Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19591 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull skola ta' Malta u Għawdex: (a) kindergarten, (b) primarja; u (ċ) sekondarja, kemm hemm studenti subien, kemm bniet, kemm għalliema, kemm facilitators, kindergarten assistants, kemm minor staff skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19596 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal ġodda bdew jattendu l-iskejjel speċjali din is-sena skolastika? F'liema skejjel bdew jattendu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 8 studenti ġodda bdew jattendu l-iskejjel speċjali minn din is-sena skolastika. L-iskejjel li fihom bdew jattendu dawn l-istudenti ġodda huma: Skola San Miguel, St.Andrews 4 Skola Santa Marija, Msida 1 Skola Dun Manwel Atterd, Wardija 1 Skola Hellen Keller, Qrendi 2
Leg 9 PQ #19597 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja — Tfal b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li din is-sena kellhom jibdew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom b'mod inklużiv? Kemm tfal b'diżabilita' għadhom ma bdewx imorru fl-iskejjel sekondarji għax m'hemmx persuna magħhom biex tgħinhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitluba għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #19598 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel ta' Malta hemm nuqqas ta' persuni li xogħolhom hu li jnaddfu l-iskejjel? X'se jsir dwar dan in-nuqqas?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #19598 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel ta' Malta hemm nuqqas ta' persuni li xogħolhom hu li jnaddfu l-iskejjel? X'se jsir dwar dan in-nuqqas?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li qed issir talba lill-MPO sabiex jiżdiedu l-full-timers jew sabiex jinfetaħ l-ingaġġ għall-part-time cleaners.
Leg 9 PQ #19542 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Taħdidiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħdidiet bejn il-gvern u l-kapijiet ta' l-iskejjel indipendenti biex il-gvern itaffi ftit mill-ispiża tal-miżati mħallsa mill-ġenituri? Peress li jidher li dawn l-iskejjel indipendenti ħarġu ittra l-istess, għalkemm taħt l-isem ta' l-iskola tagħhom, biex tinġabar statistika u anke n-numru ta' l-ID card ta' kull ġenitur, jista' jgħid x'ġie diskuss s'issa magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Għadni qed nistenna mingħand dawn l-iskejjel ir-rapport dwar is-suġġett.
Leg 9 PQ #19544 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel indipendenti li nformaw lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li kienu se jgħollu l-miżati minn Settembru ta' din is-sena? Jista' jagħti iż-żidiet għal kull grad u jgħid x'raġuni ngħatat? Kien hemm xi kummenti mid-diviżjoni fuq dawn iż-żidiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #19545 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Suġġetti Obbligatorji

Question

Issa li bdiet is-sena skolastika 2000/01 jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti li huma kkonsidrati obbligatorji u li jridu jiġu mgħallma f'kull skola, kemm ta' l-istat, kemm tal-knisja u kemm indipendenti? Kif se jiżgura li fil-fatt dawn se jiġu mgħallma f'dawn l-iskejjel li huma liċenzjati mill-ministeru ta' l-edukazzjoni? Liema huma dawk is-suġġetti li qed jiġu mgħallma bħala ġodda iżda bħala optional, u li qed jiġu offruti fl-iskejjel tal-knisja u indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Din id-deċiżjoni tittieħed meta jiġi ppubblikat u approvat il-Pjan Strateġiku tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu.
Leg 9 PQ #19546 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Xogħol fl-Iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmmx postijiet li qegħdin iservu ta' skola li huma skedati minħabba l-importanza storika/kulturali tagħhom? Jekk fl-affermattiv, liema huma u f'liema grad? L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tara li minn żmien għall-ieħor ma jsirx xogħol illegali fihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iskejjel skedati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar huma dawk kif jidher hawn taħt. Id-database li għandha l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tiffoka fuq il-valur ta` wirt storiku fuq il-bini: Site G.N. No. G.N. Date Degree Government School, Triq Depiro, Sliema 700/95 11/10/95 2 Alcazar School of Beauty, Rudolph Street, Sliema 700/95 11/10/95 2 Institute of Tourism Studies School, St. George`s Bay 755/95 12/05/95 2 School, Triq l-Iskola, Tarxien 199/96 26/03/96 2 Pembroke Fort, Pembroke 583/96 06/09/96 1 Victoria Pub (Part of St. Michael School) 583/96 06/09/96 1 Sprach Café`, Pembroke 583/96 06/09/96 1 Italian School, Pembroke 583/96 06/09/96 1 M`hemmx proċedura stabbilita dwar spezzjonijiet regolari ta` bini skedat, inkluż dawk imsemmija fil-lista. Jirriżulta, iżda, li ma sar l-ebda intervent fl-iskejjel indikati.
Leg 9 PQ #19547 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Xogħol fl-Iskejjel

