Huwa aċċettabbli li fl-iskejjel tal-Knisja ffinanzjati mill-fondi pubbliċi hemm każi fejn qed jiddeċiedu li mar-riżultat ta' l-aħħar tas-sena ta' l-istudenti jniżżlu l-kliem "asked to leave" u jgħidulhom li jridu jitilqu mill-iskola u jsibu oħra?
X'qed jagħmel il-ministeru f'każi bħal dawn?
Response (GALEA, LOUIS)
Sabiex inkun nista' nwieġeb din il-mistoqsija, napprezza jekk l-Onor. Membru, anke kunfidenzjalment, jispeċifika l-każ jew każijiet partikolari biex inkun nista' ninvestiga ċirkostanzi tal-każ.
Fiex jikkonsisti x-xogħol tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma' l-IPSE?
Kemm ilu jaħdem ma' l-IPSE?
Hemm xi arranġament biex waqt il-ħin tax-xogħol joqgħod jistudja u jagħmel l-assignments għall-MBA li qed isegwi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-persuna li għaliha qed issir riferenza bdiet l-impjieg tagħha ma' l-I.P.S.E. bħala Executive Marketing b'effett mill-1 ta' Jannar 2000. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija fin-negattiv.
X'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li applika għall-kors tal-Food Preparation and Production ma ġietx aċċettata mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi minkejja li għandu esperjenza tax-xogħol f'dan il-qasam, għandu ċertifikat tajjeb mill-iskola u għadda mill-eżamijet tas-SEC fil-Malti, Matematika, Ingliż, Physics, Home Economics u Religious Knowledge?
Kif daħlu studenti b'inqas kwalifiki minnu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku kkonsidrat l-ittra tat-8 ta' Awissu, 2000 tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Jista' jgħid jekk intlaqgħetx it-talba tagħha li titqies eliġibbli biex tapplika għal għalliema regolari mal-gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Dwar il-persuna li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant, ġejt infurmat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li l-eligibiltà tagħha qed tiġi kkunsidrata u ntalbet klarifika dwar il-kwalifika ta’ din il-persuna lill-Universita’ ta’ Malta. Il-Kummissjoni tiddeċiedi l-każ meta jkollha l-informazzjoni rikjesta.
Peress li issa għaddew tliet xhur minn mindu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar (22 ta' Ġunju, 2000) kitbet lill-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u rrikmandat li jsiru xogħlijiet ta' tibdil ta' partijiet mis-saqaf tad-dar u water proofing tal-bqija tas-soqfa, meta se tipproċessa t-talba tiegħu għal sussidju taħt skema 5 peress li issa dieħla x-xitwa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata applikat għal sussidju taħt Skema 5 ta' l-Awtorita' tad-Djar fid-9 ta' Ġunju 2000. Fl-14 ta' Ġunju, il-Perit mqabbad mill-Awtorita' tad-Djar għamel spezzjoni fuq il-fond u fit-28 ta' Ġunju 2000 l-applikant ġie infurmat biex, bla preġudizzju, jagħmel ix-xogħolijiet sakemm isir l-ipproċessar kollu ta' l-applikazzjoni.
Kemm studenti li din is-sena applikaw biex isegwu xi kors ma' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kienu eliġibbli u kwalifikati iżda tħallew barra minħabba nuqqas ta' spazju?
Kemm kien hemm studenti li applikaw biex jibdew kors fis-sena 2000/2001? Kemm ġew aċċettati minnhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
X'inhu l-massimu ta' studenti ġodda li jista' jilqa' fih għall-korsijiet differenti l-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Kif inhu stabbilit dan il-massimu f'kull kors?
Kif jiġu magħżula l-istudenti l-ġodda biex jibdew il-korsijiet?
Kemm jingħataw marki għaċ-ċertifikat ta' l-iskola, kemm jingħataw għall-eżamijiet tas-SEC u l-gradi li jġibu u kemm jingħataw għall-interview?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
X'inhu l-massimu ta' studenti ġodda li tista' tilqa' fiha l-iskola tal-Hairdressing u Beauty Therapy f'Tas-Sliema?
Kif inhu stabbilit dan il-massimu?
Kemm applikaw din is-sena biex jidħlu f'din l-iskola u kienu eliġibbli u kwalifikati iżda tħallew barra għax ma kienx hemm biżżejjed spazju fl-iskola?
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm hu stmat li ġie jiswa x-xogħol li sar fuq il-bini tal-Kavallier ta' San Ġakbu?
Kemm tħallas s'issa minn dan il-kont?
Kemm fadal xogħol xi jsir u kemm huwa stmat li jiswa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ġew jiswew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju? Kemm tħallsu mill-ispejjeż?
Kemm jonqos jitħallsu u lil min?
Kemm kellhom jintefqu flus għaċ-ċelebrazzjonijiet oriġinarjament?
Response (GALEA, LOUIS)
Għall-ewwel mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15731.
