Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — Xogħol Illegali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul din is-sena - fl-ewwel disa' xhur - kemm-il persuna taħt is-sittax (16) il-sena inqabdu jaħdmu? Fl-liema xogħol? X'passi ttieħdu kontra dawk li ħaddmu lil dawn iż-żgħażagħ illegalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #19988 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel 9 xhur ta' din is-sena kemm gew irrapportati serqiet lill-pulizjia? Kemm minn dawn kienu solvuti? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Serqiet Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru Irrapurtati 763 896 759 804 907 803 1,105 1,180 906 Solvuti 39 39 32 30 50 15 20 18 9
Leg 9 PQ #19965 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studji — Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min daħal jaħdem fil-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali minn Settembru 1998 sal-lum? Xi kwalifiki għandhom f'kull każ? Xi ħlasijiet? Fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom? Kif intagħżlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1998 ġew impjegati dawn il-persuni fuq bażi permanenti u full time: Isem Bidu ta' Kwalifiki Designation Tip ta' Xogħol Salarju Impieg LM Cynthia Amato 18.10.99 Secretarial Secretary Klerikali 4262 Graziella Ellul 19.01.00 A Level Standard Clerk Klerikali 3478 Louis Grech 18.11.99 Livell Sekondarju Messenger/ Messaġġier/ 3153 Driver Xufier Andre Corrado 11.10.00 Livell Universitarju Project officer Project Officer 4528 Dawn l-impjegati ġew magħżula minn lista mibgħuta mill-ETC, wara li saru l-interviews meħtieġa.
Leg 9 PQ #19973 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċa

Question

Jista l-Ministu jgħid matul din is-sena s'issa kemm inqabdu kaċċaturi li kienu qed jikkaċċaw f'postijiet protetti mill-liġi? F'liema postijiet? Kemm-il senter ġie kkonfiskat mill-pulizija? Kemm minn dawk li nqabdu tressqu l-Qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija qabdet 66 persuna għall-kaċċa f`postijiet fejn il-kaċċa hija projbita u elevat 64 senter. Ninsab infurmat ukoll li 53 persuna diġa` dehru quddiem il-Qorti, filwaqt li t-13 l-oħra għad iridu jiġu appuntati għas-smiegħ. Il-postijiet fejn dawn il-persuni ġew maqbuda, kienu: Ċimiterju Addolorata Filfla Mtaħleb Ta` Qali Armier Għadira Pembroke Tal-Ħawli Baħar iċ-Ċagħaq Ġnejna Rabat Tas-Silġ Baħrija Ħal Far Safi Wied Incita Biżbiżija Ħal Farruġ Salini Xgħajra Buskett Ibraġġ Siġġiewi Żabbar Ċirkewwa Marsascala San Pawl il-Baħar Dingli Madliena Ta` Ċenċ

Għajnuna tal-Gvern — Osanna Pia - Sliema

Question

Jista l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qedx jgħin lid-dar tas-Salesjani Osanna Pia f'Tas-Sliema? B'liema mod? X'għajnuna ingħatat din is-sena? X'inhu n-numru ta' residenti f'din id-dar u dawn qed jingħataw xi benefiċċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali, jgħin lid-Dar Osanna Pia permezz ta' għotjiet finanzjarji mill-vot allokat għas-Sussidji lill-Istituzzjonijiet Privati. L-għotja għal din is-sena kienet ta' Lm14,500. Ninsab infurmat li fil-mument m'hemmx residenti f'din id-Dar peress li qed isir refurbishment fiha. Ninsab infurmat ukoll li reċentement inbidel id-direttur li jmexxi din id-Dar u li qed isiru preparamenti biex din id-Dar terġa' tibda tilqa' fiha r-residenti.
Leg 9 PQ #19975 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Saħħa — Duħħan Velenuż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel bħalissa id-Dipartiment tal-Ambjent biex jikkontrolla il-ħruġ ta' duħħan velenuż minn vetturi meta dan ġie iddikjarat internazzjonalment bħala ta' theddid għas-saħħa? Id-dipartiment għandu tagħmir effikaċi biex jikkontrolla u jipprova jelimina dan il-velenu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan id-Dipartiment ma għandu l-ebda tagħmir biex jikkontrolla d-dħaħen minn vetturi. Il-Kontroll fuq il-vetturi jsir mid-Dipartiment tal-Licencing & Testing. L-Onor. Interpellant għalhekk mitlub jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #19976 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Twaqqif ta' karozzi

