Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li għadda mill-eżamijiet ta' l-Ingliżi, Reliġjon, Studji Soċjali, għad-dħul fil-junior lyceum mhux qed jitħalla jattendi fl-iskola sekondarja Ġuże' D'Amato, f'Raħal Ġdid? Meta l-istat huwa obbligat jipprovdi edukazzjoni lil dawk fl-eta' bejn 5 u 16 kif jista' jċaħħad lil dan it-tifel minn dan id-dritt?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li ommi tit-tifel imsemmi għamlet talba biex it-tifel tagħha jibda jattendi l-ewwel sena ta' l-Iskola Sekondarja ta' Raħal il-Ġdid nhar it-Tnejn 2 ta' Ottubru. It-tifel fuq talba ta' ommu kellu jirrepeti s-sitt sena tal-Primarja wara li ma għaddiex mill-eżami tad-dħul għall-Junior Lyceum.
Fil-fatt, it-talba biex it-tifel jattendi l-iskola sekondarja ta' Raħal il-Ġdid ġiet milqugħa u risposta mibgħuta lill-omm nhar l-Erbgħa 4 ta' Ottubru 2000.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-ġimgħat li għaddew kien hemm jien sħaħ li fihom St. George's Road u St. George's Junction kienu bla dwal fit-toroq?
Meta se jissewwa?
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol regolari ta' pulizija li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament?
Għandux permess ibiegħ il-ħut?
Jista' jinvestiga rapporti li waqt il-ħin tax-xogħol ikun ibiegħ il-ħut?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kuntistabbli li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa stazzjonat fuq beat duties. Ma jirriżultax li dan għandu permessi sabiex ibiegħ il-ħut. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija tlabt lill-Kummissarju sabiex jinvestiga.
X'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li applika għall-kors tal-Food Preparation and Production ma ġietx aċċettata mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi minkejja li għandu esperjenza tax-xogħol f'dan il-qasam, għandu ċertifikat tajjeb mill-iskola u għadda mill-eżamijet tas-SEC fil-Malti, Matematika, Ingliż, Physics, Home Economics u Religious Knowledge?
Kif daħlu studenti b'inqas kwalifiki minnu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif spjegat f’PQ numru 19363 l-applikanti g[all-korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi jridu jissodisfaw għadd ta’ kriterji qabel ma jiġu aċċettati. Infurmat li għalkemm huwa minnu li l-applikant in kwistjoni għandu APL (marki li jingħataw għall-eżamijiet tas-SEC) biżżejjed, dan hu biss parti mill-proċess. Infurmat li l-applikant ma ssodisfax l-interview panel. Ta min igħid ukoll li l-kors tal-Food Preparation & Production hu wieħed li jkollu konkorrenza qawwija u din naturalment irrid il-kompetizzjoni.
Infurmat ukoll li l-applikant għandu esperjenza ta’ xogħol limitata għaliex beda jaħdem ta’ kitchen helper f’Lulju 2000, jiġifieri xahar qabel fetħu l-applikazzjonijiet.
Il-kwalifiki akkademiċi huma biss parti mill-proċess ta’ ammissjoni fl-ITS.
Kemm studenti li din is-sena applikaw biex isegwu xi kors ma' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kienu eliġibbli u kwalifikati iżda tħallew barra minħabba nuqqas ta' spazju?
Kemm kien hemm studenti li applikaw biex jibdew kors fis-sena 2000/2001? Kemm ġew aċċettati minnhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-applikanti għall-korsijiet kienu kif ġej
Kors
Applikanti
Eliġ
ibbli
(APEL)
M’Attendewx
Applikanti
Potenzjali
Bdew il-kors
HM
52
48
16
36
20
HO
31
27
8
23
14
AO
35
28
12
23
18
FPP
99
91
20
79
44
FBS
33
29
13
20
19
TG
27
15
5
22
12
TS
27
24
2
25
21
TA
53
48
5
49
21
TOTAL
348
310
81
277
169
X'inhu l-massimu ta' studenti ġodda li jista' jilqa' fih għall-korsijiet differenti l-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Kif inhu stabbilit dan il-massimu f'kull kors?
Kif jiġu magħżula l-istudenti l-ġodda biex jibdew il-korsijiet?