S'issa tħallsu Lm242,164. Ma nħossx li huwa xieraq li jingħataw id-dettalji dwar l-individwi, organizzazzjonijiet, u entitajiet oħra privati li l-ħlasijiet tagħhom qed jiġu proċessati.
L-istima oriġinali tan-nefqa fuq iċ-ċelebrazzjonijiet kienet ta' Lm530,000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu traffic calming measures fit-triq li tieħu lejn il-port taċ-Ċirkewwa biex jiġu evitati inċidenti fatali minħabba l-ħeffa eċċessiva li biha jsuqu fl-inħawi vetturi ġejjin minn jew sejrin lejn Għawdex?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat jara jistgħux jittieħdu xi passi partikulari dwar din l-area, billi wara li ġiet irranġata t-triq huma bosta dawk li qed jgħaddu bi speed eċċesiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru intervisti ma' applikanti għal għalliema fi skejjel statali?
1) Sekondarji, suġġett b'suġġett.
2) Primarji.
3) Post-sekondarji suġġett b'suġġett.
Kemm ġew magħżula f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tal-mużewijiet jistgħux jivverifikaw jekk fit-tempji pre-istoriċi fil-limiti ta' l-Imġarr, Skorba, eċċ., hux qed jintuża weed killer biex jeqred il-ħaxix li jikber fihom, x'ċertezza hemm li dan il-weed killer, jekk qed jintuża, hux qed jagħmel ħsara lill-ġebel tat-tempji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-bexx li qed jintuża fuq is-siti msemmija intgħażel wara konsultazzjoni ma' esperti lokali u anke barranin. Dan il-prodott speċifiku jintuża xi darbtejn jew tlett darbiet fis-sena u f'taħlita ħafifa, u mhux direttament fuq il-ġebel megalitiċi. B'hekk jitnaqqas għal kollox il-periklu ta' ħsara.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jitwaħħlu traffic lights f'Tal-Balal f'salib it-toroq traffikuża b'vetturi ġejjin u sejrin fid-direzzjoni tan-Naxxar, Swieqi, San Gwann u l-Iklin, minħabba l-periklu fl-inħawi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari Nru. 14517 u nżid li huwa ppjanat li ssir roundabout fil-junction imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi biex id-diffikultajiet li fadal jiġu megħluba biex ikompli l-kors tal-M.Psych li l-SWDP qed tiffinanzja l-kors ta' tliet studenti?
Ma jarax li jkun ta' ħsara kbira jekk ma jsirx kull sforz biex dan il-kors jiġi salvat, meta pajjiżna tant għandu bżonn ta' psikoloġisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li m'hemm ebda ndikazzjoni li l-kors li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, u li fil-fatt beda s-sena l-oħra, mhux ser ikompli.
Ta' min jgħid li kien il-Gvern preżenti li rrikonoxxa l-ħtieġa li mpjegati fil-qasam tal-ħarsien soċjali jkunu mħarrġa biex is-servizz li jingħata jkun wieħed professjonali, tant li ħaseb biex jinżamm il-kors indikat.
Għal fini ta' korrettezza ta' min jgħid ukoll li parti mill-ispejjeż tal-kors qed jiġu finanzjati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali u mhux mill-SWDP.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet il-METCO fuq l-Expo f'Hanover? Fiex saret in-nefqa? X'attivitajiet kulturali ffinanzjat tul din l-Expo? Kemm tħallsu individwalment l-personalitajiet lokali mistiedna u għal-liema ħidmiet? Kif intgħażlu dawn il-personalitajiet? Kemm kellhom jittellgħu oriġinarjament minn dawn il-personalitajiet? Għaliex ma ttellgħux?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom fl-Expo f'Hanover ma ttellgħetx l-Orkestra Nazzjonali għal jum ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat Organizzattiv ta' l-Expo2000 Malta ħa ħsieb l-arranġamenti kollha konnessi ma' Jum Malta fl-Expo.
Informat ukoll li l-Orkestra Nazzjonali kif kostitwita ma fihiex l-elementi kollha meħtieġa mill-kunċert eżegwit f'din l-okkażjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s-safra, lukandi u spejjeż oħra fiż-żjara tas-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett u dawk li akkumpanjawh għall-Olimpjadi ta' Sydney?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm ebda delegazzjoni takkumpanja lis-Segretarju Parlamentari matul iż-żjara tiegħu ġewwa Sydney. Huwa kien akkumpanjat mis-Sinjura Mugliett li marret a spejjeż tagħha.
Id-dettalji dwar din iż-żjara jkunu jistgħu jingħataw aktar 'l quddiem meta jiġi lura u jingħalaq il-file.
Kulleġġ ta' l-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija — Ftuħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol fuq il-ftuħ tal-Kulleġġ ta' l-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija?
Fejn wasal ir-reklutaġġ ta' l-istaff meħtieġ? Min ġie reklutat s'issa? Għal liema qasam? Meta se jiftħu l-ewwel istituti? F'liema oqsma? Fiex wasal it-tfassil tal-kurrikulu u s-sillabu tal-korsijiet ta' dawn l-istituti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.