Question

Tista' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tgħid kemm kellha applikazzjonijiet din is-sena biex isir xogħol ta' tibdil fl-istruttura, twaqqigħ, estensjoni ta' bini minn skejjel ta' l-istat, tal-knisja u dawk indipendenti? Meta u minn min saret kull applikazzjoni u għal-liema xogħol? Dan ix-xogħol ġie approvat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19549 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar

Question

1) Matul din is-sena kemm-il post twaqqa' mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? 2) Kemm matul l-istess żmien l-istess awtorita' aċċettat li tirrevedi il-pożizzjoni tagħha u taċċetta dak li qabel kien jitqies bħala illegali? 3) F'kull każ jista' l-Ministru jagħti l-lokalita' u n-natura tal-bini? 4) Mindu twaqqfet l-awtorita' kemm kien hemm każi ta' twaqqigħ ta' lukandi, estensjoni ta' lukandi, blokki ta' appartamenti, eċċ., għaliex instabu li ma kenux inbnew skond dak approvat mill-awtorita'? 5) Fil-każ ta' (2) x'kienet ir-raġuni tar-reviżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej : - 1. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħadet 33 azzjoni diretta. 23 minnhom kienu twaqqiegħ ta` postijiet (djar, kmamar u/jew garages). 2. L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-illegalitajiet jiġu rriveduti bil-ħruġ tal-permessi neċessarji. 3. L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 4. M`hu rrekordjat l-ebda każ ta` twaqqiegħ mill-Awtorita` ta` din ix-xorta. 5. L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19378 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Persuni fuq dagħa

