Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20070 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Maria Regina - Blata l-Bajda

Question

X'passi qed jittieħdu biex l-istudenti tal-Form 1 fil-Junior Lyceum Marina Regina tal-Bjata l-Bajda jkollhom għalliema tal-matematika li ilu nieqes minn ġimgħa wara li tilfu l-għalliema li kellhom għax ittieħdu għall-Junior College?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-lezzjonijiet qed jingħataw b'mod regolari b'effett mill-bieraħ 16 ta' Ottubru 2000.
Leg 9 PQ #20071 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel — Junior Lyceum Aguis de Soldanis

Question

Tista' l-Ministru tieħu passi biex jintbagħat għalliem tal-Malti fil-Junior Lyceum Aguis de Soldanis ta' Victoria għax hemm studenti bla għalliema tal-Malti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat­tweġiba mogħtija għall­mistoqsija numru 20068 fuq l­istess suġġett.
Leg 9 PQ #16851 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jispiċċaw tfal mill-iskola fi ftit għimgħat oħra għaliex ikunu laħqu l-eta' ta' sittax-il sena? Jista' jagħti dettalji dwar kemm se jispiċċaw mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal li se jagħlqu, jew għalqu s-sittax-il sena matul is-sena skolstika li spiċċat din is-sena huwa ta': 1) 2006 fl-iskejjel sekondarji ta' l-Istat 2) 419 fl-iskejjel tas-snajja' 3) 1326 fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja 4) 292 fl-iskejjel sekondarji Indipendenti. Informat ukoll li ma' dawn hemm 62 oħra li għalqu s-sittax-il sena iżda li ma kienux fil-final year tas-Sekondarja. Ta' min isemmi wkoll li kien hemm numru żgħir ieħor ta' studenti li għalqu s-sittax-il sena matul is-sena skolastika u ħarġu mill-iskola qabel Ġunju li għadda. Fl-aħħarnett informat li minn dan in-numru ta' tfal ikun hemm min ikompli l-istudji tiegħu f'korsijiet post-sekondarji u għalhekk m'hinix f'pożizzjoni li ngħid kemm minn dawn it-tfal se jispiċċaw mill-iskola.
Leg 9 PQ #17253 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Adrian Dingli

Question

Peress li bħalissa x-xogħol fuq il-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke jinsab wieqaf, jirriżultalu l-Ministru li fuq il-lant tax-xogħol hemm perikli għat-tfal u l-istaff?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li jiġi assigurat li l-ambjenti użati mit-tfal u għalliema jkunu għal kollox 'safe u secure'. Ninsab assigurat li m'hemmx periklu fis-sens li tkellem l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #19365 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Hairdressing and Beauty Therapy

Question

X'inhu l-massimu ta' studenti ġodda li tista' tilqa' fiha l-iskola tal-Hairdressing u Beauty Therapy f'Tas-Sliema? Kif inhu stabbilit dan il-massimu? Kemm applikaw din is-sena biex jidħlu f'din l-iskola u kienu eliġibbli u kwalifikati iżda tħallew barra għax ma kienx hemm biżżejjed spazju fl-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-massimu ta' studenti ġodda li tista' tilqa' fiha l-iskola tal-Hairdressing u Beauty Therapy f'kull kors hu ta: 24 għall-kors tal-Hairdressing 24 għall-kors tal-Hairdressing taħt l-iskema ta' Taħriġ Estiż 14 għall-kors ta' Beauty Therapy full-time Din is-sena applikaw 181 student li kellhom il-kwalifiki meħtieġa u ser jidħlu 66. Il-104 l-oħra qegħdin fuq il-waiting list. Il-massimu ta' studenti f'kell klassi huwa regolat mill-ftehim mal-Unions u mir-regolamenti ta' l-ILO fejn jidħlu l-workshops. Naturalment huwa wkoll kostrett minn numru u d-daqs ta' l-iskola.