Kemm jingħataw marki għaċ-ċertifikat ta' l-iskola, kemm jingħataw għall-eżamijiet tas-SEC u l-gradi li jġibu u kemm jingħataw għall-interview?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-massimu ta’ studenti ġodda li jista’ jilqa’ fih l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’kull kors hu kif ġej
Higher Diploma in Hospitality Management 20
Hotel Operations 32
Accommodation Operations 20
Food Preparation & Production 44
Food & Beverage Service 48
Sports Leisure & Recreation 20
Travel Agency Operations 20
Tour Guides 12
Dawn in-numri huma stabbiliti skond il-faċilitajiet u r-risorsi umani ta’ l-Istitut.
L-applikanti għal dawn il-korsijiet jintgħażlu wara proċess ta’ selezzjoni mqassam f’erbgħa partijiet kif ġej
· Jilħqu l-minimu ta’ kwalifiki kif stabbilit fil-prospectus għal kull kors. (APL APEL marki li jingħataw għall-eżamijiet ta’ SEC eċċ., u marki li jingħataw għal xi xogħol li jkunu wettqu relatat mal-kors).
· Jgħaddu test tal-numeracy and literacy.
· Jgħaddu minn interview.
· L-eta’ minima stabbilita fil-prospectus.
Applikanti għandhom jissodisfaw kull parti tal-proċess. Iżda l-ITS jikkunsidra li jimtlew vaganzi fil-korsijiet jekk applikant ikollu kwalifiki u jgħaddi mit-test u l-interview għalkemm ma jkollux l-eta’ meħtieġa.
Applikanti jingħataw marki kif ġej
Ċertifikat ta’ l-iskola 13
SEC Avvanzat Grad D jew aħjar 9
SEC Intermediate Grad D jew aħjar 7
SEC Ordinarju Grad C5 jew aħjar 6
Kull sena xogħol (Craft Level) 1
Kull sena xogħol (Supervisory Level) 2
Kull sena xogħol (Management Level) 3
Għall-interview il-massimu hu ta’ 33
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li ssir it-triq maqlugħa li hemm ħdejn l-iskola sekondarja tal-bniet Maria Goretti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fiż-żona ta' l-iskola qed isir ma' xogħol ieħor li qed isir fl-akwati f'Ħal Tarxien. Ix-xogħol fit-triq ta' l-iskola proprja ser jitħalla għall-aħħar, peress li ser isir xogħol fuq l-estensjoni ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li qed jistennew jibdew l-iskola primarja għax għadhom ma ngħatawx l-għajnuna rikkmandata mill-istatementing board?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemmx tfal b'diżabilita fl-iskejjel primarji li qed jistennew li jibdew l-iskola primarja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti bniet li jmorru fl-iskola Maria Tereża Nuzzo u jgħixu, per eżempju, fil-Mellieħa u f'Tas-Sliema u f'lokalitajiet oħra flok jitwasslu l-iskola b'mini van għalihom qed jitwasslu f'karoza privata flimkien mas-subien b'perikli ċari għalihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-uffiċjal inkarigat mit-trasport assenja coach għall-bniet ta' tas-Sliema li jmorru l-iskola Teresa Nuzzo. Din il-coach hija għall-bniet biss. Qed isiru l-arranġamenti sabiex jinstab mini van biex iwassal l-istudenti bniet mill-Mellieħa sa' l-iskola. Wara nofs in-nhar, dawn il-bniet diġa huma provduti b'mini van li twassal lilhom biss mill-iskola sal-Mellieħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm skejjel primarji u sekondarji li fil-bidu tas-sena skolastika xorta kien għad fadal ix-xogħol għaddej fuq il-bini ta' l-iskola, meta t-tfal u l-għalliema daħlu għas-sena skolastika ġdida?
Response (GALEA, LOUIS)
Ix-xogħolijiet kapitali ma jsirux fis-sajf biss, iżda jibqgħu għaddejin tul is-sena kollha. Hemm tmien skejjel li fihom għaddej ix-xogħol kapitali u ta' bini. Id-Diviżjoni tieħu ħsieb li xogħol li ma jfixkilx it-tagħlim u li ma jkunx ta' periklu għall-istudenti jibqa' għaddej fl-interess ta' l-iskola konċernata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilita' fl-iskejjel speċjali li għalqu s-16-il sena? F'liema skejjel qegħdin?
Kemm hemm minnhom li suppost marru diġa' fl-adult training centres?
Sakemm imorru f'dawk iċ-ċentri x'se jkunu qed jagħmlu dawn iż-żgħażagħ fl-iskejjel speċjali? B'liema mod qed jitħejjew għaċ-ċaqliqa li trid issir?
