Jista' l-Ministru jgħid kif se tissolva l-problema serja ta' nuqqas ta' spazju fil-klassi 5A fl-iskola primarja tar-Rabat (Malta) biex jidħlu l-computers u l-għamara?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għamara li saret għall-klassijiet kollha tal-ħames sena saret bil-ħsieb li tieħu 'in konsiderazzjoni' il-limitazzjonijiet ta' l-ispazju ta' dawn il-klassijiet.
Il-klassi mssemmija hija ta' daqs normali u din is-sezzjoni f'ebda waqt ma ġiet infurmata b'diffikultajiet ta' din in-natura.
Issa li ilha x-xhur tistenna risposta dwar il-każ tagħha, jista' l-Institute of Health Care iwieġeb lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament dwar il-futur tagħha fil-kors li qed issegwi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li riżultat definittiv, ħlief għad-dritt ta' l-istudenta li titlob "revision of paper" skond ir-regolametni kien ippubblikat, iżda l-istudenta ma aċċettatx dak ir-riżultat. Hi talbet reviżjoni tar-riżultat ta' l-'ispecial project' fit-3 ta' Awissu u d-deċiżjoni finali ġiet mgħoddija lilha fis-17 ta' Ottubru. Informat li ż-żmien li għadda biex tingħata risposta tar-reviżjoni mhux aktar minn mistenni meta wieħed iqis li meta tintalab reviżjoni jrid ikun identifikat u appuntat eżaminatur addizzjonali, il-fatt li f'Awissu ħafna mill-akkademiċi jkunu bil-vaganzi u l-fatt li r-reviżjoni kienet tinvolvi proġett.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tintbagħat għalliema ta' l-arti għall-istudenti kollha tal-Form 3 ta' l-Iskola Ninu Cremona?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qed isiru arranġamenti interni sabiex il-ftit lezzjonijiet ta' l-Arti fl-iskola Ninu Cremona, Victoria jingħataw minn għalliema oħra ta' l-istess skola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fil-Kulleġġ Agrikolu Ġuże Micallef din is-sena skolastika?
Kemm ġew aċċettati fl-ewwel sena ta' kull kors offrut?
F'kull kors kemm applikaw u ġew rifjutati? Għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura Ġuże` Micallef ġew aċċettati 21 student, li minnhom:
Kors Irġiel Nisa Total
Assistent Veterinarju 6 8 14
Ortikultura Kummerċjali 1 6 7
Ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata. Ma applika ħadd għall-kors "Animal Husbandry".
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fil-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo din is-sena skolastika?
Kemm ġew aċċettati fl-ewwel sena ta' kull kors offrut?
F'kull kors kemm applikaw u ġew rifjutati? Għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Paolino Vassallo Upper Lyceum ġew aċċettati 391 student li minnhom:
Kors Irġiel Nisa Total
Matriculation Certificate 86 112 198
Certificate in Banking 11 14 25
Accounting Technicians 12 13 25
BTEC National Certificate in Business 14 29 43
Secretarial Course 3 72 75
Insurance & Commercial Studies 9 16 25
TOTAL 135 256 391
Ebda student ma ġie rrifjutat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fl-iskola sekondarja ogħla Giovanni Curmi tan-Naxxar din is-sena skolastika? Kemm hemm fl-ewwel sena ta' l-O level revision course? Kemm hemm fl-Advanced/Ordinary level course? Kemm hemm għall-kors tal-matrikola? F'kull każ kemm applikaw u ġew rifjutati? Għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Giovanni Curmi Higher Secondary School Naxxar, ġew aċċettati 1305 studenti li minnhom:
Kors Irġiel Nisa Total
Ordinary Level Revision Course 162 157 319
Advanced/Ordinary Level 243 339 582
Matrikola 181 223 404
Ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti bniet tal-iskola Fra Diego Bonanno tal-Marsa ma jitħallewx imorru bit-track suit dakinhar li jkollhom l-edukazzjoni fiżika peress li m'għandhomx post adegwat fejn ibiddlu fil-privatezza?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Awtorita` ta' l-iskola Fra Diego Bonanno iddeċidew li l-istudenti ma jitħallewx jilbsu t-tracksuit fil-ġurnata li jkollhom P.E. għal dawn ir-raġunijiet:-
* It-temp għadu sħun u ma jixtiequx li l-istudenti jqattgħu jum
sħiħ iħossu s-sħana
* Mhux tajjeb għal saħħithom u lanqas hu iġeniku li l-istudenti jibqgħu
jum sħiħ b'ilbies li jkunu għamlu l-isports bih.
