Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18524 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi qed jittieħdu dan is-sajf ma' studenti ta' l-iskejjel speċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan is-sajf, kien hemm tliet skejjel speċjali li pparteċipaw fil-programm SKOLA SAJF. Dawn l-iskejjel huma: L-iskola San Miguel, St Andrews, l-iskola Helen Keller, Qrendi, u l-Unit Speċjali li hemm is-Sannat Għawdex.
Leg 9 PQ #18525 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skolasajf

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li qed jieħdu sehem fi skolasajf? F'liema lokalitajiet? X'support qed jingħataw? X'taħriġ ingħataw dawk il-persuni li qegħdin ma' dawn it-tfal b'diżabilita'? Xi kwalifiki għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal b'diżabilita` li attendew Skola Sajf kien ta' 78. Dawn it-tfal attendew f'dawn il-lokalitajiet: Birżebbugia - B'Kara - Dingli - Fgura - Floriana - Gudja - Gżira - Ħamrun (GP) - Ħamrun (SS) - Lija - Marsaskala - Mosta - Msida - Mtarfa - Nadur - Naxxar - Paola - Pembroke - Qormi (SS) - Qormi (SG) - Rabat - San Ġwann - Sliema - St Julians - St Paul's Bay - St Venera - Tarxien - Valletta - Żebbuġ - Żurrieq. It-tfal ingħataw is-servizz ta' facilitator li fil-parti l-kbira tagħhom kienu l-istess facilitators li jaħdmu mat-tfal matul is-sena skolastika. Ħamsa minnhom kienu studenti universitarji li ġew segwiti minn nies kwalifikati.

Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li r-responsabbilta' għad-dawl ta' barra tgħaddi għand il-kunsilli lokali? Mil-liema fondi se jitħallsu l-miljun lira li bħalissa hemm bżonn għad-dawl tat-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kabinett ghadu kemm approva illi jkun hemm devoluzzjoni totali tat-tqeghid ta` lampi godda u manutenzjoni ta` dawk ezistenti. Wara din id-decizjoni ta` principju nbeda x-xoghol tekniku biex isiru r-regolamenti necessarji biex id-devoluzzjoni tkun tista` tigi fis-sehh f`Jannar 2001. Ma jirrizultalnix dak li allega l-Onor. Interpellant li jintefqu miljun lira fis-sena fi tqeghid ta` lampi godda u manutenzjoni ta` dawk esistenti.
Leg 9 PQ #18527 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jibda joħroġ il-miljun lira li l-Enemalta qed toħroġ bħalissa - u ma tridx tibqa' toħroġ - biex tixgħel it-toroq u l-ispazji pubbliċi f'pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta hija direttament responsabbli mit-twaħħil ta' lampi ġodda u mill-manutenzjoni ta' dawk eżistenti fit-toroq ta' Malta u Għawdex. Dan is-servizz qed tagħmlu mingħajr ma titlob ħlas għalih. Għaldaqstant, fil-preżent, l-ispejjeż kollha biex jiġi provdut dan is-servizz, li jammontaw għal madwar miljun lira fis-sena, qed tagħmel tajjeb għalihom il-Korporazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern Ċentrali li huwa responsabbli mill-estimi ta' l-Enemalta. Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet sabiex ir-responsabbilta' tat-twaħħil u tal-manutenzjoni tal-lampi fit-triqat tgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali tal-lokalita' partikulari. Madanakollu l-ispiża rilevanti ser jibqa' jkopriha l-Gvern Ċentrali. Bħalissa għadhom qed jiġu stabbiliti l-proċeduri li ser jintużaw biex il-bidla maħsuba, fejn il-Kunsilli Lokali jkollhom sehem akbar f'dan l-aspett tant importanti għall-lokalita' tagħhom, tiġi faċilitata.