Question

Jista l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il persuna twaqqfet mill-pulizija talli vettura privata / trakk / karozza tal-linja eċċ kellhom ħruġ qawwi ta' duħħan velenuż mill-exhaust? Kemm ittellgħu l-Qorti? Meta vettura tinstab f'dan l-istat ħażin titħalla tkompli tiġi użata jew iridu isiru testijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena, il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku ħarġet 159 ċitazzjoni lill-sewwieqa li kienu qed isuqu vettura li mill-exhaust pipe tagħha kien qed jarmi duħħan. Dawn kollha tressqu quddiem il-Qorti jew għandhom il-każ appuntat quddiem il-Qorti. Infurmat ukoll, illi barra li jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti, is-sewwieq jiġi mwissi sabiex jikkonforma mal-liġi. Ninsab infurmat ukoll li ma jsirux testijiet tal-vetturi mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #19977 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Żwieġijiet

Question

Jista' jgħid din is-sena kemm saru żweġijiet? Kemm kienu bejn Maltin? Kemm kienu bejn Malti u barranija? Kemm kienu bejn Maltija u barrani? Kemm kienu bejn tnejn barranin? Jista' jgħid kemm f'kull kaz kien hemm żweġijiet ċivili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żwiġijiet li saru matul din is-sena hu kif ġej : - Mill-1 ta` Jannar sal-15 ta` Settembru, 2000 Żwiġijiet Malta Għawdex Bejn Maltin 1,209 (42) 64 (xejn) Bejn Malti u barranija 87 (71) 19 (4) Bejn Maltija u barrani 121 (89) 21 (6) Bejn tnejn barranin 154 (140) 24 (12) TOTAL 1,571 (342) 128 (22) Il-figuri fil-parentisi juru n-numru ta` żwiġijiet ċivili, liema żwiġijiet huma inklużi fit-totali.
Leg 9 PQ #17253 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Adrian Dingli

Question

Peress li bħalissa x-xogħol fuq il-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke jinsab wieqaf, jirriżultalu l-Ministru li fuq il-lant tax-xogħol hemm perikli għat-tfal u l-istaff?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra
Leg 9 PQ #19967 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Primarja B, B'Buġia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament titpoġġa fi klassi 5C flok 5D fil-Primarja B ta' B'Buġia biex kif jirrikmandaw ir-rapporti li saru dwarha minn psikologu, tkun f'ambjent stimulanti fejn titgħallem biex ma titħalliex taqa' lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Membru, il-politika ta' streaming li għadha qed issegwi id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni toħloq sitwazzjonijiet bħal dawk li qed isemmi fil-mistoqsija. Meta tlabt biex ix-xewqa ta' dina l-istudenta tiġi sodisfatta, l-awtoritajiet edukattivi sabu diffikulta. Jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu dan il-każ ikun jista' jerġa' jiġi kunsidrat.
Leg 9 PQ #19968 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Institut Tekniku