Qrati — Ġurijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ċerti ġurijiet idumu biex jitressqu quddiem il-Qorti Kriminali għal ġuri bħal dak li għaddej issa fejn il-każ hu allegat li sar kważi għaxar snin ilu? Teżisti xi ordni speċifika ta' kif jinstemgħu il-ġurijiet

Response (GATT, AUSTIN)

Jezistu diversi fatturi li jtawwlu l-proceduri fil-Qorti Kriminali sabiex jigu appuntati gurijiet. Normalment il-Qorti Kriminali zzomm is-sekwenza ta' l-appuntamenti hekk kif jigu pprezentati l-Atti ta' l-Akkuza mill-Avukat Generali tar-Repubblika fir-Registru ta' dik il-Qorti. Wahda mir-ragunijiet principali tista' tkun il-fatt li jigi prezentat appell mill-eccezzjonijiet preliminari. F'dan il-kaz il-Qorti Kriminali ma tkunx tista' tappunta l-guri sakemm jigi deciz l-appell. Fattur iehor ghal tali dewmien jista' jkun ghar-raguni li d-difensuri u/jew il-Prosekutur jkunu okkupati f'gurijiet ohrajn u ghalhekk il-Qorti tkun kostretta li tappunta l-gurijiet ghal dati miftehma ghal dan il-ghan. Ta' min ighid ukoll illi l-gurijiet fejn l-akkuzati ma jkollhomx il-beneficcju tal-liberta' provizorja jinghataw precedenza fl-appuntament fuq dawk li jkunu barra bil-liberta'.

ETC — Sponsorship

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'għajnuna konkreta ngħata ż-żagħżugħ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament biex il-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ issib sponsor ħalli jissapportjah fl-iskema ta' apprendistat fil-qasam ta' l-Applied Information Technology? Għaliex illum żewġ uffiċjali tal-Korporazzjoni li d-dettalji taghħom qegħdin jintbagħtu separatament ħadu bil-herra lil dan iż-żagħżugħ u beżżgħuh li jitkeċċa jekk fi żmien xahrejn jibqa' bla sponsor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Filwaqt li r-responsabbilita' li jinstabu ażjendi li joffru sponsorship lill-apprendisti hi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, jekk l-apprendist jintgħażilx jew le mill-ażjenda jiddependi mill-kapaċita' u mir-riżultati ta' l-iskola tal-apprendist. Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kien ġie minn ta' l-aħħar kemm fl-eżamijiet ta' nofs is-sena kif ukoll dawk annwali. Minkejja li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bagħtet lil din il-persuna għal tmien intervisti, ma' ditti privati kif ukoll ma' korpi parastatali, din il-persuna baqgħet ma ntgħażlitx. Ġranet ilu l-Korporazzjoni għamlet arranġamenti biex din il-persuna terġa' tattendi għal intervista oħra bil-ħsieb li tiġi aċċettata għal sponsorship, iżda din ma żammetx l-appuntament mingħajr ma tat raġuni valida. Kien għalhekk li uffiċċjal tal-Korporazzjoni bagħat għal din il-persuna biex tagħti spjegazzjoni dwar dan in-nuqqas. Ninsab infurmat ukoll li f'ebda ħin waqt din il-laqgħa ma din il-persuna ttieħdet bl-herra.
Leg 9 PQ #20056 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Cleaners/Handymen

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 7079?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tqassim tal-cleaners sar sabiex kull skola jkollha numru ta' cleaneres skond kwota stabbilita fir-rapport imsemmi. Dan l-aġġustament sar, iżda hemm xi nuqqas f'xi skejjel u qed jittieħdu passi biex ikun hemm il-kompliment meħtieġ. Fil-Human Resources Branch, tpoġġa uffiċjal ġdid li hu nkarigat li jattwa (flimkien mal-unit tiegħu) il-proċeduri ta' dixxiplina kif huma stabbiliti fil-Public Service Commission Disciplinary Procedure Regulations, 1997. Minn meta ħa l-ħatra dan l-uffiċjal il-proċess ta' dixxiplina tħaffef.
Leg 9 PQ #20057 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Inkjesti fuq Każi ta' Mwiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 10738?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qegħda tiġi aġġornata u għalhekk risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20059 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet tal-Matsec