Servizzi Soċjali — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' investigazzjonijiet qed isiru bħalissa dwar abbużi mis-servizzi soċjali? X'abbużi ġew identifikati s'issa u f'liema oqsma? X'passi ttieħdu? Kemm minn dawn l-investigazzjonijiet saru f'Malta u kemm f'Għawdex? Kemm instabu abbużi f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Taqsima tal-Frodu w Investigazzjonijiet li ġiet imwaqqfa fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ftit tax-xhur ilu qed tagħmel diversi tipi ta' investigazzjonijiet biex tassigura li abbużi fit-teħid ta' benefiċċji tas-Sigurta' Soċjali, safejn possibbli, jiġu eliminati. It-tip ta' investigazzjonijiet li jsiru jiddependu mit-tip ta' benefiċċju li jkun qed jittieħed. Jekk il-ħlas tal-benefiċċju jkun jiddependi primarjament fuq mezzi finanzjarji, l-investigazzjoni tkun kkonċentrata fuq verifika dwar dawn il-meżżi. Investigazzjonijiet oħra huma marbuta man-numru ta' membri tal-familja tal-benefiċjarju. F'dawn il-każijiet isiru spezzjonijiet minn spetturi tad-Dipartiment fir-residenza ta' dawn il-benefiċjarji. F'każ ta' rapport ta' xogħol klandestin u teħid ta' benefiċċji soċjali, minbarra mill-ispezzjonijiet mill-uffiċċjali tad-Dipartiment tintalab ukoll l-għajnuna ta' l-ispettorat ta' l-ETC. Ninsab infurmat li, fejn jinstab abbuż, jittieħdu l-passi kif provdut fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali u skond il-liġi Kriminali, kif meħtieġ. Jien infurmat li s'issa ġew investigati 'l fuq minn 10,000 każ. Peress li f'dawn l-investigazzjonijiet ma ssirx ebda distinzjoni bejn benefiċċjarji residenti f'Malta jew Għawdex, ma tinżammx statistika ta' l-informazzjoni kif mitluba fl-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #16316 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Bookshop Cooperative

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tħallas il-koperattiva lill-KSU għal użu tal-ħanut li tmexxi l-Universita'? Meta sar l-aħħar pagament dovut lill-KSU mill-koperattiva? Kemm se tħallas il-koperattiva għal użu tal-ħanut li tmexxi l-Junior College? Dawn il-pagamenti x'ikopru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-koperattiva m'hi se tħallas xejn lill-KSU għall-użu tal-ħanut. L-aħħar kontribuzzjoni bħala 'sponsorship' mill-koperattiva lill-KSU sar fl-1999, u hemm ftehim fuq kif se jitħallas il-bilanċ dovut. Il-koperattiva m'hix se tħallas għall-użu tal-ħanut tal-Junior College.
Leg 9 PQ #16318 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Bookshop cooperative

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'iggwadanjat il-koperattiva mill-ftehim iffirmat ma' terzi persuni? X'iggwadanjat l-Universita'? X'iggwadanjaw il-membri tal-koperattiva? X'qiegħed jinbiegħ minn dan il-ħanut? Min ħallas għad-dekorazzjoni mill-ġdid tal-University bookshop?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #16318 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Bookshop cooperative