Question

Jista l-Ministru jgħid liema huma dawk il-korsijiet ta' filgħaxija li kienu jsiru sas-sena li għaddiet f'xi qasam tekniku f'xi institut tekniku lokali u għal xi raġuni jew oħra din is-sena mhux se jitkomplew? Kemm kienu jattendu f'kull kors? X'inhuma r-raġunijiet li l-korsijiet mhux se jitkomplew? Xi sforzi qed isiru biex il-problemi jiġu megħluba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsijiet ta' filgħaxija fil qasam tekniku li kienu jsiru s-sena l-oħra f'xi istitut tekniku lokali kienu dawn : 1) Electronic Servicing Part II - 20 student 2) Electronic Servicing Part III - 17 il-student 3) Telecommunications & Electronics Engineering Advanced - 4 studenti Dawn il-korsijiet kienu ppubblikati bħala korsijiet proviżorji fuq il-prospett tal-korsijiet ta' filgħaxija peress li l-għalliema ma xtaqux ikomplu jagħmlu dawn il-korsijiet. Minn dak iż-żmien 'l hawn instabu għalliema għall-kors tat-Telecommunications and Electronics Engineering li se jibda fit-23 t' Ottubru. Qed isiru sforzi sabiex jinstabu għalliema għall-korsijiet l-oħra.
Leg 9 PQ #19969 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu għalliema mill-iskejjel ta' l-istat biex jimlew postijiet battala fil-Junior College? Mill-liema skejjel? F'liema suġġetti? Kif imtlew il-postijiet li tbattlu fl-iskejjel sekondarji / Junior Lyceums ta' l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ttieħdu 8 għalliema sabiex jimtlew postijiet battala fil-Junior College, 4 mis-settur sekondarju u 4 mis-settur post-sekondarju. L-iskejjel konċernati huma: 1) B'Bajda Girls Junior Lyceum : 3 għalliema ( 2 ta' l-Ingliż u 1 tal-Business Studies) 2) School of Agriculture, Qormi : għalliem ta' l-Ingliż. 3) Pawlino Vassallo Upper Lyceum : 2 għalliema ( 1 tal-computer u 1 ta' l-Economics) 4) Giovanni Curmi Higher Secondary : għalliema ta' l-Ingliż 5) Mother Theresa College : għalliem tal-Chemistry. Informat ukoll li: 1) żewġ vakanzi fil-Junior Lyceum ġew mimlija diġa`, 2) il-vakanza f' Giovanni Curmi mtliet ukoll, 3) il-vakanza ta' għalliem ta' l-Economics f' Pawlino Vassallo mtliet bejn għalliema ġdida u l-għalliema l-oħra, 4) il-lezzjonijiet tal-computer f' Pawlino Vassallo tqassmu bejn l-għalliema l-oħra, 5) qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex it-tliet vakanzi l-oħra jimtlew fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #19970 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Għalliema tal-P.E.

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema barranin tal-P.E. li għandhom warrant (a) permanenti u (b) temporanju biex jgħallmu fl-iskejjel f'Malta? Fl-liema skejjel jgħallmu? Fuq liema bażi ħareġ warrant temporanju u meta ħareġ? Ta' liema nazzjonalita' huma dawn l-għalliema? Peress li hawn gradwati Maltin tal-P.E. li m'għandhomx xogħol jew li qed jgħallmu suġġett ieħor u mhux il-P.E. li huwa s-suġġett li iggradwaw fih, l-għoti ta' warrant temporanju mhux qed itellef lil dawn il-gradwati Maltin mix-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19970 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Għalliema tal-P.E.

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema barranin tal-P.E. li għandhom warrant (a) permanenti u (b) temporanju biex jgħallmu fl-iskejjel f'Malta? Fl-liema skejjel jgħallmu? Fuq liema bażi ħareġ warrant temporanju u meta ħareġ? Ta' liema nazzjonalita' huma dawn l-għalliema? Peress li hawn gradwati Maltin tal-P.E. li m'għandhomx xogħol jew li qed jgħallmu suġġett ieħor u mhux il-P.E. li huwa s-suġġett li iggradwaw fih, l-għoti ta' warrant temporanju mhux qed itellef lil dawn il-gradwati Maltin mix-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel ta' l-istat m'hemm ebda għalliem barrani tal-P.E. Hemm tlett għalliema barranin tal-P.E. li jgħallmu fi skejjel indipendenti kif se nsemmi: Skola Nazzjonalita` Warrant Meta nħareġ Verdala Ingliża Temporanju 15.11.88 International Awstraljana (xogħol (applikat għaċ- volontarju) ċittadinanza Maltija) St Edwards Bulgara Temporanju 23.10.98(work permit jispiċċa f' Novembru 2000) Għalliem irid japplika għall-warrant biex jeżerċita l-professjoni tiegħu. Meta dawn l-għalliema ġew offruti dan l-impieg, saret ukoll l-applikazzjoni għall-warrant.
Leg 9 PQ #19971 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rank ta' Surgent Maġġur

