Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21545 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' ressaq suġġeriment quddiem is-Senat biex it-titlu tal-kors tal-farmaċija jinbidel? Din il-bidla seħħet u għaliex? Saret konsultazzjoni mal-Kamra ta' l-Ispiżjara fuq dawn il-bidliet? X'kien il-parir li ngħata lilu mill-Kamra ta' l-Ispiżjara f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-raġunijiet huma biex il-kwalifika tkun tixbaħ lil dawk mogħtija minn universitajiet ta' reputazzjoni. Il-bidla ma seħħitx għax għadhom qed isiru konsultazzjonijiet estensivi ma' min hu involut. S'issaMa sarux konsultazzjonijiet mal-Kamra ta' l-Ispiżjara għalkemm hemm il-ħsieb li l-Kamra ta' l-Ispiżjara tintalab l-opinjoni tagħha u din tiġi kkonsidrata.
Leg 9 PQ #21549 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri akkademiċi full-time u part-time fid-dipartiment tal-farmaċija? X'inhuma l-kwalifiki ta' dawn il-membri? Kemm hemm staff akkademiku u mhux akkademiku illi għamel jew qed jagħmel studju post-graduate fuq farmaċija? X'inhi l-pożizzjoni tagħhom fid-dipartiment? Kemm hemm staff temporanju illi qed jagħti demonstrations u tutorials lid-dipartiment tal-farmaċija? Hemm nies oħrajn li qed jagħtu servizz akkademiku lid-dipartiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' membri akkademiċi : full-time fid-dipartiment - 4 part-time fid-dipartiment - 3 Il-kwalifiki tal-membri huma Baċellerat, Masters u Dottorat. L-istaff kollu akkademiku għamel jew qed jagħmel studju post-graduate. L-istaff kollu mhux akkademiku fil-grad ta' Lab Officer II għamel jew qed jagħmel studju post-graduate. Il-Lab Officers I, III, il-Lab Assistant kif ukoll l-istaff klerikali m'għamlux u lanqas qed jagħmlu studju post-graduate fuq il-farmaċija. Il-pożizzjoni ta' l-istaff mhux akkademiku li għamel jew li qed jagħmel studju post-graduate fid-Dipartiment huwa ta' Lab Officer II. In-numru ta' l-istaff temporanju jinbidel skond il-bżonn u jammonta għal madwar 20. Hemm numru ta' nies oħra li jagħtu servizz akkademiku lid-Dipartiment tal-Farmaċija minn żmien għal żmien fosthom il-Lab Officers II u numru sostanzjali ta' persuni li jaħdmu fl-isptarijiet, komunita` u fl-industrija, oħrajn li jaħdmu fuq bażi volontarja, kif ukoll membri akkademiċi ta' dipartimenti oħra fosthom il-farmakoloġija, Institute of Health Care, il-patoloġija, il-kimika, l-anatomija, it-teoloġija, matematika, computers, fisjoloġija u biokimika, mediċina, u lingwistika.
Leg 9 PQ #21854 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Valletta FC — Ground

