Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21516?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kap tad-dipartiment ressaq talba ta' Lm576,543 għas-sena 2000/1.
Din in-nefqa tkopri s-salarji ta' l-istaff propost akkademiku u mhux akkademiku, general expenses, riċerka u equipment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun attrezzata l-Malta Standardization Authority biex tkun tista' tittestja l-laħam li jiġi mportat f'pajjiżna?
X'riżorsi se jkollha biex tkun tista' tagħmel dan l-ittestjar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittestjar tal-laħam u prodotti oħra m'hijiex fir-responsabbilta' tal-Malta Standards Authority. L-ittestjar ta' prodotti ta' l-ikel tifforma parti mir-responsabbilta' tad-Diaprtiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Veterinarji
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki lokali li jipproduċu għalf għall-baqar?
Liema huma? Hemm minnhom li jipproduċu dan l-għalf mill-cattle offal"? Liema huma?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fabbrika li tipproduċi għalf għall-baqar tal-ħalib hija dik tal-Koperattiva tal-Ħalib. F'dawn l-aħħar snin din il-fabbrika ma kienetx tuża meat jew meat and bone meal tal-mammilians.
Dipartiment ta' l-Informazzjoni — Stqarrija Nru. 1548
Question
B'riferenza għall-istqarrija Nru. 1548 tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (13.11.2000) fejn jingħad li "'l quddiem jiġi ppubblikat ktieb bi tliet lingi Ġermaniż, Malti u Awstriak", jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-lingwa Awstriaka li se tintuża?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta’ Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex jitjiebu u jiżdiedu l-faċilitajiet għall-istudenti u għalliema ta' l-iskola sekondarja ogħla Giovanni Curmi tan-Naxxar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi ingħatawlha żewġ kmamar oħra biex jintużaw bħala klassijiet. Xi wħud mit-toilets diġa` ġew refurbished. Ix-xogħol qiegħed ikompli.
Ta' min wieħed ifakkar li f'din l-iskola matul dawn l-aħħar twettqu għadd ta' proġetti li permezz tagħhom għandha wħud mill-aħjar faċilitajiet għat-tagħlim fil-livell avvanzat.
Barra minn dan, tkabbru l-grounds madwar l-iskola b'mod li llum għandha belveder mill-isbaħ.
B'danakollu, id-Dipartiment għall-Edukazzjoni Għolja tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed iħejji pjanijiet biex din l-iskola jkollha l-ispazju u l-faċilitajiet meħtieġa biex tlaħħaq mad-domanda ta' l-istudenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21505?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija jsostli li bbaża dan il-kumment fuq l-esperjenza tiegħu ta' 'l fuq aktar minn 30 sena fil-farmaċija u wkoll fuq studji li jsiru minn żmien għal żmien fuq x'jagħmlu l-gradwati tal-farmaċija wara li jiggradwaw. L-istess kap jirriserva l-pożizzjoni billi jsostnili dan jgħodd biss għal ċirkostanzi preżenti u jista' jkun li żviluppi 'l quddiem ikunu jirrikjedu numru akbar.
Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet ġew organizzati din is-sena skolastika s'issa mill-Ministeru, mid-diviżjoni ta' l-edukazjzoni jew minn xi struttura li taqa' taħthom li kellhom x'jaqsmu mal-kurrikulu nazzjonali l-ġdid? X'kienu dawn l-attivitajiet? X'temi kellhom? Meta ġew organizzati? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġew organizzati bosta attivitajiet bi tħejjija għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali. L-aktar li kellhom x’jaqsmu kienu ma' taħriġ. Dawn li ġejjin huma l-attivitajiet prinċipali:
1. Numru ta’ korsijiet ta’ taħriġ li saru bejn fil-15, 18 u 19 ta’
Settembru 2000.
2. Bejn il-25 u d-29 ta’ Settembru 2000 sar taħriġ professjonali
għall-Uffiċjali Edukattivi tad-Dipartiment tal-Kurrikulu dwar
ir-rwol tagħhom f’din il-fażi ta’ implimentazzjoni.
3. Mill-bidu ta’ Ottubru beda taħriġ kull ġimgħa tal-għalliema
tal-PSE dwar l-introduzzjoni tal-PSE fil-Primarji u dwar l-
introduzzjoni tat- ‘Thinking Skills’. Fl-20 ta’ Novembru ltaqa’
magħhom Prof. Edward Debono.
4. F’Ottubru saret l-ewwel laqgħa għall-Kapijiet ta’ tlettax il-Skola
Primarja skond l-iżvilupp maħsub tal-‘Literacy Programme’.
5. Bdiet ukoll l-ewwel fażi ta’ proġett ta’ taħriġ fil-‘Leadership Skills’
għall-Kapijiet tal-iskejjel. Dan il-proġett għandu tlett fażijiet u
huwa ‘on-going’.
6. Bejn is-16 u l-20 ta’ Ottubru sar taħriġ professjonali dwar l-
Assessjar u l-Kurrikulu Nazzjonali għall-Ufficjali Edukattivi
tad-Dipartiment tal-Kurrikulu.
7. Bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru sar taħriġ f’ metodoloġiji għall-
edukazzjoni fl-ewwel snin.
8. Bejn it-13 u l-24 ta’ Novembru sar taħriġ għall-Kapijiet fuq
“School Based Curriculum Development.”
9. Numru ta’ laqgħat fl-iskejjel statali u tal-Knisja.
10.Inizzjattivi dwar il-Proġetti tal-‘Let Me Learn’, “Profiling and
Portfolios’, ‘Technology Education’ u ‘ Co-ordinated Science’.
L-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel organizza attivitajiet li kellhom x'jaqsmu mas-sensibilizzazzjoni tal-ġenituri fosthom:
1. Korsijiet li jagħtu informazzjoni iżda wkoll ikabbru il-ħiliet ta' tmexxija, ta' komunikazzjoni u mezzi biex tirrisolvi konflitti. B'dawn qed isaħħu l-ġenituri f'sehem pro-attiv fl-edukazzjoni ta' wliedhom u fit-tmexxija ta' l-iskejjel.
2. Saru diversi laqgħat dwar is-sehem pro-attiv tal-ġenituri f'diversi skejjel u parroċċi.
Informat ukoll li ġew organizzati wkoll dawn l-attivitajiet li kienu kkoordinati mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni:
1. Programmi fuq il-mezzi tax-xandir sabiex jintlaħqu aktar nies - li jinkludu:
a) Sensiela ta' tnejn u tletin programm ta' bejn 20 u 30 minuta kull wieħed fuq il-PBS.
b) Sensiela ta' tlettax-il programm ta' 15-il minuta fuq NET.
c) Tlettax-il programm li jinvolvu skejjel sekondarji fuq l-RTK .
d) Sensiela ta' programmi dwar il-Kurrikulu fuq ir-radju Voice of the Mediterranean.
e) Qegħdin jinħadmu 13-il programm ieħor.
2. Bosta sessjonijiet ta' tħejjija ta' dokument saru min-National Steering Committee on the Implementation of the National Curriculum. Id-dokument huwa pjan strateġiku b'targets u bi gwida għall-iSkejjel u għal istituzzjonijiet oħra dwar x'inhu mistenni fit-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali. Huwa maħsub li it-target jintlaħqu fuq firxa ta' erbgħa snin sa Ottubr 2004 - kull skola tilħaqhom b'ritmu tagħha u b-emfasi relattiv għall-bżonnijiet speċjali ta' l-iskola stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li daħlu għal kors tal-liġi din is-sena? B'liema kwalifiki daħlu? Kemm hemm minnhom barrani u b'liema kwalifiki ġew aċċettati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li daħlu għal kors tal-Liġi din is-sena kien ta' 140. L-istudenti kollha ġew ammessi għax jissodisfaw ir-regolamenti tal-kors u r-regolamenti tad-dħul fl-Universita`. Dawn kienu jinkludu 5 li daħlu bħala studenti bi prova (probationary) u 30 li daħlu bħala studenti maturi. Kien hemm 4 studenti barranin li ġew aċċettati meta kien stabbilit li l-kwalifiki li għandhom jistgħu jkunu meqjusa ekwivalenti għal kwalifiki speċjalment rikjesti mir-regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw biex jimlew il-post ta' segretarju eżekuttiv ta' l-EUPU? Min kienu dawn il-persuni? Xi kwalifiki kellhom? Min intgħażel? B'liema mod? B'liema kriterji? B'liema kwalifiki?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 21387 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li ġiet riferuta lilu u cioe: Jista' jgħid kemm hemm spiżeriji veterinarji liċenzjati f'Malta u Għawdex? F'liema lokalita' huma? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' spiżeriji simili? Meta saret kull applikazzjoni? Minn min? Fejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi liċenzji għall-ftuħ ta` spiżeriji ma jinħarġux mill-Pulizija iżda mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u dana skond l-artikolu 22 tal-Kap 31 tal-Liġijiet ta` Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-reazzjoni ta' l-awtoritajiet tas-saħħa għar-rakkmandazzjonijiet fir-rapport ta' l-Ombudsman (Ottubru 2000) dwar l-Isptar Monte Carmeli? Liema minnhom se jitwettqu? Meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' s'issa l-working group li twaqqaf biex jistudja s-sitwazzjoni li nħolqot meta l-Kulleġġ Santu Wistin keċċa student għax irrepeta iżjed minn darba?
Meta huwa maħsub li jlesti x-xogħol tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-working group s'issa ma setgħax jiltaqa' għaliex għadu mhux kompost minħabba n-nuqqas ta' nomina tar-rappreżentanti ta' l-iskejjel tal-Knisja.
