Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20513 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ġenituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-bidu tas-sena skolastika kien hemm każi fejn ġenituri daħlu jaħbtu għall-għalliema fl-iskola primarja tal-Belt? Kemm daħlu persuni? X'passi ttieħdu kontra tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm każ wieħed ta' inċident bejn ġenituri u għalliema fl-iskola primarja tal-Belt. Kien hemm tnejn min-nies involuti. Diġa' ittieħdu proċeduri fil-Qorti Kriminali tal-Maġistrati u ingħatat sentenza.
Leg 9 PQ #20467 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' l-AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il persuna nstabet li għandha l-AIDS? Kemm hemm barranin fosthom u ta' liema pajjiż huma? X'inhu n-numru ta' każi ta' AIDS li ġew reġistrati b'kollox f'Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi mill-1 ta` Jannar 2000 sa llum ġew rappurtati żewġ każijiet ta` AIDS. L-ebda wieħed miż-żewġ każijiet ma hu barrani. B'kollox, mill-1986 sa llum, in-numru totali ta` każijiet ta` AIDS rappurtati f'Malta huwa ta` sittin (60).
Leg 9 PQ #20470 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Testijiet għall-AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet volontarji fl-isptar għall-AIDS? Kemm saru fuq irġiel u fuq nisa? Kemm-il persuna nstabet li kienet HIV positive?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' testijiet għall-HIV antibodies li saru b'sena mis-sena 1985 jinstabu fir-risposta ta' domanda parlamentari 14575. Risposta Parlamentari Nru. 14575: Sena Total request No. of Reactive Samples Ġunju - Diċembru 1985 408 10 1986 930 13 1987 2292 5 1988 3750 13 1989 2495 16 1990 2118 9 1991 2461 18 1992 3131 8 1993 2369 13 1994 3935 10 1995 3963 17 1996 3912 7 1997 3809 8 1998 4249 10 1999 4264 6 Matul is-sena 2000 s'issa saru 1137 test għall-HIV antibodies. Minħabba li ħafna mit-testijiet huma anonimi, l-informazzjoni dwar taqsim bejn irġiel u nisa mhuwiex komplut.

Impjiegi

Question

Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħati informazzjoni dwar l-impjieg li kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mal-Bord tal-Koperattivi mill-1996 u snin ta' qabel? (a) X'kienet il-kariga tiegħu? (b) Meta kien ġie appuntat u f'liema data l-impjieg tiegħu ġie terminat? (ċ) Il-kariga tiegħu kienet fuq bażi ta' full jew part-time? (d) X'kien is-salarju tiegħu nkluż xi allowances li kellu? (e) X'kundizzjonijiet oħra kienu stipulati ma' l-impjieg tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kellha l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Co-operative Support Unit, fuq bażi part-time, bejn Diċembru 1994 u Settembru 1996. Għal din il-ħatra kienet tirċievi Lm1,061 fis-sena u car allowance ta' Lm50 fix-xahar. Ma kienx hemm kundizzjonijiet oħra stipulati ma' l-impjieg ta' din il-persuna ħlief dawk li bihom kienu marbuta l-impjegati l-oħra ta' l-imsemmi Unit.
Leg 9 PQ #20505 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fakulta' tal-Mediċina u Kirurġija — Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji dwar persuni li jokkupaw pożizzjonijiet akkademiċi fil-Fakulta' tal-Mediċina u Kirurġija biex dawn jibqgħu jżommu din il-kariga wara l-eta' ta' 61 sena, meta normalment jirtiraw bil-pensjoni mill-karigi tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm hemm minn dawn il-persuni li fil-preżent qed jibbenifikaw minn dan il-privileġġ u x'inhu l-grad li kull wieħed jokkupa?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitluba għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20506 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Stabbilimenti ta' l-Ikel — Iġjeni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kontroll li għandu x'jaqsam mal-iġjeni ta' stabbilimenti u preparazzjoni ta' l-ikel, partikolarment f'hotels u ristoranti, hux se jibqa' taħt ir-responsabbilita' ta' l-ispetturi tas-saħħa fid-dipartiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iva, nikkonferma.
Leg 9 PQ #20507 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' l-Universita ta' Malta? Meta kien ingaġġat u f'liema pożizzjoni, dipartiment u fakulta'? L-impjieg tiegħu kien fuq bażi ta' full jew part-time? X'kien is-salarju tiegħu fil-pożizzjonijiet li kien jokkupa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Impjieg li kellha l-persuna msemmija ma' l-Universita` ta' Malta kien ta' "Precincts Officer" fid-dipartiment ta' l-Estates & Works. Kien ingaġġat fis-16 ta' Settembru 1991 fuq bażi full-time. L-aħħar salarju kien ta' Lm6089.
Leg 9 PQ #20450 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa tal-Ħamrun

