, San Ġwann, Ħamrun (Triq Ġuże` Pace), Marsaskala, Sannat, Xewkija, Victoria u Nadur. Is-sessjonijiet kienu mmexxija minn studenti tal-B.Educ li kellhom xi lingwa (preferibilment Ingliż) jew l-edukazzjoni primarja bħala speċjalizzazzjoni. Barra minn hekk l-istess studenti ingħataw crash course u kellhom taħriġ kull nhar ta' Erbgħa għal matul it-tmien ġimgħat tal-perjodu tax-xogħol fis-Sajf. Saru wkoll laqgħat għall-ġenituri ta' l-istess tfal sabiex tissaħħaħ l-għajnuna għal dawn it-tfal.
Leg 9 PQ #17810 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz, il-curriculum vitae, il-grad li fih ġew impjegati u l-grad li jokkupaw il-lum, id-data tagħhom ta' l-impjieg, f'kull każ jgħid jekk qattx kienu impjegati ta' l-istess fondazzjoni forsi taħt isem ieħor kif ukoll x'salarju, benefiċċji u allowances oħra qegħdin jirċievu fis-sena u jekk l-impjieg tagħhom hux għal żmien definit jew indefinit billi jgħid ukoll meta hi l-iskadenza ta' kull kuntratt ta' xogħol ta' kull individwu rispettiv?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-lista ta' mpjegati ta' l-FMS bil-kariga li jokkupaw qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17917 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Marda ta' l-AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba, paramediċi, eċċ Maltin li huma mħarrġin biex jikkumbattu l-marda ta' l-AIDS? Dawn kollha qed jaħdmu mal-Gvern Malti? Isiru taħdidiet fl-iskejjel? Kemm saru u f'liema skejjel matul is-sena skolastika li għaddiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni inġabret u ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
Leg 9 PQ #18332 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Proġetti edukattivi u kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat kif inhuma antiċipati li jkunu ffurmati l-istrutturi l-ġodda li sejrin jikkordinaw l-arti u l-kultura f'pajjiżna u kif dawn sejrin jiġu ffinanzjati filwaqt li jgħid meta sejjer jitwaqqaf il-fond għal finanzjament ta' proġetti edukattivi u kulturali u minn min sejjer ikun immexxi dan il-fond?

Response (GALEA, LOUIS)

Stante l-istadju li tinsab fih it-tħejjija tal-miżuri f'dan il-qasam, għadu kmieni biex nagħti d-dettalji mitluba. B'danakollu malli jkolli abbozz finalizzat tad-dokumenti konċernati ngħaddihom lill-Oppożizzjoni għall-konsiderazzjoni u l-kontribut tagħha.
Leg 9 PQ #18333 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Vokazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-iskola Carmen Carbonaro f'Tas-Sliema u l-iskola ta' l-Arti u Disinn tal-Belt, Valletta, jiġux ittrasferiti fis-sit tal-Kulleġġ Vokazzjonali li għandu jitwaqqaf?

Response (GALEA, LOUIS)

It-trasferiment ta' skejjel fis-sit tal-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija huwa suġġett ta' diskussjoni attwali quddiem l-iSteering Commettee dwar l-Edukazzjoni Vokazzjonali. Malli jiettieħdu d-deċiżjonijiet inkun f'qagħda li nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18334 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Venera — Skola Sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu antiċipat li sejjer jiswielha b'mod dettaljat lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni t-twaqqif ta' skola ġdida sekondarja għal-lokalita' ta' Santa Venera?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-proġett għadu qed jiġi żviluppat u diversi sejħiet għal offerti qed jiġu mfassla, għadni m'hinix f'pożizzjoni li nagħti t-tagħrif dettaljat mitlub.
Leg 9 PQ #18335 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kordin — Liċeo tas-subien

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalita' u f'liema bini sejjer ikun trasferit il-liċeo tas-subien f'Kordin mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni filwaqt li jgħid b'mod dettaljat x'sejra tkun l-ispiża għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ta' dan it-trasferiment u meta hu anteċipat li tali trasferiment isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhi ser tittieħed ebda deċiżjoni ta' ċaqlieq tal-Liċeo tas-Subien f'Kordin qabel tiġi deċiża l-alternattiva. Tagħrif dettaljat ikun jista' jingħata meta tittieħed u tiġi approvata din id-deċiżjoni.
Leg 9 PQ #18336 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MMA — Skola Nawtika

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proġett għall-bini ta' skola nawtika ġdida għad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni flok dik eżistenti li pjanti għaliha kienu tħejjew mill-periti ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proġett għall-bini ta' skola nawtika ġdida għadu fi stadju ta' studju ta' żvilupp u ippjanar.
Leg 9 PQ #18337 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ġew riferuti lid-dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili mit-twaqqif tiegħu sal-lum u f'kull każ jgħid kemm kienu approvati mill-istess dipartiment, kemm kienu rifjutati; kemm minnhom intalbu li jressqu pjanti ġodda u kemm minnhom ġew approvati kundizzjonalment, filwaqt li jgħid minn min qegħdin jiġu analizzati dawn is-sottomissjonijiet fi ħdan id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ikkonsultat mad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili fuq 57 applikazzjoni. Tlieta (3) minn dawn l-applikazzjonijiet ġew rakkomandati mill-istess Dipartiment, dwar tnejn (2) intalab li jiġu sottomessi pjanti ġodda, u tnejn u erbgħin (42) ġew approvati kundizzjonalment, filwaqt li dwar għaxar (10) applikazzjonijiet oħra, l-Awtorita` għadha qed tistenna l-kummenti tad-Dipartiment. Ninsab infurmat ukoll li l-persuna inkarigata fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hi nkarigata minn dawn l-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #18301 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Infiq tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministrujgħid b'mod dettaljat x'sejra tkun in-nefqa għall-gvern fl-inizjattivi li ġejjin tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni: skola sekondarja ġdida fil-Karwija; għajnuna lill-familji li għandhom uliedhom fl-iskejjel privati; il-bini ta' kumplessi sportivi reġjonali u faċilitajiet oħra; żvilupp ta' faċilitajiet sportivi ġodda fil-kumpless tal-Marsa; it-twaqqif tal-Mużew tax-Xjenza u t-teknoloġija; id-dħul ta' l-Internet fl-iskejjel; it-twaqqif ta' fond għal finanzjament ta' proġetti edukattivi u kulturali u t-twaqqif ta' skola ġdida sekondarja għal lokalita' ta' Sta. Venera?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti approvati as-sena 2000 huma ppublikati fl-estimi, waqt li n-nefqa li tista ssir fil-futur hu suġġett al budget tas-sena d-dħla li adu mhux iffinalizzat.