Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21551 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istrateġija għad-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' għas-snin li ġejjin? Il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija kif qed iħejji għaliha? Ma' min qed jikkonsulta? F'liema speċjalizzazzjonijiet (areas) tal-farmaċija jara li hemm bżonn jikber id-dipartiment?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istrateġija stabbilita mid-Dipartiment tal-Farmaċija ta' l-Universita` ta' Malta hija li jipprepara lill-ispiżjar għad-dinja tax-xogħol f'ambitu li jippromwovi saħħa aħjar għall-poplu fosthom fir-rwol ta' l-ispiżjar fis-saħħa primarja u klinika. Il-Kap tad-Dipartiment qed jinkoraġġixxi l-istaff tiegħu, kemm akkademiku, u non-akkademiku biex ikompli l-istudji tiegħu kemm Malta u kemm barra. Dan seta' jsir minħabba s-support u anke s-sagrifiċċju tal-Kap u l-istaff kollu tiegħu b'koperazzjoni biex waqt li wieħed qed jagħmel ir-riċerka staff l-ieħor jagħmel ix-xogħol ta' tagħlim u xogħol ieħor tad-Dipartiment. Il-Kap tad-dipartiment jikkonsulta ma' l-aqwa awtoritajiet farmaċewtiċi internazzjonali u juża l-kuntatti kollha possibli li kellu l-opportunita` jagħmel f'dawn l-aħħar 30 sena ta' ħidma fil-farmaċija. Id-Dipartiment jara li hemm bżonn jikber fil-farmaċija prattika u dik klinika. Qiegħed ukoll jistabbilixxi kuntatt ma' l-industrija farmaċewtika u ma' l-ispiżjara fil-komunita` f'Malta.
Leg 9 PQ #21552 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull meta jsiru departmental meetings fid-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita'? Min jattendi għal dawn il-meetings?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-meetings tad-Dipartiment isiru meta jkun hemm bżonn u jattendi l-istaff kollu akkademiku. Isiru ukoll meetings ma' l-istudenti kemm formali u informali.
Leg 9 PQ #21553 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' matul din is-sena? Kemm swew dawn iż-żjarat? Minn liema sorsi ġew il-flus biex tkopri din l-ispiża?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub hu kif ġej: 9-14 ta' Mejju 2000, Iceland ESCP Spring Clinical Pharmacy Conference on Clinical Pharmacy: Clinical Pharmacy Skills for the New Therapeutic Horizons Mistieden ta' European Society of Clinical Pharmacy (ESCP) biex jitkellem fil-konferenza ESCP: Lm498.80 Academic WOrk REsources Fund: Lm360 20-26 ta' Ġunju 2000, UK Viżta lil Royal Pharmaceutical Society of Great Britain, mistieden tal-President ta' din is-Soċjeta` u lil Dr Sam Salek ta' l-Universita` ta' Wales. International Office: Lm350. 26 ta' Awissu - 2 ta' Settembru 2000, Austria International Pharmaceutical Federation Pharmacy World Congress: Pharmacy in the 21st Century - the way forward Academic Work Resources Fund: Lm650 10-16 ta' Ottubru 2000, Basel ESCP Annual Conference: New Tecnologies, Pharmacists and Patients Mistieden ta' European Society of Clinical Pharmacy (ESCP) biex jitkellem fil-konferenza ESCP: Lm334.34 Academic Work Resources Fund: Lm280 9-12 ta' Novembru 2000, Brussels European Conference on Health Promotion in General Practice and Community Pharmacy: Experiences and Perspectives Mistieden bħala espert Socrates Office: Lm250 EU Project: Lm100+no registration fee mħallsa.
Leg 9 PQ #21554 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet akkademiċi fid-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' li huma vakanti u kemm inħolqu postijiet ġodda tul it-tmexxija tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm ebda post fid-Dipartiment tal-Farmaċija li huwa vakanti. Il-postijiet akkademiċi li mtlew huma 2 full-time lecturers, 3 part-time lecturers u lectuer ieħor li jagħti terz mill-ħin lid-dipartiment.
Leg 9 PQ #21589 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Arkitettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istat tal-laboratorju ta' l-inġinerija fil-Fakulta' ta' l-Arkitettura fl-Universita'? It-tagħmir li fih kemm għandu żmien? Xi pjani hemm biex il-laboratorju jiġi mgħammra kif meħtieġ fiż-żmenijiet tal-lum? Kemm huwa stmat li tilħaq in-nefqa f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-laboratorju ta' l-Inġinerija Ċivili tal-Fakulta` ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili għandu nuqqasijiet serji billi ħafna mit-tagħmir li hemm fih huwa qadim u jeħtieġ li jinbidel. Tħejja rapport mid-Dekan tal-Fakulta` fejn ġie elenkat dak it-tagħmir li hu meħtieġ għall-korsijiet undergraduate, u huwa stmat li biex jinxtara dan it-tagħmir hemm bżonn mill-inqas Lm50,000.
