Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22178 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti f'Għawdex f'kull settur li temmew l-edukazzjoni sekondarja u l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena skolastika li għaddiet? Jista' jagħti t-tagħrif skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti f'Għawdex li spiċċaw l-iskola sekondarja fis-sena 1999-2000 kienu: Ninu Cremona JL - 58 Ninu Cremona Sec. S - 80 GF de Soldanis JL - 173 GF de Soldanis Sec. S - 41 Seminarju - 52 Skola tas-Snajja (Bniet) - 27 Skola tas-Snajja (Subien) - 16 In-numru ta' studenti f'Għawdex li spiċċaw l-iskola Post-Sekondarja (ie. Tieni Sena) huma: Sir M A Refalo Tech. Inst. - 16 Secretarial School - 21 Pre Vocational School - 11 Sir M A Refalo Upper Lyceum - 225 Sir M A Refalo Higher Sec. - 3
Leg 9 PQ #22179 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar eżami tas-Sec u l-Matsec kemm kien hemm studenti Għawdxin li jattendu skejjel Għawdxin u li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec u l-Matsec? Kemm minnhom għaddew fis-suġġetti differenti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjon mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22180 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja — Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22113?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li temmew l-ekukazzjoni sekondarja tagħhom fis-sena 1999-2000 huwa: Skejjel tas-Snajja` - 616 Skejjel Sekondarji tal-Gvern - 1349 Junior Lyceum - 1818 Skejjel tal-Knisja - 1332 Skejjel Indipendenti - 1618 Informat ukoll l-għadd ta' studenti li bdew l-Edukazzjoni Post-Sekondarja huwa: Skejjel tal-Gvern - 2969 Junior College - 1385 Institute for Tourism Studies - 251 Skejjel tal-Knisja - 322 Skejjel Indipendenti - 107
Leg 9 PQ #22139 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Sick leave ta' l-impjegati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21971 meta seħħ l-assenteiżmu ta' 11.6% għal skala 18 tul l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22140 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Staff Akkademiku — Promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena akkademika min mill-istaff akkademiku ngħata promozzjoni? Fuq liema kriterji ngħataw dawn il-promozzjonijiet? Liema struttura u min kienu l-persuni li taw dawn il-promozzjonijiet? Sal-aħħar ta' din is-sena akkademika, kemm hemm il-ħsieb li jingħataw promozzjonijiet u f'liema oqsma?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' l-istaff akkademiku u l-kriterji fuq liema ngħataw dawn il-promozzjonijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li l-Promozzjonijiet jingħataw mill-Kunsill fuq rakkomandazzjoni tal-Promotions Board. Il-Promotions Board huwa magħmul minn: Chairman : Ir-Rettur Membri : Dr A Camilleri - Professur D Darmanin - Professur CJ Farrugia - Professur J Lauri L-eżerċizzju għadu għaddej għaliex il-Bord qed jistenna assessments fuq numru ta' applikanti. Dawn l-assessments isiru minn akkademiċi barra minn Malta magħżula mill-Association of Commonwelath Universities.
Leg 9 PQ #22171 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel — Junior Lyceum - Victoria, Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema fil-Junior Lyceum tas-subien fil-Victoria, Għawdex? Kemm kien hemm għalliema li kienu assenti mix-xogħol f'Ottubru, Novembru u Diċembru 2000? Ta' liema suġġetti u ta' liema klassijiet huma l-għalliema assenti tul dawn ix-xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab informata li fl-iskola Junior Lyceum - Sekondarja, tas-Subien, Victoria, Għawdex hemm dawn l-għalliema: Kap ta' l-Iskola 1 Assistent Heads 3 Instructors 20 Temp. Teachers 2 Għalliema 67 Facilitators 4 Total ta' kollox 97 Għalliema assenti: Data Għalliema Ġranet Assenti Ottubru '00 23 għalliema 49 6 instructors 16 1 facilitator 4 Total 69 ġurnata Novembru '00 22 għalliema 63 1 Assistent Head 5 8 instructors 13 1 temp. teacher 2 Total 83 ġurnata Diċembru '00 17 għalliema 40 8 instructors 9 1 temp. teacher 3 Total 52 ġurnata Suġġetti: Edukazzjoni Fiżika, Computer Studies, Matematika, Spanjol, Business Studies, Fiżika, Technical Drawing, Taljan u Arti.
Leg 9 PQ #22172 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Kunsill Għawdxi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'relazzjoni se jkollu l-kunsill Għawdxi għall-edukazzjoni f'Malta? X'relazzjoni se jkollu l-kunsill mal-uffiċjali tad-diviżjoni f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Uffiċċju ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex se jkunu rappreżentanti fil-Kunsill.
Leg 9 PQ #22173 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Qasam tar-Restawr u ta' l-Edukazzjoni tal-Bini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21826?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-persuna konċernata m'hiex eliġibbli għal post tal-fiss bħala Instructor fid-Diviżjon ta' l-Edukazzjoni kif jipprovdi l-ftehim għal din il-kategorija ta' impjegati. Ir-reklutaġġ f'din il-kariga huwa determinat minn kriterji fissi. Informat li l-persuna konċernata ma tissodisfax dawn il-kriterji.
Leg 9 PQ #22174 Sitting 461 2001-01-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22034?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impjiegi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies li bħalissa qed jaħdmu xogħol part-time bħala x-xogħol prinċipali tagħhom? X'inhu in-numru ta' nies li minbarra ix-xogħol fulltime qed jagħmlu xogħol part-time wkoll? F'kull każ liema huwa x-xogħol prinċipali li qegħdin jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li f'Novembru kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol prinċipali kien 18,598, filwaqt li n-numru ta' dawk li kellhom xogħol kemm part-time u full-time kien ta' 17,758. Tajjeb li nfakkar lill-Onor. Interpellant li dawk li għandhom xogħol part-time bħala x-xogħol prinċipali ma jidħlux fil-kalkolu tal-Gainfully Occupied Population (GOP). Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22027?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru 2000 kien ta' 299 li minnhom 44 kienu nisa u 255 kienu rġiel. Il-kumplament ta' l-informazzjoni jiġifieri l-eta', minn liema lokalita' u t-tip ta' xogħol li għalih qiegħdin jirreġistraw jidher fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22136 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Sickleave ta' l-impjegati

