Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20610 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Umberto Colosso

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ li din is-sena applikaw biex jibdew xi kors fl-iskola Umberto Colosso? Kemm kien hemm eliġibbli? Kemm ġew aċċettati f'kull kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall-General Course in Engineering fl-Iskola tas-Snajja' Umberto Calosso hu ta' 16. Kollha ġew aċċettati.
Leg 9 PQ #20616 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Mikilanġ Sapiano Technical Institute

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex din is-sena jibdew xi wieħed mill-korsijiet ta' Mikilanġ Sapiano Technical Institute ? Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors? Kemm ġew aċċettati f'kull kors?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #20619 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Fellenberg Training Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex din is-sena jibdew il-kors tal-Fellenberg Training Centre? Kemm kien hemm eliġibbli ? Kemm ġew aċċettati ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti li applikaw għall-kors fil-Fellenberg Training Centre hu ta' 69 li minnhom 40 bdew il-kors. L-istudenti li ma ntgħażlux f'dan il-kors daħlu għall-kors tat-tieni jew it-tielet għażla tagħhom fejn dan kien possibbli.
Leg 9 PQ #20521 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sannat, Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalliem tal-flawt fl-iskola tal-mużika fis-Sannat, Għawdex mhux jagħti lezzjonijiet fis-suġġett kif kien isir fis-snin l-imgħoddija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliem tal-flawt fl-Iskola tal-Mużika fis-Sannat Għawdex irriżenja.

Liġijiet — Drittijiet tat-tfal

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitressaq fil-Parlament l-abbozz ta' liġi dwar id-drittijiet tat-tfal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm l-ewwel abbozz tal-liġi tlesta, għad fadal ħafna xogħol x'isir biex ikunu jistgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet finali. Hu maħsub li l-abbozz finali jitlesta s-sena d-dieħla.

Liġijiet — Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitressaq fil-Parlament l-abbozz ta' liġi dwar il-vjolenza domestika?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministru tal-Politika Socjali.

Toroq — Sinjali tat-Traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fit-triq ta' quddiem iċ-Centenary Stadium għaliex għad hemm sinjali tat-traffiku li ma jippermettix l-ipparkjar ta' vetturi, meta dawn mhux qed jiġu osservati? Jaf l-Ministru li fuq iż-żewġ naħat kemm linji sofor li wkoll ma jippermettux parking ? Għaliex dawn is-sinjali ma jitneħħux għal kollox jekk m'hemmx bżonnhom jew jitgħattew u jinkixfu biss meta jkun hemm użu tagħhom? Kif inhuma illum, kulħadd inkluż puliżija bil-vetturi tagħhom qed jipparkjaw illegalment.

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ta l-approvazzjoni tiegħu biex f'dik il-parti tat-triq quddiem is-Centenary Stadium jiġi projbit il-parking fuq talba tal-Malta Football Association biex jiġi evitat il-konġestjoni tat-traffiku u l-konfużjoni bejn vetturi u spettaturi li jkunu ser jidħlu jew joħorġu mis-Centenary Stadium u/jew minn North side ta' l-istadium Nazzjonali. Il-Bord huwa tal-fehma li kemm is-sinjali tan-No Parking kif ukoll il-linji sofor għandhom funzjoni mportanti ta` safety kif indikat fl-istess talba tal-MFA, u m`għandhomx jiġu mneħħija. Madankollu ser nitlob lit-T.C.B. jerġa` jara jistgħux jinbidlu wħud mis-sinjali ndikati.
Leg 9 PQ #20559 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Statali — Kotba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20179 dwar kotba li twarrbu mill-iskejjel tal-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn Settembru 1999 u Mejju 2000 l-iskejjel talbu biex jiddisponu minn 32,043 ktieb, u ġew ordnati 105,763 ktieb biex jintużaw fis-sena skolastika 2000/2001. Dawn inxtraw hekk: Minngħand Ammont ta' kotba Fr. Prierre Grech Marguerat 160 Agius and Agius Ltd 2639 Heinemann Oxford Ltd 7000 Kummissjoni Kateketika Nazzjonali 18815 Merlin Library Ltd 61571 Publishers Enterprises Group Ltd 312 Oreste Calleja 200 Government Printing Press 15066 Total 105763 L-informazzjoni li tkopri minn Mejju 'l hawn u l-ammont ta' flus li ntefqu qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20560 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Bajjiet — San Ġorġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet il-kawża tat-tniġġis fil-baħar fil-bajja ta' San Ġorg f'San Ġiljan f'dawn l-aħħar jiem? Ittieħdu xi passi kontra min kien responsabbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma rċieva l-ebda rapport ta' tniġġiż fil-bajja ta' San Ġorg, f'San Ġiljan fix-xahar ta'Ottubru. Barra min hekk, il-programm ta' monitoraġġ imħaddem jointly bejn id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u l-Ministeru tas-Saħħa juri li l-kwalita ta' l-Ilma matul dan ix-xahar kienet tajba.
Leg 9 PQ #20514 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Institute of Health Care

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20061?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20061 f'Seduta 406.
Leg 9 PQ #20515 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Santu Wistin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-kunsiderazzjonijiet ta' l-Awtoritaijet Edukattivi dwar il-każ imqajjem fil-mistoqsija parlamentari nru. 19833?