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 6718?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6718 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19989 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizjia — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm gew irrapportati serqiet minn: (a) djar; (b) vetturi; u (ċ) postijiet oħra matul din is-sena? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar serq minn djar, minn vetturi u serq ieħor matul din is-sena, xahar b`xahar, huwa kif ġej: Xahar Djar Vetturi Oħrajn Jannar 43 260 460 Frar 52 353 491 Marzu 42 288 429 April 55 309 440 Mejju 78 362 467 Ġunju 49 280 474 Lulju 73 337 695 Awissu 79 383 718 Settembru 70 331 505
Leg 9 PQ #19990 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet min vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm ġew irrapportati serqiet ta' vetturi? Mill-liema lokalitajiet? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` vetturi rrapurtati nieqsa bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, kienu kif ġej: Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru 105 90 93 99 120 91 64 96 93 Il-lokalitajiet minn fejn ġew irrapurtati nieqsa kienu: Attard Gżira Mellieħa Rabat Ta` Xbiex Balzan Ħamrun Mġarr Safi Tarxien Birgu Ħaż Żebbuġ Mosta San Ġiljan Valletta B`Kara Iklin Msida San Ġwann Xagħra B`Buġia Isla Mtarfa San Lawrenz Xgħajra Bormla Kalkara Naxxar San Pawl Żabbar Fgura Kirkop Paola Sannat Żebbuġ Floriana Lija Pembroke Santa Luċia Żejtun Għajnsielem Luqa Pieta` Santa Venera Żurrieq Għarb Marsa Qala Siġġiewi Għaxaq M`Scala Qormi Sliema Gudja M`Xlokk Qrendi Swieqi
Leg 9 PQ #19997 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skejjel tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika li qegħdin fiha, kemm se tkun il-kontribuzzjoni tal-Istat lill-iskejjel tal-knisja? Kemm hi għola minn dak li ngħata fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kontribuzzjoni ta' l-istat lill-iskejjel tal-Knisja tingħata matul sena finanzjarja u mhux matul sena skolastika. Għal din is-sena finanzjarja ġiet ivvutata s-somma ta' Lm7,680,000. Din is-somma tisboq lil dik tas-sena finanzjarja 1999 b' Lm180,000.
Leg 9 PQ #20006 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Rikonċiljazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar li saret rikonċiljazzjoni bejn il-bank account tal-Bank Ċentrali u l-kontijiet tal-gvern? Meta se terġa tibda ssir din ir-rikonċiljazzjoni li ġiet anki awspikata mill-Awditur Ġenerali fl-aħħar rapport tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18977.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslu l-passi li skond ittra tas-27 ta' Novembru 1999, il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġie nfurmat li bdew jittieħdu biex il-proprjeta' tiegħu f' 118, Triq Luqa Briffa, Gzira tiġi vakata u terġa' tmur lura fil-pusses tad-dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment ma bagħat l-ebda ittra lill-persuna indikata fis-27 ta' Novembru 1999. Dak iż-żmien l-istess persuna kien għad għandha konvenju biex tagħti b'ċens il-post li kienet taf li hu rekwiżizzjonat.

