Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19887 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Grounds

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2545?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed isiru arranġamenti mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex dawn is-siġar fejn jeżistu jiġu maqlugħa jew miżbura.
Leg 9 PQ #19833 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Santu Wistin - Student

Question

Għal-liema raġunijiet il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni aċċetta li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, jitwaqqaf milli jkompli jattendi l-Kullegg Santu Wistin? Tista' skola tal-knisja ffinanzjata mill-fondi pubbliċi titħalla ċċaħħad tifel mid-dritt li jkompli jattendi l-iskola għax ma jkunx ġab ċertu livell ta' marki? Ma jaħsibx li dan preċendent perikoluz jekk skola tal-knisja titħalla tagħmel dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-każ qed jiġi konsidrat mill-Awtoritajiet Edukattivi.
Leg 9 PQ #19846 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja — Investigazzjoni

Question

Jista' jinvestiga rapporti li hemm skejjel tal-knisja li qed idaħħlu tfal bla polza jew bla Common Entrance Examination għax idaħħluhom fil-klassijiet 2 sa 6 fil-primarja w form 2 sa 5 fis-sekondarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, ser nivverifika x'inhi l-policy segwita f'din il-materja.
Leg 9 PQ #19871 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — FX Attard

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri qed jintalbu jħallsu Lm1 kull darba li jissejħu biex jattendu laqgħa tal-ġenituri fl-iskola sekondarja tas-subien FX Attard tal-Marsa? Min ħa din id-deċiżjoni, japprezza li qed ipoġġi f'diffikulta' u f'qagħda mbarazzanti lil dawk il-ġenituri bi dħul baxx li għandhom diġa' problemi kbar biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż tal-ħajja? Jaqbel il-Ministeru li l-ġenituri jiġu ċċarġjati Lm1 għal kafe' u l-gallettini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Skolastiku ta' l-iskola FX Attard, Marsa jorganizza laqgħat għall-ġenituri li għalihom ikunu mistiedna kelliema biex ikellmu lill-ġenituri fuq suġġetti varji ta' interess għall-ġenituri fit-trobbija ta' uliedhom.. Dawn il-laqgħat ilhom isiru f'din l-iskola u hemm id-drawwa li jiġu pprovduti kafe`, pastizzi, sandwiches u pasti għal dawk il-ġenituri li jixtiequ. Ser nivverfika mal-Kap ta' l-Iskola u l-President tal-Kunsill Skolastiku l-element imsemmi mill-Onor. Membru fit-tieni parti tal-Mistoqsija.

Tribunal Internazzjonali u Kummerċjali ta' l-Arbitraġġ

Question

Mindu daħlet fis-seħħ il-liġi li permezz tagħha twaqqaf it-Tribunal Internazzjonali u Kummerċjali ta' l-Arbitraġġ, kemm-il darba ltaqa'? Kemm il-każ ittratta? X'kienu id-deċiżjonijiet li ħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Sal-lum l-ebda kaz ta' arbitragg internazzjonali kummercjali ma gie registrat fic-Centru Malti ta' l-Arbitragg. Ta' min ighid li t-Taqsimiet V u VII tal-ligi dwar arbitragg internazzjonali dahlu fis-sehh fl-1 ta' Awissu u fil-15 ta' Settembru ta' din is-sena rispettivament.
Leg 9 PQ #19875 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Mellieħa — Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-art taħt il-ground tal-football fil-Mellieħa u li tmiss mat-triq, tingħata biex tintuża għal żvilupp ta' faċilitajiet sportivi tant meħtieġa fil-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma rċeviet l-ebda talba dwar il-feles ta` art li hemm ħdejn il-futbol ground tal-Mellieħa, la mill-Kunsill Malti għall-Isport u lanqas minn xi Għaqda Sportiva.
Leg 9 PQ #19877 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Liġi ta' l-Iżvilupp Industrijali — Tibdil