Question

Fl-aħħar għaxar snin kemm kien hemm każi fejn persuni weħlu l-ħabs għax instabu ħatja ta' dagħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-aħħar għaxar snin ma kien hemm l-ebda persuna li weħħlet piena ta` ħabs speċifikament fuq akkuża ta` dagħa biss. Mhux eskluża l-possibilita` li diversi sentenzi jkunu jkopru fihom anke piena dwar dagħa flimkien ma` piena għal akkużi oħra.
Leg 9 PQ #19470 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq xiri ta' kotba għall-librerija pubblika ċentrali; fuq xiri ta' kotba għall-branch u regional libraries; fuq il-komputerizzazzjoni tal-librerija ċentrali u fuq il-komputerizzazzjoni tal-branch u regional libraries għal kull sena matul is-snin 1990 - 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa mill-Librerija Pubblika Ċentrali u mill-Fergħat, kemm Branch kif ukoll Regional, għax-xiri ta' kotba u għall-kompjuterizzazzjoni, hi kif ġej: SENA XIRI TA' KOTBA KOMPJUTERIZZAZZJONI C.P.L. LM FERGĦAT LM C.P.L. LM FERGĦAT LM 1990 12855 10926 ** ** 1991 13182 11067 ** ** 1992 14864 12762 ** ** 1993 13028 13602 ** ** 1994 20800 10075 ** ** 1995 24289 20044 ** ** 1996 22458 13061 ** ** 1997 20658 12054 ** ** 1998 8989 5020 7245 7792 1999 7668 5010 6527 6976 2000* 9200 4800 NIL 2242 * sa Awwissu 2000 ** Fil-perjodu ta' bejn l-1990-1997, l-informazzjoni dwar kemm intefqu flus għall-kompjuterizzazzjoni tal-Librerija Pubblika Ċentrali u għall-Libreriji Branch u regional, tista' tinkeseb mingħand il-MITTS (MSU).
Leg 9 PQ #19472 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba għat-tfal fil-librerija pubblika ċentrali; kemm inxtraw kotba għall-kbar fil-librerija pubblika ċentrali; kemm inxtraw kotba għat-tfal fil-branch u fir-regional libraries u kemm inxtraw kotba għall-kbar fil-branch u fir-regional libraries matul kull sena mill-1990 sa l-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' kotba li nxtraw fil-perjodu ndikat mill-Librerija Nazzjonali u mill-fergħat, Branches u Regional, kemm għall-kbar u kemm għat-tfal huwa kif ġej: SENA C.P.L. Kbar C.P.L. Tfal FERGĦAT Kbar FERGĦAT Tfal 1990 2065 1011 4331 6495 1991 2077 1038 5072 6509 1992 2426 1213 4987 6083 1993 2120 1060 3987 4471 1994 2740 1369 5288 6598 1995 2508 1254 4976 6567 1996 2218 1109 4792 5498 1997 2076 1038 3702 5113 1998 1291 645 1784 3992 1999 1343 671 1583 3213 2000* 1300 714 1412 2918 * sa Awwissu 2000
Leg 9 PQ #19475 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Libreriji — Kotba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm self ta' kotba lit-tfal mill-librerija pubblika ċentrali; self ta' kotba lill-kbar mil-librerija pubblika ċentrali; self ta' kotba lit-tfal mill-branch u mir-regional libraries u kemm kien hemm self ta' kotba lill-kbar mill-branch u mir-regional libraries għal kull sena bejn l-1990 u l-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' kotba mislufa fil-perjodu ndikat mill-Librerija Nazzjonali Ċentrali u mill-Fergħat, Branch u Regional, kemm għat-tfal u kemm għall-kbar huma kif ġej: SENA C.P.L. KBAR C.P.L. TFAL FERGĦAT KBAR FERGĦAT TFAL 1990 203041 114447 110765 261784 1991 193832 104600 127720 298013 1992 185673 131002 128076 272161 1993 200612 154774 131226 337435 1994 196724 121340 141539 315045 1995 199076 100279 171976 282964 1996 168371 88319 178234 237244 1997 145511 92417 181231 248385 1998 146022 116439 182448 256307 1999 182798 134435 179346 237759 2000* 110290 88587 118212 184663 * sa Awwissu 2000
Leg 9 PQ #19477 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Librerija Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u xi gradi jħaddnu l-impjegati li jaħdmu fil-librerija nazzjonali fis-sezzjoni tal-katalogar tal-kotba? Xi kwalifiki ta' librarianship għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sezzjoni tal-katalogar tal-kotba fil-librerija nazzjonali hemm żewġ impjegati li t-tnejn jippossjedu d-Diploma in Libraries and Information Studies. Barra minn dan, impjegata minnhom tippossjedi wkoll M.A. fl-Ingliż.
Leg 9 PQ #19539 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St. Edward's College — Miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-gvern għall-ittra mibgħuta mill-kap tal-kulleġġ St. Edward's lill-ġenituri ta' l-istudenti li jattendu din l-iskola fejn intqal li "ma jistax jifhem kif il-gvern qed jagħti żieda ta' 20% lill-impjegati tiegħu meta jgħid li għandu defiċit kbir u b'hekk se jkollu jgħolli l-miżati bl-istess rata biex jħallas l-għalliema tiegħu"?