Response (GALEA, LOUIS)

1. Ġejt informat li l-każ imsemmi mill-Onor. Membru ma huwiex każ ta' Special Needs. Din il-persuna li għaliha qed jirreferi ġa rrepetiet fil-Primarja fl-istess skola. Kien hemm numru ta' studenti li l- Amministrazzjoni ta' qabel tal-Kulleġġ Santu Wistin kienet se twaqqaf milli jkomplu jattendu, pero` bl-għajnuna tar-Rettur il-ġdid dawn ġew studjati każ b'każ, u min kellu ċ-ċans ikompli jattendi dan ingħatalu. 2. It-tifel ikkonċernat ma ċċaħħad mil-ebda dritt għax skond ir-Rettur ingħata l-istess drittijiet bħal oħrajn, iżda ma kkwalifikax biex ikompli jattendi fl-iskola Santu Wistin. 3. Ninsab informat ukoll li t-tifel konċernat beda jattendi regoalrment l- iskola Lorenzo Gafa' il-Birgu u li sejjer tajjeb. 4. Ser inwaqqaf Working Group biex jistħarreġ sitwazzjonijiet bħal dawn u jagħmel rakkomandazzjoni għal policy li għandha tiġi segwita f' każijiet bħal dawn.
Leg 9 PQ #20516 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja — Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet il-verifika dwar il-policy tal-iskejjel tal-Knisja msemmija fil-mistoqsija parlamentari nru 19846?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat mis-Segretarjat tal-Knisja dwar l-Edukazzjoni li jekk ikun hemm postijiet vakanti fil-klassijiet ta' tfal fl-iskejjel tal-Knisja, kemm dawk li jitilgħu bil-polza fil-klassijiet primarji, kif ukoll dawk fis-sekondarja fil-Form 2 sa Form 5, il-postijiet vojta jsitgħu jimtlew għad-diskrezzjoni ta' l-istess Kap ta' l-iskola konċernata.
Leg 9 PQ #20517 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Extra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitħallsu ta' l-extra l-pulizija? Kemm għandhom jieħdu? Meta se jitħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħlas ta` extra duty maħdum minn membri tal-Korp tal-Pulizija fuq talba ta` terzi, isir regolarment kull xahar. Fil-fatt, sa l-aħħar ta` Ottubru ta` din is-sena, dawn il-membri tal-Korp tħallsu s-somma globali ta` Lm633,510.43 filwaqt li Lm149,004.00 għad iridu jitħallsu. Dan il-ħlas jiddependi wkoll mill-ħlas li jsir mill-privat lill-Pulizija.
Leg 9 PQ #20518 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għases tal-pulizija f'Malta u f'Għawdex li huma bla karozza għall-general use peress li l-karozzi li għandhom jintużaw biss mis-supretendent jew/u spetturi? Kif jistgħu l-pulizija jaqdu d-doveri tagħhom meta jissejħu fuq xi post u ma jkollhomx karozza biex imorru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi (karozzi) assenjati fid-Distretti tal-Pulizija huma kif ġej: Distrett Nru. 1 2 Distrett Nru. 6 3 Distrett Nru. 2 3 Distrett Nru. 6A 2 Distrett Nru. 3 3 Distrett Nru. 7 3 Distrett Nru. 4 3 Distrett Nru. 8 3 Distrett Nru. 5 3 Distrett Nru. 9 4 Distrett Nru. 10 7 Ma` dawn il-vetturi jkun hemm ukoll numru ta` vetturi mill-Iskwadra tal-Mobile sabiex jassistu lill-Pulizija tad-Distrett, f`każ ta` ħtieġa. Ta` min iżid ukoll fil-Korp tal-Pulizija dejjem għaddej proċess kontinwu ta` xiri ta` karozzi sabiex kemm jista` jkun il-bżonnijiet ta` trasport fil-korp ikunu moqdija.
Leg 9 PQ #20520 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — 6th Form - Sir M.A. Refalo

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fis-6th form Sir M.A. Refalo r-Rabat Għawdex għad hemm għalliem tas-Sociology nieqes, meta persuna kwalifikata bħala għalliem biex tagħlem dan is-suġġett qiegħed misluf mad-Dipartiment tal-Kultura f'Għawdex? Jaf il-Ministru li bin-nuqqas ta' dan l-għalliem, l-istudenti qegħdin kontinwament jitilfu l-lezzjonijiet f'dan is-suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Diġa' qed nindaga s-sitwazzjoni u r-rimedji.
Leg 9 PQ #20508 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Librerija Pubblika Ċentrali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati kwalifikati fil-librarianship fil-Librerija Pubblika Ċentrali? X'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Librerija Pubblika Ċentrali hemm erba' impjegati li għandhom kwalifiki fil-librarianship (Diploma in Libraries And Information Studies). Ix-xogħol tagħhom huwa: * Joe Debattista - Senior Principal - Officer i/c Central Public Library * Michael Cachia - Asst. Librarian - Asst. Officer i/c of Area Library Support Unit * John Mary Farrugia - Library Officer - Officer i/c Rabat Regional Library * Steve Borg - Library Asst. - Cataloging Section.
Leg 9 PQ #20509 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Librerija Pubblika Ċentrali — Telephones