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa hemm spettur wieħed stazzjonat fl-għassa tal-Ħamrun u li dan mhux biżżejjed għal kobor tal-post meta f'postijiet bħal Tas-Sliema u l-Belt Valletta hemm tliet (3) spetturi? Għaliex ma jiġix assenjat spettur ieħor il-Ħamrun?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Ħamrun fil-preżent hemm Spettur wieħed, pero` qiegħed isir eżerċizzju sabiex il-fizzjali fid-Distretti jiġu re-assenjati.
Leg 9 PQ #20458 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Mikelang Sapiano

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Iskola Mikelang Sapiano m'hemmx għalliem tal-Matematika fil-kors tal-Computer Aided Engineering? Meta hemm il-ħsieb li dan l-għalliem jinstab għal dan il-kors? Minbarra il-kors imsemmi, fl-liema kors ieħor hemm nuqqas ta' għalliema f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano m'hemm ebda għalliem tal-Matematika nieqes fil-kors tal-Computer Aided Engineering. Madanakollu għad hemm xi nuqqasijiet ta' xi għalliema fi ħdan dan l-Istitut, kif se nsemmi: Suġġett Numru ta' Lezzjonijiet Pneumatics & Hydrolics 6 Microelectronics 4 Implimenting Engineering Design 2 Safety 5
Leg 9 PQ #20459 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Lezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'policy teżisti dwar teaching loads ta' l-għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat? Hemm xi numru ta' lezzjonijiet massimi għall-suġġetti differenti fil-ġimgħa fl-iskejjel sekondarji? Kemm huwa t-teaching load fil-ġimgħa għall-għalliema tal-lingwi u dawk tax-xjenzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Is-suġġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru hu regolat bil-Ftehim Kollettiv relattiv.
Leg 9 PQ #20460 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Kumpless sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jitmexxa l-kumpless sportiv tal-Marsa? X'sistema tintuża għall-użu tal-faċilitajiet tal-football, rugby, volleyball, etc.?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li teżisti sistema ta' 'booking' bi ħlas għal faċilitajiet tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa. Dawn il-bookings isiru għand l-uffiċjali tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport li jinsabu fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa.
Leg 9 PQ #20462 Sitting 408 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Kumpless sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sistema teżisti biex it-track ta' l-atletika fil-Marsa tintuża kemm minn għaqdiet u kemm minn individwi? Hemm xi sistema ta' booking? Jaf il-Ministru li kemm-il darba jkun hemm konfużjoni sħiħa għaliex jidher li m'hemm l-ebda organizzazzjoni dwar kif jintuża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm sistema ta' 'booking' għall-użu ta' l-'athletics track' tal-Marsa, partikolarment għal skejjel li jużaw it-track filgħodu. Dawn il-bookings isiru għand l-uffiċjali tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport li jinsabu fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa. Meta ma jkunx hemm 'bookings' għal attivitajiet partikolari, it-track tkun miftuħa għall-użu tal-pubbliku.