Response (GALEA, LOUIS)

Dak li qed tirreferi għalih din il-Mistoqsija Parlamentari hija biss l-opinjoni ta' min kiteb u ffirma dik l-ittra.
Leg 9 PQ #19367 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Okkupazzjoni illegali

Question

X'passi ttieħdu mid-Dipartiment ta' l-Artijiet fl-aħħar sentejn dwar rapporti ta' okkupazzjoni illegali minn xi individwi fl-Aħrax tal-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-okkupazzjoni ta` l-art fl-Aħrax tal-Mellieħa għal skopijiet ta` reklamar illegali jew ta` dumping ġew investigati. F`numru ta` każi, id-Dipartiment ta` l-Artijiet irnexxielu jwaqqaf l-abbużi, filwaqt li f`każi oħra d-Dipartiment kellu jitlob l-għajnuna tal-Pulizija. Ninsab infurmat ukoll li fil-każ ta` l-istrutturi llegali, l-Gvern qiegħed jistudja pjan biex l-istrutturi li żdiedu dan l-aħħar u l-istrutturi li ilhom hemm għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin (25) sena jiġu mwaqqa`.
Leg 9 PQ #19369 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħruq ta' prinjoli

Question

X'passi ttieħdu fl-aħħar sentejn mill-pulizija dwar rapporti ta' ħruq tal-prinjoli fl-Aħrax tal-Mellieħa? X'passi ttieħdu mill-pulizija fl-aħħar sentejn dwar rapporti ta' okkupazzjoni illegali ta' l-art minn xi individwi fl-Aħrax tal-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli għand il-Pulizija, jirriżulta li, dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija kien hemm rapport wieħed u kienet saret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa. Minn din l-inkjesta kien irriżulta li dan ma kienx ħruq doluż. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ma jirriżultax li kien hemm rapporti. Pero` infurmat ukoll illi f`każi bħal dawn, ikun infurmat il-Kummissarju ta` l-Artijiet sabiex jekk ikun il-każ tkun segwita il-proċedura skond Kapitolu 228 tal-Liġijiet ta` Malta.
Leg 9 PQ #19371 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Kemm kien hemm studenti u f'liema suġġetti talbu reviżjoni tal-karta għall-eżemijiet tas-SEC u l-MATSEC li saru f'Mejju, 2000? Kemm kien hemm każi fejn il-marka ġiet imtellgħa? F'kull każ x'kienet il-marka ta' qabel u kif saret riveduta? X'kienu r-raġunijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, ġejt informat li l-kandidati li joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC, jistgħu jitolbu Reviżjoni tal-Karti, wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat. Din il-proċedura ilha ssir sa minn meta daħal fis-seħħ dan l-eżami. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' talbiet u l-bdil fil-gradi li kien hemm għall-eżami ta' Mejju 2000. Għal dan il-għan jinħatar eżaminatur ieħor u jerġa' jifli li l-marki mogħtija. Il-bdil fil-gradi jsir biss wara qbil mal-bord ta' l-eżaminaturi. Il-kandidat jingħata rapport fuq dak li jkun kiteb fl-eżami mill-eżaminatur addizzjonali. Ma' dawn it-talbiet, l-Uffiċċju tal-Matsec waqt li jkun sejjer bl-eżerċizzju msemmi hawn fuq, jerġa' jagħmel reviżjoni tal-pubblikazzjoni tar-riżultat u jekk isib li jkun hemm xi żbalji klerikali min-naħa ta' l-amministrazzjoni jew ta' l-eżaminaturi, l-istudenti jkunu mgħarrfa bit-tibdil meħtieġ minnufih. B'dan l-eżerċizzju jiġi żgurat li l-istudenti jkunu ħadu dak li ħaqqhom u li tawhom l-eżaminaturi. Fis-sessjoni ta' Mejju, b'dan l-eżerċizzju, għalkemm l-istudenti ma talbux reviżjoni tal-karti ta' l-eżami, instab li kellhom jiġu kkoreġuti żewġ żbalji fir-riżultati ta' l-Ingliż. L-istudenti konċernati kienu mgħarrfa bit-tibdil qabel is-sessjoni ta' Settembru. Din hi proċedura normali li ssir minn kull bord ta' eżamijiet, anke dawk barranin.