Question

Issa li gew appuntati s-supritendenti fil-Korp tal-Pulizjia, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rank ta' surgent maġġur huwiex se jibqa'? Jekk iva, meta se jinħatru? Jekk le, x'inhi ir-raġuni?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9597.
Leg 9 PQ #19972 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tgħabbija ta' studenti/ħaddiema fuq mini-buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli qed isiru mill-pulizija biex jiġi żgurat li mhux qed jitgħabbew studenti / ħaddiema aktar milli suppost fuq mini buses?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku qed jagħmlu spezzjonijiet fit-toroq fir-rigward tal-mezzi tat-trasport li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #19881 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Business plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5965?

Response (GALEA, LOUIS)

Ghalkemm il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ressaq abbozz tal-Business Plan tiegħu għas-snin 2000/2001/2002 - inkluża d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - quddiem il-Ministeru tal-Finanzi, għadhom għaddejin diskussjonijiet u stħarriġ interni biex jitfassal id-dokument finali. Għaldaqstant mhuwiex opportun li f'dan l-istadju noħorġu listi ta' inizjattivi u prioritajiet.
Leg 9 PQ #19882 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Servizz awdjoloġiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5825?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma jinżammux records dettaljati ta' kemm persuni jingħataw servizz awdjoloġiku, iżda l-etajiet ivarjaw minn trabi ta' ftit xhur sa anzjani. Is-servizz jinkludi eżamijiet kliniċi u testijiet biex tiġi stabbilita r-raġuni ta' nuqqas ta' smiegħ għal kulħadd. Il-fornitura ta' hearing aids u ear moulds hija b'xejn għal min jikkwalifika għal dan is-servizz (i.e. (i) tfal kollha taħt is-sittax-il sena, u (ii) persuni adulti bil-karta roża). Dwar ear moulds u fornitura ta' hearing aids niddependu fuq servizzi ta' kumpaniji barra mill-pajjiż. L-istennija għal ear moulds hija ta' madwar sitt ġimgħat. Għandna stokk adegwat u varjat biżżejjed biex naqdu pazjenti li jinħtieġu hearing aid b'mod immedjat ħlief f'każijiet eċċezzjonali li jkunu jinħtieġu xi għamla partikolari speċjali. F'dawn il-każijiet jingħata hearing aid temporanju sakemm jasal dak indikat li normalment jieħu sitt ġimgħat biex jiġi minn barra minn Malta. Id-Dipartiment jagħmel minn kollox biex jiżgura li l-kwalita' tal-prodott/servizz tkun waħda ta' livell għoli.
Leg 9 PQ #19884 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Professur

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4919?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li din il-persuna msemmija irċeviet ittra ta' ħatra fil-kariga ta' għalliem b'seħħ mill-25 ta' April 2000 u qed tgħallem il-'Mechanical Engineering' fl-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano. Għaldaqstant is-servizz tagħha huwa indispensabbli għad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #19886 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Fgura - Żiemel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4752?

Response (GALEA, LOUIS)

Nista' nassigura lill-Onor. Membru li sew id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll jien personalment qed nagħmlu l-għalmu kollu tagħna biex il-każ jiġi deċiż, iżda sfortunatament il-Qorti s'issa għadha ma kkondludietx il-proċeduri.