Question

B'riferenza għat-tagħrif mogħti għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari nru. 21971, partikolarment għaċ-ċifra ta' 18.5% assenteiżmu fi skala 9 fl-1998, jista' l-Ministru jgħid f'liema xhur seħħ dan l-assenteiżmu xahar b'xahar tul 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22137 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Sick Leave ta' l-Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 21971, meta seħħ l-assenteiżmu ta' 15% fi skala Nru 7 xahar b'xahar tul l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22138 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Sick leave ta' l-impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21971 meta seħħ xahar b'xahar l-assenteiżmu ta' 12% għal skala 16 fl-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22115 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi — Tracer Study

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tat-tracer study li sar fuq studenti ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Kif għidt waqt li kont qed nitkellem fid-dibattitu dwar l-Estimi tal-Ministeru tat-Turiżmu parti biss mit-tracer study hi lesta u għad fadal xi jsir fuq fażijiet oħra. Jekk l-Onor. Membru sodisfatt b’dak li għandi s’issa lest inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #22116 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut ta' l-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi fil-kuntest tal-kulleġġ ġdid ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija? X'relazzjoni se jkun hemm? X'opportunita' se jkollhom l-istudenti ta' l-Istitut ta' l-Istudju Turistiċi biex igawdu mill-korsijiet tal-kulleġ il-ġdid?

Response (REFALO, MICHAEL)

Kif jaf l-Onor. Interpellant l-I.T.S. hu l-uniku istituzzjoni edukattiva tal-Gvern li m’hijiex taħt ir-risponsabilita’ tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. M’hemm l-ebda pjan li s-sitwazzjoni tinbidel.
Leg 9 PQ #22118 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Stipendji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21775?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21969 ta' l-istess Onor. Membru u li jiena tajt f'Seduta 452 fis-7 ta' Diċembru 2000.
Leg 9 PQ #22119 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21776?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21970 ta' l-istess Onor. Membru u li jiena tajt f'Seduta 452 fis-7 ta' Diċembru 2000.
Leg 9 PQ #22120 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema ta' L-Ingliz — Kuntratt Definit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21823?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21972 ta' l-istess Onor. Membru u li jiena tajt f'Seduta 452 fis-7 ta' Diċembru 2000.