Leg 9 PQ #21591 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Arkitettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex il-Fakulta' ta' l-Arkitettura, l-inġinerija ċivili ta' l-Universita' jiġu mgħammra b'computer lab biex l-istudenti jitgħallmu b'teknoloġiji aġġornati? Kemm huwa stmat li jiswa laboratorju ta' dan it-tip b'tagħmir bażiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fakulta` ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili għandha computer laboratory żgħir, iżda li mhux mgħammar biżżejjed għal ħteġijiet tal-lum. Din is-sena ġie maħtur lecturer part-time fil-Fakulta` biex jgħallem Computer Applications u dan bħalissa qiegħed iħejji skema għall-ħteġijiet immedjati tal-Fakulta` biex ikollha computer laboratory mgħammar aħjar. Għadha ma nħadmitx stima dettaljata ta' kemm dan ġej jiswa, iżda x'aktarx in-nefqa tkun ta' madwar Lm30,000.
Leg 9 PQ #21519 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'relazzjoni hemm bejn il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija u l-istudenti? X'passi beħsiebu jieħu biex dik li semma l-kap tad-dipartiment li hija interpretazzjoni ħażina minn numru ta' studenti, ma terġax sseħħ? Jaħseb illi l-istudenti jistgħu jħossuhom taħt xi pressjoni minnu minħabba dak li ġara?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21523 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-kors tal-farmaċija l-prattiċi tal-laboratorji, per eżempju, fil-kimika farmeċewtika, twaqqfu kompletament?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21543 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li filwaqt li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentri nru 14827 qal li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ta' promozzjoni lill-10 Assistant Librarians u Senior Assistant Librarian fl-Estimi ta' l-2001 fl-Appendix H (li qed jintbagħtu separatament) jidher li hemm Assistant Librarian wieħed u l-post ta' Senior Assistant Librarian lanqas biss hu mniżżel? Jista' l-Ministru jgħid minn fejn huma mislufa n-nies li jidhru fl-istess Appendix? Dawn din is-sena żdiedu, għax fl-estimi tas-sena 2000 ma jidhirx li kien hemm dan in-numru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-promozzjonijiet għall-gradi ta' Assistant Librarian (10) u Senior Assistant Librarian (1) li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ta, kienu kif ġej: Isem l-Impjegat/a Grad Dipartiment/Sezzjoni fejn huma impjegati Maria Camilleri Senior Assistant Libr. Libreriji u Arkivji (B'teka) Margaret Callus Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (B'teka) Louis Cini Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (B'teka) Carmelo Farrugia Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (Arkivju) Maria Calleja Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (Arkivji) Michael Cachia Assistant Librarian Libreriji u Arkivji (C.P.L.) Priscilla Camilleri Assistant Librarian Segretarjat Privat Ministeru ta' l-Edukazzjoni Joseph Boffa Assistant Librarian Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (School Library Services) George Borġ Assistant Librarian Librerija Pubblika Għawdex George Cassar Assistant Librarian Librerija Pubblika Għawdex Rita Cassar Assistant Librarian Librerija Pubblika Għawdex Għalkemm fl-estimi tas-sena 2001 (Appendiċi H) hemm imniżżel Assistant Librarian wieħed u l-post ta' Senior Assistant Librarian mhux imniżżel, il-lista eżatta u korretta hija din kif semmejt. Informat ukoll li l-impjegati msemmija qed jitħallsu regolari skond il-grad tagħhom u dawn jidhru fil-paylist tat-Teżor. Ma jidhrux f'Appendiċi H ta' l-estimi għax ma kenux inklużi fir-return b'risposta għaċ-ċirkulari maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi. Dwar il-ħaddiema mislufa (on loan) mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji, għad illi fl-estimi tas-sena 2000 hemm imniżżel impjegat wieħed misluf minn dipartiment ieħor, fil-fatt kien hemm erbatax-il impjegat misluf. Dan jidher ċar fl-Employment Return mibgħuta f'Diċembru 1999. Fil-preżent, fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji jinsabu jaħdmu tlettax-il impjegat misluf u b'hekk in-numru naqas b'wieħed, minn erbatax għal tlettax, wara li impjegat minnhom ma baqax misluf u ingħata trasferiment. It-tlettax-il impjegat li fil-preżent huma mislufa mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji, huma:- Isem Grad Minn fejn ġejjin Maria Camilleri Assistant head Education Division Joseph Casha Teacher Education Division David Filippidis Teacher Education Division Joseph Sapiano Teacher Education Division Lilian Valletta Teacher Education Division Carmelo Micallef Messaġġier Education Division Simon Camilleri Group A-Carpenter Education Division Joe Stivala Group B- Skilled Labour Education Division Phyllis Żammit Group A Education Division Louise Abela Group A Education Division Carmelo Debattista Group A Education Division Joseph Bonniċi A.O. University of Malta Michael Angelo Mercieca E.O. Gozo Secretariat
