Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22121 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ksur tal-Kodiċi tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-ewwel ħdax(11) il-xahar, kemm il-membru tal-Korp tal-Pulizija ittella' quddiem il-kummissarju minħabba xi ksur tal-kodiċi tal-Pulizija? X'kienu l-akkużi prinċipali? X'kien ir-rank ta' dawk li ġew akkużati quddiem il-kummissarju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-ewwel ħdax-il xahar ta` din is-sena, kien hemm 169 membru tal-Korp tal-Pulizija li dehru quddiem il-Kummissarju. Dawn kienu fir-rank ta` Surġent Maġġur, Surġent u Kuntistabbli. L-akkużi kontra dawn il-membri tal-Korp kienu jinkludu diżubbidjenza ta` ordnijiet; traskuraġni ta` xogħol; telf ta` riputazzjoni; assenza bla permess; simulazzjoni ta` mard; nuqqas ta` ndafa; eżerċizzju mhux leġittmu; ħsara; falzita` jew tgħawwiġ ta` fatti; kondotta nsubordinata jew oppressiva; dħul f`postijiet liċenzjati skond il-liġijiet dwar l-għoti ta` liċenzji għal xorb spirituż; ksur ta` fiduċja; kondotta ta` preġudizzju għal bon ordni.
Leg 9 PQ #22092 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji veterinarji liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 21387 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li ġiet riferuta lilu, cioe: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji veterinarji liċenzjati f'Malta u Għawdex? F'liema lokalita' huma? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' spiżeriji simili? Meta saret kull applikazzjoni? Minn min? Fejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa f'Malta, għandna żewġ spiżeriji liċenzjati għall-użu veterinarju, waħda ġewwa Ħaż-Zebbuġ u l-oħra fil-Gżira. F'Għawdex, m'hemmx spiżeriji liċenzjati għall-użu veterinarju. It-tabella ta' hawn taħt tindika l-lista ta' applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' spiżeriji għall-użu veterinarju. Data ta' l-applikazzjoni Applikant Lokalita' 9 ta' Mejju 2000 Stanley Borg Cardona B'Kara 15 ta' Mejju 2000 Peter Gatt o.b.o. Andews Feeds Luqa 30 ta' Ġunju 2000 Joseph Hili Marsa 25 ta' Ottubru 2000 Stephen Rossi San Gwann
Leg 9 PQ #22094 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Nicholl Ground — Sit Alternattiv

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 20806, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta fejn jintwera is-sit alternattiv għan-Nicholl Ground?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti mitluba.
Leg 9 PQ #22096 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Lukandi - Applikazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 21269, ta' min huma t-3 applikazzjonijiet li hemm għal-lukandi fil-Mellieħa? Min huma l-persuni / kumpaniji li ssottomettew l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:- Site at Tas-Sellum - Mr. George Fenech obo Easysell Properties Solemar Hotel - Mr. Charles Polidano Seabank Hotel - Mr. Silvio Debono obo Seabank Hotel Ninsab infurmat ukoll illi ma` dawn it-tlieta hemm applikazzjoni oħra tal-Costa del Sol ta` Mr. Twanny Curmi li ġiet riferuta lura lill-Awtorita` mill-Bord ta` l-Appelli.
Leg 9 PQ #22105 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fondi tat-Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-1999, kemm kien hawn kumpaniji li ħadu mill-fondi għat-taħriġ? Kemm ħadet kull kumpanija? Liema kienu dawn il-kumpaniji? Kemm persuni ħadu t-taħriġ permezz ta' dawn il-fondi? F'liema oqsma ngħata dan it-taħriġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika aħjar għall-liema tip ta' fondi ta' taħriġ qed jirreferi.
Leg 9 PQ #22109 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Budget 2001 — Skejjel Privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel privati fis-sena 2000-2001 li l-ġenituri tagħhom se jkunu ntitolati biex jieħdu mill-fondi ta' Lm 500,000 ivvotati għall-Budget 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-ġenituri kollha li qed iħallsu miżati għal uliedhom fl-iskejjel privati ser jibbenefikaw minn din il-miżura.
Leg 9 PQ #22113 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fis-sena 1999-2000: (a) fl-Iskejjel tas-Snajja'; (b) fl-Iskejjel Sekondarji tal-Gvern; (ċ) fl-Iskejjel tal-Knisja; (d) fl-Iskejjel privati; u (e) fil-Junior Lyceum? Kemm kien hemm studenti li bdew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena 2000-2001: (a) fl-Iskejjel tal-Gvern; (b) fl-Iskejjel tal-Knisja; u (ċ) fl-Iskejjel privati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22083 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Lukandi ġodda - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' l-applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' lukandi ġodda f'Malta u f'Għawdex u jagħti wkoll il-post fejn hemm l-applikazzjoni biex jinbnew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:- Numru ta` l-applikazzjoni - Lokalita` 1610/98 San Pawl il-Baħar 5147/00 San Ġiljan 2994/98 Għajn Tuffieħa 6608/99 Qala 3883/00 Għajnsielem 6001/00 Mellieħa 1497/00 San Ġiljan 2551/94 Mellieħa
Leg 9 PQ #22084 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Budget 2001 — Studenti Universitarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Budget 2001, kemm hemm flus ivvotati għax-xogħol tas-sajf ta' l-istudenti universitarji? Minn liema vot se jitħallsu dawn il-fondi? Kemm hemm studenti li huwa stmat li hemm fondi biżżejjed biex jitħallsu minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ammont ta' flus li se jintefqu fuq proġetti fis-sajf u li fihom se jkunu nvoluti l-istudenti huwa ta' LM150,000. Dawn il-flus se jintefqu kollha għat-tfal fl-iskejjel primarji u bi bżonnijiet speċjali taħt il-programm SkolaSajf.
Leg 9 PQ #22085 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kavallier ta' San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż mistennija jkopru t-Lm30,000 li hemm ivvotati għat-tmexxija tal-Kavallier ta' San Ġakbu? Il-pagi se jitħallsu minn dawn it-Lm30,000? Liema pagi se jitħallsu? Il-bqija tal-fondi biex jitmexxa San Ġakbu mnejn se jiġu? Hemm xi business plan għal 2001? Jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22086 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Barrieri - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal ftuħ ta' barrieri ġodda kemm f'Malta u Għawdex? F'liema lokalitajiet? Minn min saret kull talba? Meta saret? Hemm xi talbiet għall-estensjoni ta' barrieri? Jista' dwar dan jagħti wkoll l-informazzjoni miktuba hawn fuq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22087 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb għal mistoqsija parlamentari nru. 21598 dwar in-numru ta' għalliema fid-diversi skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21855 ta' l-istess Onor. Membru.
Leg 9 PQ #22088 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Skejjel — Canteens / Tuck Shops - Irċevuti Fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kontrolli qed isiru biex jiġi żgurat li l-canteens/tuck shops ta' l-iskejjel qed joħorġu rċevuti fiskali? Kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-VAT fid-diversi skejjel? F'liema skejjel saru? Dawk li applikaw biex joħorġu rċevuta darba fil-ġimgħa, qed jagħmlu dan? Meta saru spezzjonijiet instabu xi canteens/tuck shops li ma jużawx cash registers u b'hekk ma jistgħux jagħtu rċevuta fiskali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Avviż Legali 201 ta’ l-1999, persuna li tagħmel provvista ta’ ikel u xorb minn canteen li jkun jinsab f’area ta’ studju tista’ tapplika għall-awtorizzazzjoni biex toħroġ riċevuta fiskali waħda ta’ kuljum li tkun tkopri l-provvisti kollha magħmulin f’kull jum. Matul din is-sena sa’ issa, saru għoxrin (20) spezzjoni minn spetturi tal-VAT fi skejjel differenti. Mhux galbu nsemmu f'liema skejjel saru l-ispezzjonijiet. Minn dawn kien hemm każ wieħed fejn l-operatur tal-canteen ġie rapportat li ma kienx qed jimxi mad-dispożizzjonijiet tal-liġi. F’ħames każi oħra ma kienx hemm rapporti ta’ abbuż, filwaqt li fil-kumplament tal-każi trid tittieħed aktar azzjoni.
Leg 9 PQ #22033 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajn Tuffieħa — Banjijiet Rumani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20959?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Banjijiet Rumani instabu f'Ġunju tal-1929, waqt xogħlijiet tad-Dipartiment ta' l-ilma. Dan il-post ilu numru ta' snin b'aċċess ristrett għall-pubbliku ġenerali, iżda kien possibli li wieħed jidħol u jżur is-sit wara appuntament u fil-preżenza ma' uffiċjali tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Illum dan l-appuntament jista' jsir billi tikkuntattja il-Museums Officer responsablbi għall-Mużew ta' Antikitajiet Rumani r-Rabat. Fl-1961 kienu nbnew kmamar fuq il-mużajk ta' dan biex dawn jiġu mħarsa mill-elementi. Fl-1978 kienu saru xogħlijiet ta' restawr minn restawratur Libjan fuq il-mużajki. Fl-1995 restawratur Tuneżin għamel rapport aġġornat fuq il-mużajki. Kurrentement qed jitħejjew pjanijiet għas-salvagwardja u l-preżentazzjoni ta' dan is-sit mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, b'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita` tat-Turiżmu u d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #22034 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kunsilli skolastiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21088?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22066 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Swieqi — Bini abbandunat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Kummissarju tal-Pulizija u mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-ilment mibgħut fis-16 ta' Novembru, 2000 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, dwar il-perikli li qed jikkaġuna l-bini abbandunat li jinsab fil-kantuniera ta' Triq it-Tiben ma' Triq id-Dris fis-Swieqi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija avżat lis-sid tal-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant sabiex ineħħi kull periklu li jista` jkun hemm. Ninsab infurmat ukoll illi sfortunatament bil-liġi kif inhi bħalissa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tistax tintervjeni f`dan il-każ peress li ma jirriżultax li hemm xi bini mingħajr jew mhux skond xi permess ta` żvilupp. Fl-Abbozz ta` liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp, hemm il-proposta li l-Awtorita` tkun tista` tieħu passi f`każijiet bħal dawn.
Leg 9 PQ #22067 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Temi Zammit