Response (GALEA, LOUIS)
L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilita' fl-iskejjel speċjali li għalqu s-16-il sena? F'liema skejjel qegħdin?
Kemm hemm minnhom li suppost marru diġa' fl-adult training centres?
Sakemm imorru f'dawk iċ-ċentri x'se jkunu qed jagħmlu dawn iż-żgħażagħ fl-iskejjel speċjali? B'liema mod qed jitħejjew għaċ-ċaqliqa li trid issir
Response (GALEA, LOUIS)
L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-klassi tar-repeaters (6 klassi) fl-iskola Alfred Buhagiar tar-Rabat hemm fiha 25 tifel u tifla meta s-soltu biex it-tagħlim ikun iżjed effettiv il-klassi tkun żgħira b'14 tifel u tifla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-klassijiet tar-repeaters huma meqjusa bħall-klassijiet l-oħra kollha għal dak li għandu x'jaqsam in-numru ta' tfal li jkun fihom.
Informat ukoll li fl-iskola Alfred Buhagiar tar-Rabat hemm klassi waħda biss li fiha 25 tifel u tifla.
Jista' l-Ministru jgħid liema kuntratti pubbliċi ġew deċiżi mill-Kumitat tal-Kuntratti fl-1999 u fis-sena 2000 s'issa? B'liema valur f'kull kuntratt u f'liema qasam?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li il-biċċa l-kbira ta' din l-informazjoni tiġi ppublikata perjodikament fil-gażżetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol tant urġenti tar-riabilitazzjoni sħiħa tal-bini tal-Junior Lyceum, Sir Adrian Dingli?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Kuntratti rrifjuta l-offerti kollha għal xogħolijiet ta' finitura tal-parti ċentrali ta' l-iskola fl-aħħar ġimgħat. Madanakollu qed jittieħdu l-miżuri kollha sabiex terġa toħroġ din l-offerta biex ikun jista' jitkompla x-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'nuqqas ta' għalliema għandna fl-iskejjel primarji u sekondarji?
F'liema skejjel? F'liema suġġetti?
X'se jsir biex tiġi solvuta din il-problema?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Minkejja l-garanzija li ta l-Ministru li l-iskejjel kollha kellhom ikunu lesti mix-xogħol kollu tal-bini bid-dħul tat-tfal fl-iskola, għaliex nhar is-27 u t-28 ta' Settembru 2000 kien għad hemm krejn jaħdem fuq xogħol fuq il-bini ta' l-iskola bil-periklu għat-tfal li jmorru f'dik l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-ġranet tas-27 u t28 ta' Settembru 2000, jekk kien hemm xi krejn jaħdem fuq xi lant tax-xogħol, żgur li dan ma kienx ta' periklu għat-tfal u għall-għalliema f'xi skola partikolari, hi liema hi.
Mill-istudenti li ggradwaw fil-B.Ed. din is-sena kemm minnhom ġew impjegati mill-istat? F'liema suġġetti u f'liema skejjel?
Kemm hemm li daħlu ma' skejjel tal-knisja u dawk indipendenti? Għal liema suġġetti? Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji dwar dawk li ggradwaw fil-PGCE?
Response (GALEA, LOUIS)
L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar mill-iskejjel tal-knisja u indipendenti u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18427, jista' l-Ministru jgħid fejn:
a) Se jiġu nstallati
traffic lights?
b) Se jiġu nstallati
pelican lights?
c) Se jsiru zoni għall-użu tal-
pedestrinas u
dan fil-ġimgħat/xhur li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin id-Dipartiment tat-Toroq għandu ppjanat li jitwaħħlu Pelican Lights fil-Mosta, Attard, Blata l-Bajda, Marsa, l-Gżira u Ħal Qormi. Barra min hekk hemm il-ħsieb li jiġu desenjati Traffic Lights Junctions il-Ħamrun (Pjazza San Pawl u fl-inħawi tad-Duluri).
Studji dwar żoni pedonali għadhom qedgħin jiġu diskussi mit-Traffic Control Board u l-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid f'kull skola ta' Malta u Għawdex: (a) kindergarten, (b) primarja; u (ċ) sekondarja, kemm hemm studenti subien, kemm bniet, kemm għalliema, kemm facilitators, kindergarten assistants, kemm minor staff skola bi skola?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra