Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi rrakkmandat li jittieħdu l-Koperattiva għat-Trobbija tal-Majjali ma' dawk il-produtturi li ma laħqux il-kwota tal-majjali?
X'passi fil-fatt ittieħdu? Kien hemm xi każ fejn il-koperattiva mmultat xi produttur u l-ministru ried li tinħafer din il-multa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KIM) għandha l-policy tagħha fejn timmulta lil dawk il-produtturi li joqtlu anqas jew aktar mill-kwota ta' majjal li għandhom stabbilita.
Kien hemm ta' l-anqas każ wieħed fejn il-KIM ma mmultatx produttur għax il-kumitat ta' tmexxija deherlu li kien każ ġenwin.
Kien hemm imbagħad każ ieħor fejn produttur ressaq talba quddiem il-Bord tal-Koperattivi għaliex allega li ġie mmultat talli ma ħax majjal għal qatla fid-data meta suppost kellu l-booking.
Il-Bord tal-Koperattivi fid-deċiżjoni tiegħu, iddeċieda li dan il-każ kien żball ġenwin min-naħa tal-produttur u għalhekk il-Bord ordna lill-Koperattiva biex tirrifondi l-multa lill-produttur.
Bis-setgħat mogħtija lilu bil-liġi (Artikolu 109 ta' l-Att 26 ta' l-1978) il-Ministru kkonferma d-deċiżjoni tal-Bord.
Jista' l-Ministru jgħid għas-sena 2000 - 2001 fl-estimi ta' l-Enemalta b'liema prezz ġie stmat il-barmil żejt? B'liema livell ġie stmat il-livell tar-rata tal-kambju tal-lira Maltija mad-dollaru Amerikan?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u ma jkunx fl-interess tal-Korporazzjoni Enemalta li tigi ppubblikata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21775?
Response (GALEA, LOUIS)
B'kontwazzjoni mat-tweġiba diġa` mgħotija għall-Misotqsija Parlamentari Numru 21378, informat li t-total li tħallas fi stipendji lil studenti fil-livell Post Sekondarju matul is-sena akkademika 1999/2000 kien ta' Lm2,298,799.70c.
L-ammont li tħallas lil studenti fi skejjel tal-Knisja kien ta' Lm281,699 filwaqt li studenti fi skejjel Indipendenti ħadu Lm41,360.
It-total ta' flus li ma tħallasx minħabba nuqqas ta' attendenza jew raġunijiet oħra matul is-sena akkademika 1999/2000 kien ta' Lm96,826. In-numru ta' studenti involuti f'dan it-tnaqqis kien ta' 2672.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21776?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li applikazzjonijiet pendenti għal skejjel ta' l-Ingliż huwa kif ġej:
Applikant Meta Lokalita`
Mifsud Damian 14/4/99 Żebbuġ
Sciberras Lawrence 16/6/99 Għawdex
Sammut Charles 04/7/00 San Ġwann
Clarkson Elizabeth 21/8/00 Valletta
Total - 4
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Sick leave ta' l-impjegati
Question
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 20078 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istatistika tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, kif inhi l-istatistika tas-sick leave għall-impjegati minn Scale 7 għal Scale 20, skala bi skala?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21823?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kwestjoni ta' kuntratti definiti hi regolata mil-liġi.
Il-Monitoring Board li qiegħed fuq dawn l-iskejjel ta' l-Ingliż jistħarreġ il-kwalifiki meħtieġa tat-teachers u joħroġ EFL Permit li jawtorizza lit-teachers biex jgħallmu f'dan it-tip ta' skejjel. Dan il-permess hu validu għal sena u għalhekk jeħtieġ li jiġġedded kull sena skond l-Avviż tal-Gvern Nr. 385.
B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 21706, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Ministeru għall-istorja li dehret illum fl-ewwel faċċata tal-ġurnal "Malta Today" (1.12.2000) dwar il-Mad Cow Disease u t-trobbija tal-baqar f'pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra Stqarrija għall-Istampa Nru 1693 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni nhar l-1 ta' Diċembru 2000, li tirreferi għall-artiklu inkwistjoni.
Dipartiment ta' l-Informazzjoni — Stqarrija Nru. 1548
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21707, li oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': b'riferenza għall-istqarrija Nru. 1548 tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (13.11.2000) fejn jingħad li "'l quddiem jiġi ppubblikat ktieb bi tliet lingi Ġermaniż, Malti u Awstriak", jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-lingwa Awstriaka li se tintuża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li lktieb li ser jiġi ppubblikat ser ikun blIngliż, Malti u Ġermaniż.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21700?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Niġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa dwar ir-rapport ta' l-Ombudsman (Ottubru 2000) dwar il-qagħda fl-Isptar Monte Carmeli.
1. It-tentattivi li saru mill-management fid-Diviżjoni tas-Saħħa ma kienux
primarjament diretti lejn tnaqqis ta' l-ispejjeż minħabba sahra sostanzjali. L-għan
tad-Diviżjoni kien li jsir re-deployment ta' Nurses u Nursing Aides fid-diversi
swali fl-isptar Monte Carmeli sabiex dan il-complement ikun jirrifletti verament
l-ammont ta' xogħol li hemm fid-diversi swali. It-tnaqqis fis-sahra kien jirrizulta
minn dan ir-re-deployment.
2. Id-Divisjoni taqbel li l-persuna li tmexxi il-complaints handling system
għandha tkun persuna totalment awtonoma mill-isptarijiet. Fin-nuqqas ta' din
il-persuna, kien deċiż li għalissa nurse u membru mill-amministrazzjoni jieħdu
dan l-inkarigu. Id-Diviżjoni ser tara kif jagħmel biex tkun tista' tappunta persuna
indipendenti mill-isptar biex tkun tista' tmexxi dan il-qasam.
3. Il-Juvenile ward hija ndikata biex tibda tissejjaħ Learning Disability
Rehabilitation Unit (LDRU). M'hemm l-ebda dubju li bħal units oħra li jinsabu
fl-isptar Monte Carmeli l-aħjar lokazzjoni għall-faċilita' bħal din tkun fil-komunita'.
Izda biex issib akkomodazzjoni adatta fil-komunita' mhiex xi ħaġa faċli. Il-fatt li
pazjenti qed jiġu akkomodati f'bini li fih żewġ sulari, per se mhiex problema, iżda
tista' tissarraf fi problema jekk jiddaħħlu nies li huma fiżikament ħandikappati.
M'hemm l-ebda dubju li l-akkomodazzjoni fil-preżent hija ffullata u r-refurbishment
ta' dan il-post ser toħloq lill-management problemi kbar. L-ispeċjalista li kellu jieħu
ħsieb din il-juvenile section kellu jirritorna Malta fl-aħħar ta' Ottubru iżda minflok
ġie lura bagħat ir-riżenja tiegħu mis-servizz. Nafu li post alternattiv għal Juvenile
Ward mhux ser ikun faċli li jinsab.
4. Hemm nuqqas ta' nursing staff li huwa mħarreġ fit-trattament modern fil-qasam
tal-psikjatrija. Il-problema ta' nursing staff qed tiġi aċċentwata minħabba li
hemm numru ta' nurses li ntbagħtu jaħdmu fil-Ward 2 ta' l-irġiel (Acute Ward) u
minħabba direttivi mogħtija mill-Unions tagħhom mhumiex qed jirraportaw f'din
is-sala. Hemm perjodi żgħar matul is-sena fejn il-Ward 2 tkun xi ftit iffullata iżda
din hija aktar l-eċċezzjoni milli r-regola. L-offerti għal-bini ta' Acute Admissions
Ward ġdida għalqu, u din it-tender tinsab fl-istadju ta' l-aġġudikazzjoni.
5. Il-Health Reform Action Committee approva skema li biha, dawk il-pazjenti
fl-isptar Monte Carmeli li huma adattati, jitqabbdu jagħmlu xogħol bi ħlas f'oqsma
bħal ma huma tindif, kċina, ġardinar, u telephone b'żieda ma' skema diġa eżistenti
fil-launderette. Dan ix-xogħol jitqies bħala parti mir-rijabilitazzjoni soċjali
tal-pazjenti u jsir taħt is-superviżjoni ta' l-Occupational Therapists biex jiġi
assiguratli l-pazjenti ma jiġux abbużati jew sfruttati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21682?
Response (GALEA, LOUIS)
In-numru ta' applikanti għall-post ta' Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat Koordinattiv tal-Programm Leonardo (u mhux ta' l-EUPU) kien ta' 36. Il-kwalifiki kienu jvarjaw minn Livell Ordinarju sa Livell Avvanzat kif ukoll sa kwalifiki ta' Diploma jew Degree. Il-persuna li ġiet magħżula hi Anna Borġ Dip. Soc. Studies u Dip. Secretarial Studies. L-avviż għall-applikazzjonijiet sar bl-approvazzjoni ta' l-ETC fis-7 ta' Mejju 2000 fil-gazzetti lokali. Il-Bord ta' l-Għażla kien magħmul miċ-Chairman tal-Kumitat Koordinattiv tal-Leonardo, ċ-Chairman ta' l-EUPU u Senior Manager ta' l-ETC.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li din is-sena kellhom jibdew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom b'mod inklużiv? Kemm tfal b'diżabilita' għadhom ma bdewx imorru fl-iskejjel sekondarji għax m'hemmx persuna magħhom biex tgħinhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tifel wieħed biss qed jistenna biex jibda jattendi l-iskola. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel mill-aħjar biex tiġi impjegata Supply KA (Special Education) ġdida għaliex minn kien hemm irriżenjat.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament milli tattendi l-iskola Fra Diegu Bonanno?
Meta se tibda tgawdi d-dritt tagħha li tattendi l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din l-istudenta qed tattendi regolarment tliet darbiet fil-ġimgħa l-iskola Helen Keller il-Qrendi kif ukoll darbtejn fil-ġimgħa l-iskola Fra Diego Bonanno l-Marsa. Waqt li tkun qed titgħallem fl-iskola tal-Marsa qed tkun assenjata facilitator mill-iskola Helen Keller stess. Din l-istess facilitator tieħu ħsiebha wkoll waqt it-trasport lejn l-iskola u lura d-dar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intbagħtux ir-rapporti annwali mill-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin?
X'kien in-numru totali ta' persuni li ġew Malta biex jitgħallmu l-Ingliż?
Jista' jelenka liema kienu l-ewwel ħames skejjel li l-aktar ġabu nies għal dan il-kors u n-numru ta' nies li ġew għandhom?
Mill-liema pajjiżi l-aktar li ġew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kopja tar-rapporti annwali lill-Iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-Barranin titqassam fl-aħħar ta' Novembru. Id-Diretturi ta' l-Istudji ta' dawn l-iskejjel jiġu mitluba biex sal-15 ta' Jannar jibagħtu lill-Uffiċċju tal-Monitoring Board l-istatistika dwar:
a) in-numru ta' studenti li ġew biex jitgħallmu l-ingliż:
b) minn liema pajjiż ġew,
Din l-istatistika tħaddan it-tagħrif meħtieġ dwar l-istudenti li jiġu biex jitgħallmu l-Ingliż fostna bejn l-1 ta' Jannar sa' l-aħħar ta' Diċembru tas-sena preċedenti.
Għaldaqstant billi din l-Istatistika għadha mhix lesta (tkun finalizzata għall-aħħar ta' Jannar 2001), ma nistgħux nagħtu t-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex din is-sena jibdew xi wieħed mill-korsijiet organizzati fl-iskola Salvatore Dimech ta' Targa Gap ?
Kemm applikaw f'kull kors?
Kemm kien hemm eliġibbli f'kull kors?
Kemm ġew aċċettati f'kull kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li applikaw għall-korsijiet li jsiru fl-iskola ta' l-Arti u Artiġjanat Salvatore Dimech kien ta' 33 għall-kors fil-Printing, 11 għall-kors fl-iskultura, 26 għall-kors fid-Disinn Grafiku u 11 fl-Arti Applikata.
Minn dawn ġew aċċettati 23 għall-Printing, 11 għall-Iskultura, 14 għad-Disinn Grafiku u 8 għall-Arti Applikata.
L-istudenti li ma ntgħażlux f'dan il-kors daħlu għall-kors tat-tieni jew it-tielet għażla tagħhom fejn dan kien possibbli.
Id-Dipartiment ma jilqax applikazzjonijiet ta' studenti li ma humiex eliġibbli. Dawn l-istudenti jingħataw parir mingħand il-guidance teachers ta' kif jistgħu jkomplu bl-istudju tagħhom. Dan is-servizz jingħata fuq il-post fejn jintlaqgħu l-applikazzjonijiet. Għaldaqstant dawk li applikaw kienu kollha eliġibbli.
Jista' l-Ministru jgħid x'relazzjoni hemm bejn il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija u l-istudenti? X'passi beħsiebu jieħu biex dik li semma l-kap tad-dipartiment li hija interpretazzjoni ħażina minn numru ta' studenti, ma terġax sseħħ? Jaħseb illi l-istudenti jistgħu jħossuhom taħt xi pressjoni minnu minħabba dak li ġara?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-relazzjoni bejn il-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija u l-istudenti ma jistgħux ikunu aħjar, li l-komunikazzjoni se tibda ssir aktar bil-miktub, u li l-istudenti m'għandhomx raġuni għax iħossuhom taħt ebda pressjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-kors tal-farmaċija l-prattiċi tal-laboratorji, per eżempju, fil-kimika farmeċewtika, twaqqfu kompletament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kurrikulum tal-farmaċija jiġi modernizzat minn żmein għal żmien. Fost dan l-aġġornament hemm l-istil tal-prattiċi. Bħalissa qed isir sforz biex il-prattiċi isiru aktar relevanti għal prattika tal-farmaċija. Dan qed isir billi l-istudenti jagħmlu l-prattiċi fuq il-postijiet tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-farmaċija ġie estiż għal ħames snin fl-Universita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kors ġie estiż għal ħames snin biex ikun jista' jwassal lill-istudenti lejn il-livell tal-Farmaċija milħuq minn pajjiżi oħra u biex fil-ħames sena jwassal lill-istudent lejn aktar esperjenza prattika.