Ċentru Detox

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul din is-sena s'issa kemm-il persuna wżat is-servizzi taċ-ċentru Detox? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija? Kemm-il persuna attendiet għall-ewwel darba? Liema kienet l-iżgħar u l-akbar eta' tal-persuni li attendew id-Detox din is-sena? Il-figuri totali ta' din is-sena kif jikkomparaw ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-ewwel disa' xhur tas-sena 2000 (1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru), 819-il persuna wżaw iċ-Centru tad-Detox. Minn dawn, 701 kienu rġiel, filwaqt li 118 kienu nisa. Kien hemm 717 li kienu ta' nazzjonalita' Maltija, filwaqt li 102 kienu ta' nazzjonalita' barranija. 140 persuna għamlu użu għall-ewwel darba minn dan is-servizz. L-iżgħar persuna li attendiet kellha 16-il sena, waqt li l-akbar persuna fl-eta', li għamlet użu minn dan is-servizz kellha 59 sena. Fl-istess perjodu tas-sena l-oħra, jiġifieri matul Jannar u Settembru 1999, in-numru ta' persuni li għamlu użu miċ-Ċentru tad-Detox kien ta' 741. Dan ifisser li meta mqabbel ma' l-istess perjodu ta' din is-sena, fis-sena 2000, kien hemm żieda ta' 78 persuna li għamlu użu miċ-Ċentru tad-Detox.
Leg 9 PQ #20444 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti dwar kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma li ntbagħtu lill-konsumaturi f'Settembru? Jista' jgħid għaliex, ħafna konsumaturi rċevew kontijiet li huma ferm ogħla mis-soltu? Jista' jgħid kemm-il konsumatur talab li ssir spezzjoni fid-djar tagħhom biex il-meters jiġu ċċekkjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jinħarġu fil-preżent huma ferm irħas milli kienu jkunu li kieku l-Gvern preżenti ma biddilx ir-rati li kienu ġew stabbiliti mill-Gvern Laburista. L-informazzjoni oħra mitluba dwar ilmenti mill-pubbliku u iċċekjarta' meters qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20445 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kondizzjonijiet ingħata l-ground ta' l-Universita' lit-team tas-Sliema W? Għaqdiet oħra bħal Għaqda ta' l-Industriji (ISA) li tuża l-ground tal-football kull nhar ta' Sibt wara nofs inhar se jkunu jistgħu jużawh? Dawk in-nies li jużaw it-track għal jogging jew miexi bħala bżonn biex ikunu fiżikament tajjeb, se jkunu jistgħu jużawh? Fuq kollox, x'aċċess se jkollhom studenti universitarji għal ground u t-track?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-użu tal-football pitch ta' l-Universita` li ser jintuża mis-Sliema Wanderers F.C. huwa regolat minn ftehim li sar bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet, is-Sliema Wanderers, is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministru ta' l-Edukazzjoni u l-Universita`. B'dan il-ftehim is-Sliema Wanderers ser jagħmlu użu mill-pitch tal-football ta' l-Universita` skond skeda miftehma. Għandhom jinbnew żewġ five-a-side pitches bit-turf artifiċjali għall-użu ta' l-Universita` u n-Nursery ta' l-istess Club. Saru xi xogħlijiet ta' titjib ta' l-istess football pitch partikolarment tiswijiet tal-fencing. Dan ma sarx sabiex ma jħalli l-ħadd barra l-players tas-Sliema milli juża l-pitch, imma sabiex jinqata' l-użu ħażin li nies idaħħlu klieb jew bhejjem oħra fl-istess pitch. Dawk in-nies li kienu jużaw it-track ta' mal-pitch għal jogging, sejrin jistgħu jibqgħu jagħmlu dan. Nikkwota l-aħħar klawsola ta' l-arranġament li sar sabiex inwieġeb it-tieni parti tad-domanda ta' l-Onor. Membru. "The use of the University premises shall be on a non-exclusive basis and for the whole period until such time when Sliema Wanderers F.C. can return to the new sports complex at Tigne', and during times to be agreed upon between the parties keeping in mind the concurrent needs of University students." L-iskeda miftiehma hija din: Ġranet matul il-Ġimgħa 5.30p.m. sa' 8.00p.m Sibtijiet 9.00a.m. sa' 11.30a.m. Ħdud u Festi 8.30a.m. sa' 12.00 (nofs in-nhar)
Leg 9 PQ #20446 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Nicholl Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sit alternattiv se jingħata għal użu sportiv flok in-Nicholl Ground meta jibda l-proġett hemmhekk?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-arranġamenti għal użu alternattiv (jekk meħtieġ) għar-rigward tan-Nicholl Ground jifformaw parti mil-ftehim milħuq mal-konzorzju MIDI. Nitlob għalhekk li d-domanda tiġi ndirizzata lil Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #20447 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — Għajnuniet