Jista' l-Ministru jgħid x'diffikultajiet hemm biex il-Fakulta' ta' l-Arkitettura fl-Universita' tadotta l-kors tagħha fuq linja ta' credit system? X'xogħol sar s'issa f'din id-direzzjoni u meta huwa maħsub li tiddaħħal il-credit system?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Senat ta' l-Universita` qiegħed iħejji linji ta' gwida biex il-korsijiet kollha ta' kull fakulta` jimxu fuq l-istess linji, u kull kors ikun fuq credit system, għalkemm mhux dik kif inhi fil-preżent, iżda modifikata biex tneħħi xi anomaliji li hemm f'dik preżenti. Il-Fakulta` ta' l-Arkitettura u Inġinerija Ċivili qiegħda tħejji course structure ġdid, li hu maħsub li tibda titħaddem mis-sena akkademika li jmiss. Din l-isturttura l-ġdida se titmexxa fuq il-linji ta' gwida kif stabbilit mis-Senat, u b'hekk il-kors ta' l-Arkitettura jkun konformi mal-korsijiet l-oħra ta' l-Universita`.
Jikkonferma l-Ministru li matul il-lejl - wara s-6.00 p.m. - ma jkunx hemm ħaddiema tal-maintenance għassa fuq il-post fil-power stations ta' Delimara u tal-Marsa? Huwa minnu li din is-sitwazzjoni ddum 12-il siegħa? Għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat matul it-tnax-il siegħa wara s-sitta ta' filgħaxija ma jkunx hemm ħaddiema tas-Sezzjoni tal-Manutenzjoni preżenti fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara.
Fil-fatt matul dawk is-siegħat ikun hemm "complement" sħiħ tas-Sezzjoni ta' l-Operazzjoni kif ukoll żewġ "gangs" b'ħaddiema għal ħsarat fuq id-distribuzzjoni.
Ma kien hemm ebda deċiżjoni dwar dan billi fil-passat qatt ma kien hemm ħaddiema tal-manutenzjoni matul il-lejl.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li bħalissa huma impjegati: (a) mal-gvern; (b) ma' l-iskejjel tal-Knisja; (c) ma' l-iskejjel indipendenti? Kemm minnhom huma fuq bażi part-time? Kemm minnhom huma reliġjużi - irġiel u nisa? Kemm minnhom huma nisa?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li bħalissa huma impjegati: (a) mal-gvern; (b) ma' l-iskejjel tal-Knisja; (c) ma' l-iskejjel indipendenti? Kemm minnhom huma fuq bażi part-time? Kemm minnhom huma reliġjużi - irġiel u nisa? Kemm minnhom huma nisa?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li se jitħallsu lill-għalliema tal-gvern meta jingħataw l-20% żieda fl-1 ta' Jannar, 2001? Kemm hu provdut għal dan l-iskop għall-għalliema ta' l-iskejjel tal-Knisja? F'kull każ kull għalliem se jingħata żieda ta' 20% jew se tingħata xi forma pro-rata? Iż-żieda titħallas fuq is-salarju annwali ta' kull għalliem?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li il-fondi neċessarji biex jitħallsu l-għalliema s-sena d-dieħla huma pprovduti taħt il-Vot Rikurrent Nru 18. L-ammont ġlobali bħala paġi u salarji hu ta' Lm35.4 miljuni kontra l-ammont għal din is-sena ta' Lm28.5 miljuni.
Il-fondi neċessarji għall-għalliema ta' l-iskejjel tal-Knisja huma pprovduti taħt item 5024 fil-Vot Rikurrenti Nru 17. L-ammont għas-sena d-dieħla hu ta' Lm9 miljuni kontra l-ammont rivedut għal din is-sena ta' Lm8 miljuni.
Il-paġa l-ġdida ta' l-għalliema hi kif tidher f'pagna 404 ta' l-Estimi Finanzjarji għall-2001 taħt skala 9.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkunsidrat bis-serjeta' li fit-tarznara terġa' tibda skema ta' apprendistat biex jidħol demm ġdid meħtieġ f'dan il-qasam meta tqis li l-eta' medja llum hija ta' 43 sena u hemm perikolu li l-pajjiż jitlef nies tas-snajja' meta jirtiraw mit-tarzna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qabel ma' wieħed jikkunsidra l-introduzzjoni ta' skema ta' apprentistat fit-tarznari tagħna, tajjeb li jiġi stabbilit jekk ir-riżorsi umani attwali li għandhom l-istess tarznari mhumiex qed jiġu utilizzati bl-aħjar mod. Filfatt it-Tarzna qed taħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi umani li jippossjedu t-tarznari tagħna.
Peress li fi statement E mad-diskors tal-budget 2001 jingħad li Vot 22 tal-kultura u arti l-estimi approvati ta' Lm1,232,000 kellu jitla' għal Lm1,412,000 f'estimi riveduti biex jagħmel tajjeb għal kontribuzzjoni ogħla għall-festi tal-millenju biex jinqatgħu l-kontijiet pendenti, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq dawn il-festi? Kemm kienet ogħla minn dak stimat din in-nefqa? Kemm tħallsu mill-kontijiet pendenti? Minn liema voti ġew il-flus għan-nefqa ogħla?
Response (GALEA, LOUIS)
Għall-ewwel mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 15731, 19048 u 21475.
Informat li l-flus għan-nefqa ogħla ġew parti minn flus allokati mill-Ministeru tal-Finanzi u parti minn fondi tad-Dipartiment tal-Kultura.