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kumpannija ta' l-awdituri li ngħata l-inkarigu li tressaq proposti għal tibdil fil-Liġi ta' l-Iżvilupp Industrijali? Kif intgħażlet din il-kumpannija? Kemm tħallset? Min awtorizza il-ħlas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kumpanija ta' awdituri KPMG ġiet inkarigata mill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta biex tressaq proposti għal tibdil fil-Liġi ta' l-Iżvilupp Industrijali wara li din l-istess kumpanija diġa' kienet għamlet xogħol fuq l-istess materja matul l-Amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998. Sussegwentement il-Gvern ħass il-bżonn li jitfassal qafas legali aktar flessibbli mill-I.D.A. attwali u għalhekk il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi awtorizza lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex din tirrevedi l-kummissjoni lill-konsulenti fuq imsemmija biex ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom jiġu inkwadrati taħt forma ta' enabling act li għandha toħroġ mill-istess I.D.A. iżda li ser tingħata s-sura ta' liġi aktar wiesgħa bl-isem ta' Business Promotion Act. Rigward l-ammont imħallas lil din il-kumpanija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18447 waqt is-Seduta numru 367.
Leg 9 PQ #19812 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Rabat - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se tissolva l-problema serja ta' nuqqas ta' spazju fil-klassi 5A fl-iskola primarja tar-Rabat (Malta) biex jidħlu l-computers u l-għamara?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19813 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema suġġetti hemm nuqqas ta' lecturers fil-Junior College? Meta hu maħsub li tissolva l-problema ta' dan in-nuqqas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li billi din is-sena se jingħataw numru ta' 'appointments' ġodda f'diversi suġġetti, ħafna problemi li nqalgħu s-sena li għaddiet mhumiex ser jerġgħu jitfaċċaw. Peress li f'xi suġġetti għad iridu jiġu ntervistati applikanti li kienu imsiefrin, għad m'aħniex f'pożizzjoni li nagħtu stampa definittiva tas-sitwazzjoni. Dawn l-interviews ser isiru illum 9 ta' Ottubru.
Leg 9 PQ #19804 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors fil-motor vehicles

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qed jingħad li jista' ma jitkomplix il-kors filgħaxija f'Kordin fil-motor vehicles, li issa se jkun wasal fil-ħames sena tiegħu, u suppost li jersqu għall-eżami finali biex ikunu jistgħu jieħdu l-Full Tech.?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19804 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors fil-motor vehicles

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qed jingħad li jista' ma jitkomplix il-kors filgħaxija f'Kordin fil-motor vehicles, li issa se jkun wasal fil-ħames sena tiegħu, u suppost li jersqu għall-eżami finali biex ikunu jistgħu jieħdu l-Full Tech.?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors tal-'Motor Vehicle Engineering' hu ta' erba' sninu jwassal għal Diploma tas-'City & Guilds' u l-'Journeymen's Certificate'. Għandna talba biex jinbeda kors filgħaxija li jwassal għall-'Advanced Diploma'. Biex isir dan il-kors, neħtieġu għalliema kwalifikati apposta fil-liġi, fl-'accounts', fil-'management', u fil-'heavy vehicles'. Jekk jinstabu dawn l-għalliema, il-kors isir. Qed naħdem mad-Dipartiment konċernat biex niffaċilitaw soluzzjoni.
Leg 9 PQ #19805 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Istitut M.A. Sapiano

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu studenti għall-kors ta' draughtsman fl-Istitut M.A. Sapiano? Kemm applikaw? Se jsir il-kors tal-land surveying ? Jekk le, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-kors ta' draughtsman fl-Istitut M A Sapiano, daħlu 25 student. Għal dan il-kors applikaw 58 student. Il-maġġoranza ta' dawk li ma daħlux f'dan il-kors, għażlu korsijiet oħra. Informat ukoll li n-numru ta' applikanti għal Land Surveying kors kien 3. Minħabba f'hekk mhux ser jiftaħ il-kors.
Leg 9 PQ #19806 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Santa Luċija Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom studenti f'Form III fil-Lyceum Margaret Mortimer f'Santa Luċija għadhom mingħajr lezzjonijiet tal-Malti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti kollha tal-Form III fl-iskola Margaret Mortimer f'Sta Luċija għandhom għalliem/a tal-Malti. Wieħed mill-għalliema huwa preżentament marid u għalhekk ma jistax jattendi.
Leg 9 PQ #19807 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Programm Socrates — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-istudenti li se jintbagħtu fil-programm Socrates f'universitajiet barranin: (1) kemm se jingħataw flus minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea; (2) hux se jkollhom dritt għall-istipendju lokali; (3) kemm hu kkalkolat li se jkollu bżonn student biex jagħmel semestier f'universita' barrinija?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija it-tweġiba hi fl-affermattiv kif jitolbu r-Regolamenti, u dwar il-bqija tal-Mistoqsija t-tagħrif qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19807 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Programm Socrates — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-istudenti li se jintbagħtu fil-programm Socrates f'universitajiet barranin: (1) kemm se jingħataw flus minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea; (2) hux se jkollhom dritt għall-istipendju lokali; (3) kemm hu kkalkolat li se jkollu bżonn student biex jagħmel semestier f'universita' barrinija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li l-fondi jiġu mqassma skond il-pajjiż li l-istudenti sejrin jistudjaw fih, il-mobility grant tista' tvarja. Il-grant mill-Unjoni Ewropea ma tistax taqbeż il-500 euro fix-xahar. Kull student ser jieħu l-maintenance grant tiegħu/tagħha. Dan l-ammont jiddependi fuq il-post u l-Universita` li kull student ser imur bħala ERASMUS student. Dan ivarja minn pajjiż għal pajjiż. Il-grants jingħataw wara l-ewwel ta' Jannar 2001.
Leg 9 PQ #19808 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola San Franġisk t'Assisi