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'iggwadanjat il-koperattiva mill-ftehim iffirmat ma' terzi persuni? X'iggwadanjat l-Universita'? X'iggwadanjaw il-membri tal-koperattiva? X'qiegħed jinbiegħ minn dan il-ħanut? Min ħallas għad-dekorazzjoni mill-ġdid tal-University bookshop?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-koperattiva tqis bħala vantaġġ il-fatt li issa għandha l-ħwienet tagħha operati minn kumpanija li għandha r-riżorsi kollha meħtieġa biex toffri servizz effiċjenti u kompetittiv. Barra minnhekk, il-koperattiva tqis li issa se tkun f'pożizzjoni li tħallas lill-kredituri tagħha. L-Universita` iddeċidiet li ma tħarisx biss lejn il-gwadann finanzjarju imma wkoll lejn is-servizzi li jingħata lill-korp studentesk u akkademiku. Informat ukoll li mil-lat finanzjarju, id-djun li kellha l-Koperattiva ma' l-Universita` sejrin jitħallsu lura. Il-membri tal-koperattiva jippretendu li jieħdu s-servizzi li xtaqu, li wara kollox huma r-raġunijiet għalfejn twaqqfet il-koperattiva, u li jinsabu elenkati fl-istatut. Informat li l-ħanut qed jopera ta' 'bookshop' u 'stationery' u li d-dekorazzjoni mill-ġdid tal-ħanut sar mill-operaturi ġodda.
Leg 9 PQ #16589 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ġenituri/Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm każi fejn ġenituri daħlu u għamlu fiżikament għall-għalliema fl-iskejjel? X'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena skolastika li għaddiet fl-iskejjel kollha kien hemm 8 każi ta' ġenituri li ppruvaw jaggredixxu xi għalliem jew amministrazzjoni fl-iskejjel. F'kull każ issejjħet il-pulizija u f'numru ta' każi ttieħdu l-passi fil-Qorti. Kien hemm ukoll xi każi fejn studenti aggredew għalliema. Minn dawn il-każi hemm 9 fi skejjel sekondarji u 2 fi skejjel primarji. Anke hawn ittieħdu l-passi li l-Kap ta' l-Iskola deherlu xierqa. Lista f'aktar dettal qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17135 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm tfal b'diżabilita', inklużi fil-main stream, tal-kindergarten, primarji u sekondarji ta' l-iskejjel tal-Knisja? F'liema skejjel, każ b'każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni miltuba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17279 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fis-sitt klassi tal-primarja ta' l-iskejjel governattivi ta' Malta u Għawdex tul din is-sena skolastika? Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum? Kemm għaddew minnhom: (a) f'ħames suġġetti; (b) f'erba' suġġetti; (ċ) fi tliet suġġetti; (d) f'żewġ suġġetti; u (e) f'suġġett wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn 4,349 student fis-sitt klassi tal-primarja ta' l-iskejjel governattivi ta' Malta u Għawdex, 3,805 qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum matul din is-sena skolastika. Minn dawn: 1860 għaddew f'ħames suġġetti 458 għaddew minn erba' suġġetti 595 għaddem minn tliet suġġetti 426 għaddew minn żewġ suġġetti 377 għaddew minn suġġett wieħed.
Leg 9 PQ #17321 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Registry — Xogħol b'lura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sezzjoni tar-registry tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha ħafna xogħol b'lura u l-impjegati ta' din is-sezzjoni qegħdin jaqilgħu t-telefon inkella ma jirrisponduhx jew xi drabi jirrisponduh u jaqtgħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma naħsibx li hemm xi nżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 16615.
Leg 9 PQ #17453 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Impjegati - Reliġjużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' reliġjużi - saċerdoti u sorijiet - li qed jaħdmu mad-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? X'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' Reliġjużi (saċerdoti) li qed jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni ta' l-Adulti huwa ta' erba' li tlieta minnhom huma għalliema 'full-time' u wieħed 'visiting'. Saċerdoti u sorijiet li qed jaħdmu fl-iskejjel Sekondarji, Junior Lyceums, Primarji u tas-Snajja', hemm 9 li huma kollha għalliema tar-Reliġjon. Tnejn minnhom, apparti r-Reliġjon jgħallmu wkoll it-Taljan u wieħed, apparti r-Reliġjoni jgħallem ukoll il-Franċiż. Fid-dipartiment Pjanar u Żvilupp, kif ukoll fid-dipartiment tal-Kurrikulu hemm reliġjuż wieħed, Education Officer (Non-State Schools) u Education Officer (German) rispettivament.
Leg 9 PQ #18479 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Board — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk li huma fuq l-istatementing board u li jagħmlu xogħol għalih b'xi mod jew ieħor jibdew jitħallsu għal dan ix-xogħol? X'rati ta' ħlas se jingħataw? Minn liema vot se jitħallsu? Kemm hu maħsub li jkun it-total tan-nefqa f'sena waħda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa m'hemmx ħsieb li jsir ħlas għall-membri ta' l-iStatementing Board attwali. Nieħu l-okkażjoni, sabiex nuri l-apprezzament tax-xogħol siewi li qed jagħtu l-membri ta' dan l-iStatementing Board.
Leg 9 PQ #18491 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dr. Joe Cannataci — Assignments

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17037?