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw b'kollox s'issa l-Valletta FC biex jirribijalitaw l-ground Salinos? Kemm nefqu mis-somma li ngħataw? X'xogħol sar mill-flus li ħadu? X'verifika saret biex jiġi żgurat li dawn il-fondi tassaw intefqu fuq il-ground? Sena b'sena kemm ngħataw minn dawn il-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-issa l-Valletta FC b'kollox ingħataw Lm50,000 biex jiġi riabilitat il-Ground tas-Salinos. S'issa ntefqu madwar Lm52,000. Ix-xogħol li sar jikkonsisti fi skavar u tneħħija ta' materjal, bini madwar il-grounds żgħar u servizzi professjonali. Ix-xogħol ġie verifikat mill-Perit tad-Dipartiment. Il-fondi ġew allokati f'żewġ pagamenti ta' Lm25,000 il-wieħed fl-1997.
Leg 9 PQ #21855 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21598?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema li bħalissa huma impjegati mal-gvern fl-iskejjel sekondarji, Junior Lyceums, Primarji u tas-Snajja hu kif ġej: Skejjel Sekondarji/Junior Lyceum Amministrazzjoni Irġiel - 87 Nisa - 36 (Full time) Għalliema Irġiel - 738 Nisa - 940 (Full time) Irġiel - 11 Nisa - 16 (Part time) Minn dawn 6 irġiel u mara huma reliġjużi. Hemm ukoll numru ta' għalliema li bħalissa jinsabu fuq Leave (Maternity/Parental eċċ.) skond kif se nsemmi: Irġiel - 6 Nisa - 89 Skejjel tas-Snajja' Amministrazzjoni Irġiel - 13 (Full time) Għalliema Irġiel - 168 Nisa - 39 (Full time) Minn dawn raġel huwa reliġjuż. Hemm ukoll numru ta' għalliema li bħalissa jinsabu fuq Leave skond kif ġej: Irġeil - 2 Nisa - 2 Skejjel Primarji Amministrazzjoni Irġiel - 107 Nisa - 105 (Full time) Għalliema Irġiel - 180 Nisa - 847 (Full time) Nisa - 2 (Part time) M'hemmx għalliema reliġjużi fl-iskejjel Primarji. Hemm ukoll numru ta' għalliema li jinsabu fuq Leave kif se nsemmi: Irġiel - 7 Nisa - 72. Hemm 179 għalliema li għalih hu responsabbli d-Dipartiment tal-Kurrikulu: Dawn jipprovdu s-servizz peripatetiku fl-iskejjel, jagħtu servizz f'Units differenti tad-Dipartiment tal-kurrikulu bħal "Spld Unit" Floriana u jaħdmu fi proġetti bħal "Literacy Programme" u "Let Me Learn Project". Fost dawn l-għalliema hemm saċerdot wieħed. Skejjel Speċjali tal-Gvern Għalliema 38 Peripatetic Teachers 27 Peripatetic Instructors 1 Sezzjoni Servizz għall-Istudent Child Safety Services (Teacher) 1 Teacher in charge Art Therapy 1 Safe School Programme (Anti-Bulling Teachers) 2 Guidance Teachers 103 Għalliema fuq bażi part-time - Nil Għalliema reliġjużi - 1 Raġel Skejjel tal-Knisja Reliġjużi Lay Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total Primarja 4 58 62 15 268 283 Sekondarja 20 25 45 211 313 524 Total Full-time 24 83 107 226 581 807 Primarja 1 2 3 0 8 8 Sekondarja 5 18 23 19 17 36 Total Part-time 6 20 26 19 25 44 Skejjel Indipendenti Lay Irġiel Nisa Total Primarja 4 201 205 Sekondarja 71 124 195 Total Full-time 75 325 400 Primarja 2 11 13 Sekondarja 5 21 26 Total Part-time 7 32 39.
Leg 9 PQ #21825 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Premju Letterarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħabbar il-Premju Letterarju u jingħataw is-sussidji lil dawk l-awturi Maltin u Għawdxin li ppubblikaw il-kotba fl-1998, skond l-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-19 ta' Ottubru 1999? Jista' jgħid ukoll meta ħiereġ l-avviż Premju Letterarju u sussidju għal dawk li ppubblikaw il-kotba tagħhom fl-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Premju Letterarju 1998 tħabbar u l-awturi Maltin u Għawdxin ingħataw premjijiet, ċertifikati u sussidji f'serata kreattiva li saret fiċ-Ċentru ta' Kreattivita` nhar il-Ġimgħa 17 ta' Novembru 2000. L-avviż għandu jiġi ppublikat fil-ġejjieni qrib.
Leg 9 PQ #21826 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Qasam tar-Restawr u tal-Edukazzjoni tal-Bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex isir tal-post u jikkwalifika għall-pensjoni peress li għadu part-timer minkejja li ilu snin twal jagħti kontribut prezzjuż fil-qasam tar-restawr u tal-edukazzjoni tal-bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex niġbor l-informazzjoni meħtieġa, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21827 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

St. James Cavalier — Riabilitazzjoni

Question

Peress li fl-1999 in-nefqa fuq ir-riabilitazzjoni ta' St. James Cavalier kienet iżjed mit-tripplu ta' dik stmata, mnejn ġiet iffinanzjata d-differenza?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, meta fi proġett ikun sar xogħol aktar milli kien previst, u għalhekk ikun hemm spiża akbar, isiru trasferimenti ta' fondi minn fuq proġetti oħra li fuqhom ma jkunux se jintefqu l-flus kollha ivvutati għalihom, u dawn jiġu trasferiti fil-vot tal-proġett sabiex jitħallsu l-pagamenti li jkunu saru aktar milli kien maħsub.