Question

Id-Dipartiment ta' l-Isport jagħti għajnuna lil xi għaqdiet biex dawn jkunu jistgħu jagħmlu testijiet tad-doping fuq l-atleti/players tagħhom? Jekk fl-affermattiv, x'għajnuna ngħatat din is-sena u lil liema għaqdiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena (2000) kellna żewġ talbiet, mill-Malta Football Association u l-Malta Amateur BodyBuilding Association. Dawn it-talbiet waslu tard din is-sena u qed jiġu konsidrati.
Leg 9 PQ #20448 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Supretendenti ġodda

Question

Wara l-ħatra ta' supretendenti ġodda, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spetturi fil-pulizija llum? Kemm suppost ikun hemm spetturi? X'inhu n-numru ta' spetturi li diġa' għalqu l-25 sena servizz? Kemm-il spettur se jagħlaq il-25 sena servizz fl-2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 74 Spettur fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn hemm 5 li għalqu l-25 sena servizz fil-Korp tal-Pulizija, filwaqt li 7 ser jagħlqu il-25 sena servizz fis-sena 2001. Hemm ukoll 22 Spetturi Kadetti jattendu kors ta` taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #20449 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar inxtraw żwiemel għal Kavallerija tal-Pulizija? Kemm għandu żwiemel il-korp bħalissa? X'inhi l-eta' medja tagħhom? Jikkonferma li għakemm hemm bżonn ta' żwiemel, m'hemmx il-finanzi biex jinxtraw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-aħħar li nxtraw żwiemel għall-kavallerija tal-Pulizija kien fl-1995 meta nxtraw ħamsa (5), pero` fl-1998 kienet saret donazzjoni ta` erba` (4) żwiemel mill-Gvern Taljan. Fil-preżent, il-kavallerija għandha dsatax (19)-il żiemel, li l-eta` medja tagħhom hija ta` 18-il sena. Huwa maħsub li jinġiebu aktar żwiemel għal din it-taqsima.
Leg 9 PQ #19599 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali — Żgħażagħ b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilita' fl-iskejjel speċjali li għalqu s-16-il sena? F'liema skejjel qegħdin? Kemm hemm minnhom li suppost marru diġa' fl-adult training centres? Sakemm imorru f'dawk iċ-ċentri x'se jkunu qed jagħmlu dawn iż-żgħażagħ fl-iskejjel speċjali? B'liema mod qed jitħejjew għaċ-ċaqliqa li trid issir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żgħażagħ b'diżabilita` fl-iskejjel speċjali li għalqu s-16-il sena hemm: Lokalita` Skola Subien Bniet Total Ħamrun Guardian Angel 33 26 59 Msida Mater Dei --- --- --- Msida Sta Marija 16 7 23 Qrendi Helen Keller 3 2 5 St Andrews San Miguel 16 4 20 Wardija Dun M. Attard 26 10 36 Sannat Special Unit 3 2 5 Totali 97 51 148 Minn dawn l-istudenti, 34 minnhom diġa' saritilhom l-ewwel sena tal-kors transitorju u qed isiru l-arranġamenti biex dawn jibdew jattendu l-Adult Training Centres, hekk kif id-Dipartiment tal-Politika Soċjali jibgħat għalihom. Sakemm imorru l-Adult Training Centres, dawn l-istudenti ser ikomplu jitħarrġu iktar fil-kors transitorju taħt id-direzzjoni ta' transition co-ordinator impjegata mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u li hi mħarrġa apposta għal dan ix-xogħol.