Question

Jista' l-Minstru jgħid fl-iskola Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa f'liema suġġetti hemm nuqqas ta' għalliema? Kemm ilhom b'dawn in-nuqqasijiet? Meta se jintbagħtu l-għalliema nieqsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li hemm xi nuqqas ta' għalliema fl-iskola sekondarja Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa.
Leg 9 PQ #22071 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Stabbiliment Puschka

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi għandu s-sid tal-Pescatore biex jopera l-istabbiliment Puschka wara l-11.00 p.m. u li qed jirreklama għalihom fir-reklam li qed jintbagħat separatament? Fl-aħħar tliet xhur, x'passi ħadu l-pulizija biex jiżguraw li s-sid irrispetta l-liġi fil-ftuħ ta' l-istabbiliment tiegħu? X'passi ħadu l-pulizija biex jiżguraw li s-sid irrispetta l-liġi fil-ftuħ ta' l-istabbiliment tiegħu? X'passi jonqosha tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tara li s-sid qed jimxi mal-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jiena kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12266, ninsab infurmat illi l-Pulizija qed iżżomm dan il-post taħt sorveljanza u kull meta nstab li kien hemm xi ksur tal-kondizzjoni tal-liċenzji l-Pulizija ħadet il-passi meħtieġa skond il-liġi. Għal dak li jaqa` taħt ir-responsabbilita` ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi l-Awtorita` ħadet passi biex jitneħħew strutturi ta` l-aluminium fil-parti ta` quddiem (entratura) u dan wara l-ħruġ ta` Avviż ta` Twettieq. Ninsab infurmat ukoll li saret applikazzjoni b`referenza PA 3948/00 "to carry out modifications to facade and remove illegal structures consisting of an aluminium glazed porch and to sanction glazing of porch". Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata fl-4 ta` Diċembru 2000. L-Awtorita` mbagħad tara x`passi jistgħu jittieħdu jekk kemm il-darba din id-deċiżjoni ma tiġix appellata.

SVPR — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum, x'bidliet kien hemm fil-policy dwar il-flus li jinżammu mid-dħul tal-pensjoni u depożiti fil-bank ta' l-anzjani li joqogħdu fl-Isptar San Vinċenz? Mill-anzjani ta' San Vinċenz x'ġabar il-gvern fl-1999, fis-sema 2000 u kemm huwa stmat li se jiġbor fis-sena 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22021 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Luigi Preziosi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħat għalliema regolari tal-Home Economics għall-klassijiet kollha ta' l-iskola sekondarja Sir Luigi Preziosi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel kull sforz possibbli sabiex tinstab għalliema regolari tal-Home Economics. Fil-fatt, minbarra s-sejħa għall-għalliema regolari, ħarġu wkoll sejħiet għall-għalliema temporanji u każwali. Madanakollu l-applikanti għall-aħħar żewġ sejħiet kienu l-istess jew setgħu joffru biss is-servizzi tagħhom għal ħin limitat ħafna