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 19470, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri u użu ta' telephones għas-sistema komputerizzata tal-librerija pubblika ċentrali kif ukoll branch u regional libraries għal kull sena matul is-snin 1990-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-1990 u l-1995 ma sar ebda nfieq għaliex is-sistema bdiet tinħadem fl-1996 wara li fl-1995 il-MITTS (MSU) kienet nidiet il-proġett. Informat ukoll li ċ-ċifri minfuqa fuq kiri u uża ta' telefons għas-sistema kompjuterizzata tal-librerija pubblika ċentrali kif ukoll tal-fergħat u reġjonali fis-snin ta' wara: SENA LIBRERIJA FERGĦAT U TOTAL ĊENTRALI REĠJONALI Lm Lm Lm 1996 1,112 463.00 1,575.00 1997 1,090 2,833.80 3,923.80 1998 800 3,456.58 4,256.58 1999 1,054 5,507.00 6,561.00 2000* 862 7,082.00 7,944.00 * sa nofs Ottubru 2000.
Leg 9 PQ #20510 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Librerija Nazzjonali — Biblijografija Nazzjonali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 19477, jista' l-Ministru jgħid kemm il-ktieb ġie katalogat fil-Librerija Nazzjonali kull sena matul is-snin 1990-2000? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Librerija Nazzjonali għandhiex ħsieb tibqa' tkompli toħroġ il-biblijografija nazzjonali għax l-aħħar waħda tkopri is-sena 1994? Hemm xi raġuni speċifika għaliex ix-xogħol waqa' lura daqshekk?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' kotba li ġew ikkatalogati fil-Librerija Nazzjonali fis-snin 1990-2000, sena b'sena kien:- 1990 - 422 1995 - 485 1991 - 429 1996 - 393 1992 - 405 1997 - 301 1993 - 385 1998 - 103 1994 - 386 1999/2000 - (Ix-xogħol tal-katalogar fuq dawn is-snin għadu għaddej) Il-Librerija Nazzjonali għandha l-ħsieb li tibqa' tippubblika l-Biblijografija Nazzjonali u fil-fatt bħalissa qed isir xogħol fuq il-Biblijografija li tkopri s-snin 1995-1996. Dan ix-xogħol għandu jkun lest sa tmiem Diċembru ta' din is-sena biex immedjatament wara jibda l-proċess li din tkun mitbugħa. Barra minn dan tajjeb jingħad li l-programm ta' ħidma mfassal biex tinħadem il-Biblijografija 1995-1996, ġie estiż b'mod li sa tmiem Diċembru 2001, ikun tlesta x-xogħol kollu fuq il-Biblijografiji għas-snin 1997-1998 u 1999-2000 biex dawn ukoll jiġu mbagħad mitbugħa. Ir-raġunijiet għala x-xogħol kien lura huma li ma kienx hawn impjegati li xogħolhom ikun li jikklassifikaw il-kotba u li kien hemm nuqqas ta' staff biex jikkataloga l-kotba. Dan ġie rimedjat billi d-Dipartiment kiseb is-servizzi ta' konsulent b'esperjenza fl-ikklassifikar tal-kotba li qed jagħti l-konsulenza tiegħu għal erba' siegħat fil-ġimgħa u fl-istess ħin iħarreġ u jgħallem lill-impjegati, liema konsulenza ser tibqa' għaddejja sa tmiem Diċembru 2001 u ukoll billi kien hemm żieda fl-istaff tat-taqsima tal-katalogar b'uħud mill-impjegati miżjuda jipposjedu kwalifiki fil-Librarianship.
Leg 9 PQ #20511 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Faqqiegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ngħata permess biex taħt l-iskola sekondarja ta' l-Imtarfa jitħalla jitkabbar il-faqqiegħ (mushrooms)? F'liema sena ngħata l-permess biex persuna tibda żżom żiemel fuq art tal-iskola primarja tal-Fgura? Jekk dan iż-żiemel beda jinżamm bla permess, meta beda dan l-abbuż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-liċenzja maħruġa mill-pulizija biex jibda jitkabbar il-faqqiegħ fis-sotterran ta' taħt l-iskola Sekondarja Subien, Mtarfa iġġib id-data ta' Ġunju 1994. Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qatt ma tat permess biex persuna tibda' żżomm żiemel fuq art biswit l-iskola Primarja tal-Fgura. Informat ukoll li d-Diviżjoni ħarket lil din il-persuna u permezz ta' sentenza mogħtija fil-5 ta' Ottubru 2000, il-Qorti ordnat lil din il-persuna biex toħroġ minn din l-art fi żmien xahar.
Leg 9 PQ #20512 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Saħħa ta' l-Istudenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tar-riċerka msemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 20234

Response (GALEA, LOUIS)

Ser ngħaddi kopja tar-rapport imsemmi lill-Onor Membru.