Leg 9 PQ #21544 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-farmaċija ġie estiż għal ħames snin fl-Universita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21545 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' ressaq suġġeriment quddiem is-Senat biex it-titlu tal-kors tal-farmaċija jinbidel? Din il-bidla seħħet u għaliex? Saret konsultazzjoni mal-Kamra ta' l-Ispiżjara fuq dawn il-bidliet? X'kien il-parir li ngħata lilu mill-Kamra ta' l-Ispiżjara f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21549 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri akkademiċi full-time u part-time fid-dipartiment tal-farmaċija? X'inhuma l-kwalifiki ta' dawn il-membri? Kemm hemm staff akkademiku u mhux akkademiku illi għamel jew qed jagħmel studju post-graduate fuq farmaċija? X'inhi l-pożizzjoni tagħhom fid-dipartiment? Kemm hemm staff temporanju illi qed jagħti demonstrations u tutorials lid-dipartiment tal-farmaċija? Hemm nies oħrajn li qed jagħtu servizz akkademiku lid-dipartiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21505 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija għamel il-kumment tiegħu rrapportat fil-Ġens il-Ġimgħa, 27 ta' Ottubru, 2000 "li l-pajjiż ma jiflaħx aktar minn 25 gradwat fil-farmaċija fis-sena"?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitluba qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21506 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull sena tal-kors tal-farmaċija? X'kienu n-numru oriġinali li daħlu bih? Kemm kien hemm riparatorji (re sits) s-sena li għaddiet? F'liema suġġetti? Kemm kien hemm talbiet għar-reviżjoni ta' karti ta' l-eżami? Kemm kien hemm studenti li weħlu u tkeċċew jew irripetew is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21508 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Skond il-Ġens tas-27 ta' Ottubru, 2000 il-Kap tad-dipartiment tal-Farmċaija qal: "li d-dipartiment tiegħu għandu l-entry requirements l-aktar baxxi fl-Universita'", din l-istqarrija l-Ministru kkonfermaha? Il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jaħseb li dawn l-entry requirements iridu jinbidlu? X'passi lest li jieħu l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija? Ma' min beħsiebu jikkonsulta? Il-kap preżenti tad-dipartiment tal-farmaċija kemm ilu kap ta' l-istess dipartiment? Kemm-il darba nbidlu l-entry requirements tul it-tmexxija tiegħu? Min irrikmanda dawn il-bidliet u x'kienu r-raġunijiet mogħtija?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21510 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Peress li skond il-Ġens tas-27 ta' Ottubru, 2000 il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija stqarr li l-problema għandha s-sisien tagħha fil-Junior College, x'inizjattivi qed jieħu biex itejjeb is-sitwazzjoni? Fuq liema bażi stqarr illi "ħafna drabi l-istudenti jieħdu l-kors tal-farmaċija flok kors ieħor minkejja li jkollhom ippjanat li jsiru għalliema jew riċerkaturi fil-kimika"?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21513 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dak li qal il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija fl-artiklu tal-Ġens tas-27 ta' Ottubru, 2000, jiġifieri li m'għandux biżżejjed riżorsi għan-numru ta' l-istudenti li daħlu? Għal-liema tip ta' riżorsi kien qed jalludi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21516 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talba (budget) ressaq il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija għas-sena 2000/1? Din in-nefqa xi tkopri?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21392 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Siringi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 20802, jista' l-Ministru jgħid jekk il-figura mogħtija - jiġifieri 119,197 f'għaxar (10) xhur ta' siringi b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa hijiex ikkonsidrata bħala figura għolja ħafna? Kif dawn il-figuri jipparagunaw mal-figuri tas-sena li għaddiet? Fl-istess żmien ingħataw siringi b'xejn f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'riferenza għall-figura ta' 119,197 siringi mqassma, mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20802, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-figura għall-istess perjodu fl-1999 kienet ta' 122, 293. Dawn il-figuri jirriflettu li hemm konkorrenza min-numru konsiderevoli ta' drogati li jirrikorru għal siringi ndaf flok jaqsmu s-siringi ma' drogati oħrajn. Dan huwa l-iskop tat-tqassim ta' siringi; cioe' li jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni ta' mard infettiv. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tiġborx figuri ta' kemm jitqassmu siringi f'Għawdex u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #21394 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħlasijiet mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21089 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilek u cioe: jgħid jekk sa l-aħħar ta' Ottubru, 2000 kienx hemm xi pendenzi fil-ħlasijiet li jsiru mill-gvern lill-Knisja dwar it-tmexxija ta' l-iskejjel tagħha li jitħallsu mill-Vot tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni 16-4024? Jekk iva, kemm huma dawn il-pendenzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għas-sena finanzjarja 1999 jonqos ħlas li jammonta għall-Lm274,750 li jrid jingħata mill-Gvern lill-Knisja għat-tmexxija ta' l-iskejjel tagħha u li jitħallsu mill-vot tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni 17 - 4024. Għas-sena finanzjarja 2000, hu stmat li l-ispiża tkun tammonta għall-Lm264,091 aktar mis-somma totali ta' Lm7,680,000 approvati s'issa mill-Ministeru tal-Finanzi. Ta' minn jirrileva li pendenzi bħal dawn jirriżultaw wara verifika perjodika li ssir min-naħa tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.