Informat ukoll li l-istudenti jbiddlu fit-toilets u fil-klassijiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkollhom għalliema regolari l-istudenti tal-5D tal-Primarja tal-Mosta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema regolari tal-5D ta' l-iskola Primarja E.B. Vella Mosta kienet ma tiflaħx u ma tat ebda indikazzjoni li ser tibqa' nieqsa għal żmien indefinit. Infatti daħlet għax-xogħol il-bieraħ 23 ta' Ottubru, 2000.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi eżaminat il-każ tat-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament quddiem l-Istatementing Board biex jingħata l-għajnuna meħtieġa biex ikun jista' jattendi kindergarten din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifel indikat diġa' qiegħed jattendi l-klassi tal-kindergarten fl-iskola tal-lokalita` tiegħu. L-applikazzjoni tiegħu lill-Istatementing Board qed ukoll tiġi pproċessata kif isir normalment f'każijiet simili. Fil-fatt din il-ġimgħa stess sar 'assessment' minn uffiċjal tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jiġi eżaminat il-każ tat-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament quddiem l-Istatementing Board biex jingħata l-għajnuna meħtieġa biex ikun jista' jattendi kindergarten din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lillOnor. Interpellant jirreferi gharrisposta mogħtija għalmistoqsija parlamentari numru 20365.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma tħalliex ikompli jistudja fl-Iskola ta' Tarġa Gap ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Awtorita` ta' l-iskola ma ħallewx li l-persuna, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament ikompli jistudja fl-iskola Tarġa Gap b'riżultat ta' proċeduri addottati mill-ETC fejn apprendisti li jitilfu l-post tax-xogħol tagħhom għat-tieni darba matul l-apprendistat (hi x'inhi r-raġuni) ma jkunux jistgħu jkomplu l-kors tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li isiru aktar sforzi ma' l-istudenti tal-Year 6C ta' l-iskola Primarja tal-Mellieħa, ma' dawk l-istudenti li jifilħu iżjed, flok jagħtuhom xogħol infantili biss?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Year 6C tal-Mellieħa hija klassi żgħira bi tfal li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim. Bi ftehim ma' l-Education Officer (complementary Education) qed jitħejja programm ta' Studju biex b'hekk jiġu indirizzati aħjar il-bżonnijiet ta' dawn l-istudenti.
Fil-laqgħa li ssir għall-ġenituri tal-klassi fil-bidu tas-sena dan kollu ġie spjegat u l-ġenituri urew li jaqblu ma' dak li l-għalliem qed jippjana fl-aħjar interess tat-tfal.
Nirreferi l-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija tiegħi numru 19545.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-pjan strateġiku tal-kumitat tat-tmexxija għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Steering Committee għall-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu ser jgħaddili l-ewwel abbozz finali tal-pjan imsemmi fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isports irċeviex xi talba mill-Mellieħa Sports Club biex art ħdejn l-iskola primarja tal-Mellieħa tiġi trasferita lilu u żviluppata għall-isports?
Kif se tiġi milqugħa din it-talba?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul Settembru l-Kunsill Malti għall-Isport irċieva talba mill-Mellieħa Sports Club biex biċċa art ħdejn il-ground tal-football tal-Mellieħa tiġi trasferita lilhom u żviluppata għall-isport. Il-Kunsill Malti għall-Isport beda l-proċess amministrattiv biex din it-talba tiġi evalwata skond il-policy stabbilita.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jibqa' jintbagħat kont ta' l-ilma u d-dawl fl-indirizz ta' din il-persuna, li d-dettalji qed jintbagħatu separatament, li ilha xhur sħaħ li mietet?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika meħtieġa u eventwalment jittieħdu l-passi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa tas-suġġett tal-Fiżika fil-Junior Lyceum Dun Ġużepp Brighella tal-Ħamrun?
Meta se jingħataw l-għalliema meħtieġa lill-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li m'hemm ebda għalliema nieqsa tas-suġġett tal-Fiżika fil-Junior Lyceum Dun Ġużepp Żammit Brighella, Ħamrun. Kien hemm għalliema li tgħallem il-fiżika li kienet indisposta għal perjodu qasir.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19746?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li r-raġuni għaliex it-toroq imsemmija kienu għal xi ġranet bla dawl kienet li kien hemm ħtieġa li ssir manutenzjoni tal-bozoz fl-istess toroq. Fil-fatt din il-manutenzjoni saret.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament milli tattendi l-iskola Fra Diegu Bonanno?
Meta se tibda tgawdi d-dritt tagħha li tattendi l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.