Question

Jista' l-Ministru jivverifika rapporti li fl-iskola San Franġisk t'Assisi f'Santa Venera hemm studenti li tħallew bla kotba ta' l-iskola? Meta se jingħataw il-kotba?

Response (GALEA, LOUIS)

Mill-verifiki rriżultali li xi skejjel ingħataw xi kotba aktar milli kellhom bżonn filwaqt li oħrajn irċevew xi numru anqas. Fil-każ imqanqal mill-Mistoqsija l-istudenti għanhom il-kotba meħtieġa, ħlief studenti ta' Form I li għandhom xi kotba tal-Malti nieqsa. Informat li qed jittieħdu l-passi biex il-kotba jingħataw lill-istudenti mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #19809 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Primarja ta' Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-iskola primarja "A" ta' Bormla hemm l-ewwel klassi fejn it-tfal diġa' kellhom żewġ għalliema u minħabba raġunijiet differenti mhux jattendu? Se jkollhom għalliema regolari magħhom dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt assigurat li t-tfal ta' l-ewwel klassijiet fl-iskola ta' Bormla kollha għandhom għalliem/a.
Leg 9 PQ #19742 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors tad-Dentistrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx aċċettata għall-kors tad-Dentistrija fl-Universita' meta għandha kwalifiki iżjed minn uħud minn dawk magħżula? X'sens jagħmel li l-istudenti ġew mgħarrfa li ma jistgħux jiġu kkonsidrati għad-dentistrija jekk ikunu nizzluha bħala t-tieni preferenza?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għażla ta' l-applikanti għad-dħul fil-kors għall-grad ta' Bachelor of Dental Surgery B.Ch.D. saret strettament fuq il-kriterji stabbiliti mir-regolamenti kif approvati mis-Senat, ippromulgati u ippublikati fil-gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Ġunju 1999 bħala Avviż Legali Nurmu 100 ta' l-1999. L-istess kriterji kienu ntużaw għad-dħul fil-kors li beda f'Ottubru 1999. Skond ir-regolamenti, l-applikanti li jindikaw il-kors bħala l-kors ta' l-ewwel preferenza tagħhom meta japplikaw għandhom ikunu magħżula l-ewwel. Kif jaf l-Onor. Membru in-numru ta' studenti li jistgħu jidħlu għal dan il-kors dejjem kien limitat (numerus clausus). Il-persuna indikata mill-Onor. Membru ma ġietx magħżula għax hi ndikat kors ieħor bħala l-ewwel preferenza u l-kors tad-dentistrija bħala t-tieni preferenza.
Leg 9 PQ #19743 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Pieta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jitbagħtu separatament, tibda tattendi l-iskola sekondarja peress li fl-iskola primarja kienet tkun assenti ta' spiss u fil-fatt kienet ilha sena ma tattendi fl-iskola primarja tal-Pieta'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna li d-dettalji tagħha ġew mibgħuta ma' din id-domanda, kull meta ma attendietx l-iskola dejjem bagħtet ċertifikat mediku. Din it-tifla li għandha ħdax-il sena ġiet mogħtija kull ċans mill-iskola biex tattendi u tkun tista' tibqa' miexja fil-course skolastiku: inkluż li kienet assenjata shared facilitator. L-iskola għaddiet kopji taċ-ċertifikati kollha lill-Welfare Section, fejn saru arranġamenti biex Social Worker jagħmel home visit lil din il-familja.
Leg 9 PQ #19744 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Hospitality Management

Question

Għal-liema raġunijiet l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġietx aċċettata għall-kors ta' hospitality management fl-Institute for Tourism Studies, meta għandha 107 credits u kellha biżżejjed kwalifiki biex sethħet tattendi kors fl-Universita' ta' Malta?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-persuna li qed issir riferenza għaliha ma setgħetx tiġi aċċettata għall-kors ta’ Hospitality Management minħabba li ma laħqitx il-grad mitlub f’suġġett li hu meqjus bħala rekwiżit obbligatorju għall-kors (Matematika). Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rekwiżiti tal-kors imsemmi kif ippubblikati fil-prospectus ta’ l-Istitut.