Persuni B'Diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal-liema tip ta' xogħol qed jirreġistraw it-300 persuna b'diżabilita' li huma bla xogħol bħalissa? X'inhi l-eta' tagħhom? Kemm hemm nisa u kemm irġiel? Mil-liema lokalitajiet ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21829 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żamma ta' kelb "pit bull terrier"

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li jinżamm il-kelb "pit bull terrier" li jitqies ta' periklu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tip ta` kelb li saret referenza għalih fil-Mistoqsija mhux permess li jiġi impurtat f`Malta, iżda jekk l-Onor. Interpellant għandu x`informazzjoni dwar l-esiżtenza tagħhom f`Malta nitolbu jgħaddili din l-informazzjoni ħalli nara li tiġi nvestigata.
Leg 9 PQ #21831 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Institut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li bħalissa jinsabu f'xi pajjiż ieħor fuq esperjenza ta' xogħol bħala parti mil-formazzjoni tagħhom? F'liema pajjiżi jinstabu? X'esperjenza ta' xogħol qed jagħmlu? Huwa relatat mal-qasam ta' studju tagħhom? X'passi jittieħdu biex jiġi żgurat li mhux qed jiġu sfruttati bħala cheap labour f'xogħol mhux relatat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li bħalissa hemm 130 studenti mill-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi li qegħdin fuq esperjenza ta’ xogħol f’pajjiżi barranin bħala parti mill-kors tagħhom fl-ITS. Dawn jinsabu f’dawn il-pajjiżi:- Stati Uniti 9 Belġju 2 Repubblika Ċeka 2 Ingilterra 82 Ġermanja 3 Olanda 2 Irlanda 4 Il-Gżira ta’ Man 8 Skozja 14 Svizzera 2 Wales 2 Dawn l-istudenti kollha qed jagħmlu xogħol relatat mal-kors tagħhom fl-ITS hekk li studenti fil-Food Preparation and Production jagħmlu xogħol fid-diversi taqsimiet tal-kċejjen fil-postijiet fejn ikunu allokati, dawk tal-Food and Beverage Service jagħmlu xogħol fid-diversi ristoranti, bars u xogħol ieħor relatat bħal room service, dawk ta’ l-Accommodation Operations jieħdu esperjenza fil-Housekeeping Department kif ukoll fil-Front Office Department, dawk ta’ l-Isports Leisure and Recreation jaħdmu l-aktar f’gymnasia u health centres filwaqt li l-istudenti tal-Hospitality Management ġeneralment jaħdmu f’żewġ jew aktar dipartimenti prinċipali tal-lukandi li huma l-kċina, servizz, housekeeping u front office. L-istudenti huma mħeġġa biex jiksbu kemm jista’ jkun esperjenza f’numru ta’ dipartimenti. L-International Internships Co-ordinating Unit ta’ l-ITS tiżgura li kull student jingħata kuntratt ta’ xogħol u kundizzjonijiet xierqa qabel ma jibda l-placement għaldaqstant l-ebda student ma jagħmel xogħol li mhux relatat mal-kors. Isir ukoll monitoraġġ kontinwu biex ikun żgurat li jinżammu l-kundizzjonijiet miftehma kif ukoll tal-progress ta’ kull student. Jekk jinstab li xi propjeta tisfrutta xi student, dan jitneħħa minnufih u jingħata placement ieħor. Ma jintbagħtux aktar studenti f’postijiet li ma jimxux tajjeb ma’ l-istudenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta’ l-istudenti u fejn qegħdin.
Leg 9 PQ #21775 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Stipendji

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21378, jista' l-Ministru jwieġeb għal aħħar parti ta' din il-mistoqsija dwar l-istipendji ta' l-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja u privati fis-sena skolastika li għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Jiddispjeċini li dan it-tagħrif għadu ma wasallix u tweġiba jkollu nagħtiha f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21776 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' skejjel li jgħallmu l-Ingliż? Minn min saret kull applikazzjoni, meta u għal-liema lokalita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex niġbor l-informazzjoni meħtieġa, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21777 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħaddiem tal-gvern jittella' l-qorti biex jixhed bħala xhud f'kawża, dan huwa ntitolat li jiġi skużat mix-xogħol mingħajr ma jonqoslu il-leave tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ħaddiem tal-Gvern ma jiġix skużat mix-xogħol u jrid jieħu l-“leave” minn tiegħu sabiex jitla’ jixhed quddiem il-Qorti fuq xi każ li ma jkunx relatat max-xogħol uffiċjali tiegħu.
Leg 9 PQ #21815 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Livell ta' Ċomb fl-Arja