Reġistru Pubbliku — Żweġijiet

Question

Kemm tressqu każijiet ġodda għas-separazzjoni miż-żwieg matul din is-sena? Kemm minnhom huma ta' żwieġ bejn naħa Maltija u oħra barranija? Kemm ġew deċisi każijiet ta' separazzjoni mill-Qrati matul din is-sena? Kemm-il deċiżjoni kienet favorevoli li ssir is-separazzjoni? Kemm ġew irtirati każijiet matul l-istess żmien? X'inhu n-numru totali ta' każi ta' separazzjoni pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Matul din is-sena sal-lum gew ipprezentati 124 kawzi godda ta' separazzjoni miz-zwieg. Ma tinzammx statistika li tiddistingwi liema parti hija Maltija u liema hija barranija. Matul din is-sena sal-lum gew decizi 37 kawza ta' separazzjonijiet mill-Prim' Awla tal-Qorti Civili u gew decizi 11-il kawza ta' separazzjonijiet mill-Qorti ta' l-Appell. Ma tinzammx statistika dwar kif tinqata' kawza. Fl-istess zmien gew irtirati b'kollox 62 kawza u cioe' 44 kawza gew ceduti u 18 ohra gew dikjarati dezerti. Sal-lum hemm 585 kawzi ta' separazzjonijiet pendenti fil-Prim 'Awla tal-Qorti Civili u 10 pendenti fil-Qorti ta' l-Appell.
Leg 9 PQ #19979 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs — Detenuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum x'inhu n-numru totali ta' nies li qegħdin jinżammu il-ħabs: (a) għaliex diġa' ssentenzjanti? (b) għaliex qed jistennew biex jgħaddu ġuri? F'kull każ kemm huma nisa? Fuq liema akkużi prinċipali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-11 ta` Ottubru 2000, in-numru ta` persuni li kienu qed jinżammu l-ħabs kien ta` 250. Minn dawn, 167 (160 raġel, 7 nisa) huma sentenzjati filwaqt li 83 (81 raġel, 2 nisa) qegħdin taħt arrest. L-akkużi prinċipali jinkludu serq, pussess/traffikar jew importazzjoni ta` droga u qtil jew attenat ta` qtil.
Leg 9 PQ #19982 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Toroq — Speed Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma bdewx jaħdmu l-'ispeed cameras' fit-toroq Maltin? Kemm intnefaq flus fuqhom? Meta hemm il-ħsieb li jibdew jaħdmu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-apparat li rrefera għalih l-Onor. Interpellant sewa b`kollox Lm15,897. Dan l-apparat għadu ma bediex jitħaddem effetivament mill-Pulizija, minħabba li għad irid isir il-provvediment legali, sabiex ir-riżultat tiegħu ikun jista` jinġieb bħala prova quddiem il-Qorti. Wara konsultazzjoni ma` l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku jinħareġ l-Avviż Legali mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.

Finanzi — Għaqdiet volontarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll għandu id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali u dipartimenti oħra fil-Ministeru fuq għotijiet li jingħataw lill-għaqdiet volontarji? Liema huma dawk l-għaqdiet li matul din is-sena finanzjarja talbu u ingħataw xi għotja? Kemm kienet kull għotja u f'liema data ingħatat? Liema huma dawk l-għaqdiet li talbu u ġew rifjutati? Għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali, permezz tal-liaison officer ma' l-NGOs jitlob rapport ta' evalwazzjoni kull sitt xhur dwar il-proġett li għalih kull għaqda volontarja tkun irċeviet fondi. F'dan ir-rapport l-għaqda trid tindika kif ikunu qiegħdin jintefqu l-flus mogħtija u x'attivitajiet ikunu qed jitwettqu fost il-klijenti tagħha. It-tqassim tal-fondi lill-NGOs isir fuq il-parir ta' kumitat maħtur għal dan il-għan, wara li jiġu evalwati s-sottomissjonijiet mill-NGOs u skond il-fondi disponibbli. Ninsab infurmat li l-għaqdiet li talbu u ma ngħatawx fondi għal din is-sena kienu: Special Olympics Fondazzjoni Suret il-Bniedem (Crisis Centre) Salesian Pastoral Youth Service AIESEC Kummissjoni Emigranti Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba fit-tieni u tielet parti tal-Mistoqsija.