Response (GALEA, LOUIS)

L-assignments li ingħata Dr Joe Cannataci mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jinkludu: 1. It-twaqqif u t-tmexxija tal-Projects Office tal-Ministeru li qed jaqdi l-funzjonijiet tiegħu sakemm jiġi finalizzat it-twaqqif ta' Taqsima ġdida għall-istess skopijiet: 2. It-twaqqif u tmexxija taċ-Ċentru Malti għar-Rewtawr u tal-Proġett tar-rijabilitazzjoni ta' Bighi: 3. Project Director tal-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija. Dr Cannataci ma jitħallasx mill-Ministeru fuq bażi ta' assignments iżda x-xogħol tiegħu jingħata fil-kuntest ta' pakkett ta' servizzi li jingħataw lill-Ministeru mill-Malta University Services Ltd. Peress li Dr Cannataci hu mpjegat tal-Malta University Services Ltd u mhux tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, huwa ma jirċievi ebda ħlasijiet jew allowances mill-Ministeru iżda jirċievi dak biss miftiehem fil-kunttratt bejn il-Ministeru u l-MUS Ltd. Informat ukoll li Dr Cannataci jirċievi mill-MUS Ltd rimunerazzjoni b'rata fis-siegħa simili għal dik li l-MUS tħallas lil konsulenti oħra fuq proġetti li jiġu fdali lilha.
Leg 9 PQ #18492 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Project Office

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11587?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17573 f'Seduta 341.
Leg 9 PQ #18494 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dr. Joseph A. Cannataci — Employment Engagement Form

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17319?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsijiet numru 17573 u 18491.
Leg 9 PQ #18495 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Restawr Bighi — Apparat

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17035?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-restawr li sar fuq kotba u manuskritti jinkludi: Histoire de Pierre D'Aubusson, Grand-Maistre du Rhodes; The Life of the Blessed Virgin Mary; The Holy Bible; A Victorian Album; Le Petit Journal; Notarial Deeds drawn up by Notary Graziano Vassallo (ms.); Lyods Register 1916-17; I martiri della scienza; rare woodblock with ms. Insertions; 5 volumes of Histoire de Malte; Instituzioni d'anatomia del dottore Michel Angiolo Grima; Della medicina traumatica del dottore Michelangiolo Grima; L-Art de Tourner en perfection. L-apparat li nġarr Bighi ġie użat kollu biex jiġu restawrati dawn il-kotba u manuskritti iżda bħal ma jsir kullimkien fid-dinja tar-restawr m'hemm ebda raġuni għala għandhom jinżammu records ta' kull apparat jew biċċa għodda li jintuża waqt ir-restawr. Jinżammu iżda rekords professjonali ta' kull intervent li jsir fuq il-kotba. L-apparat fil-Laboratorju tal-Karta fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr ta' Bighi jitħaddem mis-sur Joe Schiro, li qabel kien ilu tmintax-il sena jieħu ħsieb il-laboratorju tal-Bibljoteka Nazzjonali, flimkien mas-sinjura Theresa Żammit Lupi li, wara li spiċċat l-istudji tagħha fl-Universita` ta' Malta, tħarrġet fir-restawr tal-kotba għal tlett snin fuq bażi full-time ġo Firenze, fl-Italja.
Leg 9 PQ #18522 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu matul din is-sena biex tibda tiġi solvuta l-problema kbira tal-Magħtab?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern din is-sena ppubblika dokument komprensiv li jittratta l-problema kollha ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart fil-pajjiż. Il-Gvern issa qed jevalwa diversi proposti konkreti li jittrattaw din il-problema, sabiex fi żmien qasir tibda tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #18425 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali għall-Isports — Impjegati

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Kunsill Malti għall-Isports per se m'għandu l-ebda impjegat miegħu? Huwa minnu li s-segretarju u l-messaġġier f'dan l-uffiċċju huma sekondati mill-universita' u minn dipartiment tal-gvern? Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar xi ħsieb għandu biex isaħħaħ l-istruttura amministrattiva tal-kunsill peress li x-xogħol kollu waqa' fuq is-segretarju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport per se m'għandu ebda impjegat miegħu. Is-Segretarju Eżekuttiv mhuwiex sekondat mal-Kunsill iżda jagħmel dan ix-xogħol flimkien mad-dmirijiet tiegħu ta' Sports Manager fl-Universita` (minn Mejju 1997). Il-messaġġier li huwa allokat mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jgħin fl-uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Isport 3 darbiet fil-ġimgħa flimkien ma' xogħol ieħor ta' messaġġier fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali. Diġa` saru provvedimenti biex tissaħħaħ l-istruttura amministrattiva u fil-fatt minn Ġunju li għadda intbagħtet clerk mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport biex tgħin lis-Segretarju Eżekuttiv.