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 21381, jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara biex jissorvelja il-livelli taċ-ċomb fl-arja? Kemm sewa? Ġie deċiż f'liema lokalitajiet se jsir monitoring?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent xtara apparat magħruf bħala low volume sampler equipped with a microfibre filter head għall-monitoraġġ taċ-ċomb fl-arja. Dan l-apparat sewa Lm1,000. Hu maħsub li l-monitoraġġ għaċ-ċomb jibda jsir minn għadd ta' lokalitajiet f'Malta u Għawdex. Dawn il-lokalitajiet ġew magħżula fuq bażi ta' l-iżvilupp urban, industrijali u rurali fiz-zona, kif ukoll fuq bażi ta' kundizzjoni meteoroloġika tal-lokal.
Leg 9 PQ #21820 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Bini ta' Kompless Sportiv

Question

Issa li s-Segretarju Parlamentari ħabbar li fi ftit jiem oħra se jibda l-iskavar għal kumpless sportiv ġdid f'Bormla, jista' jgħid x'arranġamenti saru mal-Pulizija biex jkun hemm sigurta' sħiħa għat-tfal ta' tlett skejjel kbar li jinstabu fil-viċin? Peress li minħabba n-natura tax-xogħol jintużaw trakkijiet kbar u inġenji oħra, kif se jiġi żgurat li ma jkunx hemm periklu għall-istudenti li jattendu l-iskejjel Gużeppi Despott, De La Salle u St. Edward's?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-Kumpless sportiv tal-Kottonera se jsir ġewwa 'enclosed area'. Diġa' ttieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda periklu għat-tfal tat-tlett skejjel li hemm fil-viċin.
Leg 9 PQ #21823 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema ta' l-Ingliz — Kuntratt Definit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-kuntratt definit? Jaf li hemm għalliem kwalifikati biex jgħallmu l-Ingliz lill-barranin li għandhom kuntratt definit li jiġġedded kull sena? Jaf li hemm minn dawn l-għalliema li ilhom impjegati fuq bażi fulltime iżda fuq kuntratt definit ta' sena għal aktar minn għaxar (10) snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex niġbor l-informazzjoni meħtieġa, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21741 Sitting 444 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21506?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'kull sena fil-kors tal-farmaċija kien hemm dawn l-istudenti: Sena Numru ta' studenti Daħlu fl-ewwel sena Ottubru 2001 1 77 -- 2 45 58 3 23 36 4 37 46 5 28 28 It-tagħrif l-ieħor qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21742 Sitting 444 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21508?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li d-Dipartiment tal-Farmaċija huwa wieħed mill-ftit li ma jitlobx grad għola mill-minimu biex tista' tidħol fl-Universita`, dan hu l-inqas entry requirements li tista' tidħol bihom fl-Universita`. Iva informat li l-kap jaħseb li jridu jinbidlu u qed jittieħdu passi biex mill-kors li jibda f'Ottubru 2001, l-entry requirements se jkunu għola. Il-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija ikkonsulta ma min hu kkonċernat fosthom l-istaff akkademiku qabel ma ressaq ir-rakkomandazzjonijiet lil Faculty Board. Ilu kap tad-dipartiment għal dawn l-aħħar tnax-il sena. L-entry requirement inbidlu darbtejn. Il-Faculty Board tal-Mediċina u l-Kirurġija irrikkmanda dawn it-tibdiliet fl-entry requirements biex fil-farmaċija ikunu jistgħu jidħlu studenti li għalkemm m'għandhomx A level f'ċerti suġġetti eg. fil-Fiżika iżda għandhom kapaċitajiet adattati oħra, bħal fil-matematika, ikunu jistgħu jingħataw l-opportunita` biex isegwu l-kors tal-farmaċija. Tibdil fir-regoli tal-MATSEC u żviluppi fi rwol ta' l-ispiżjara u l-kurrikulum ukoll ittieħdu in konsiderazzjoni.
Leg 9 PQ #21743 Sitting 444 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21510?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kap tad-Dipartiment tal-farmaċija ma jitlifx okkażjoni biex iwassal x'inhi l-funzjoni ta' l-ispiżjar fis-soċjeta` ta' llum kemm permezz tal-media kif ukoll billi dejjem laqa' għandu jew għand l-istaff tiegħu lil kulħadd inklużi counsellors biex jippromwuovi li ssir għażla tajba tal-karriera. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, il-kap irrifera għat-tweġiba ta' l-istudenti għall-mistoqsija ta' x'jixtiequ jagħmlu meta jispiċċaw il-kors.
Leg 9 PQ #21744 Sitting 444 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21513?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kap jikkonstata li meta n-numru ta' l-istudenti jiżdied f'daqqa jkun hemm domanda aktar fuq ir-riżorsi kollha ta' kull dipartiment. Il-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija kien qed jalludi għar-riżorsi kollha li jinkludu affarijiet anke bħal spazju.