Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22549 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mwiet bil-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2000, kemm-il persuna mietet fil-gżejjer Maltin kawża tal-kanċer? Kemm minn dawn l-imwiet kien konness mat-tipjip? Kemm kienu rġiel u kemm nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond ir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet li jinżamm fid-Dipartiment tal-Health Information jirriżulta li n-numru ta` persuni li mietu kawża tal-kanċer fil-Gżejjer Maltin mill-ewwel ta` Jannar sa l-aħħar ta` Novembru tas-sena 2000 kienu: 321 irġiel u 303 nisa. Ir-Reġistru ma jiġborx informazzjoni dwar jekk dawn l-imwiet kienux konnessi mat-tipjip.
Leg 9 PQ #22552 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Żwiġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2000 kemm saru żwiġijiet f'Malta u f'Għawdex? Kemm kienu żwiġijiet ċivili? Kemm saru bejn raġel Malti u mara barranija? Kemm kienu bejn mara Maltija u raġel barrani? Kemm kienu bejn koppja barranija? F'kemm-il żwieġ il-mara ddeċidiet li tibqa' tuża isem xbubitha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, in-numru ta` żwiġijiet li ġew irreġistrati f`Malta u f`Għawdex kien ta` 2,336. It-tagħrif ieħor mitlub dwar iż-żwiġijiet hu kif ġej:- Dawk Ċivili - 481. Bejn raġel Malti u mara barranija - 130. Bejn mara Maltija u raġel barrani - 182. Bejn koppji barranin - 215. Kien hemm 169 mara li ddeċidiet li tibqa` tuża isem xbubitha.
Leg 9 PQ #22553 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Projbizzjoni ta' tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-postijiet fejn bħalissa bil-liġi ma jistax isir tipjip? Xi pjani hemm biex dawn il-postijiet jiżdiedu speċjalment issa li ġie pprovat xjentifikament kemm-il darba li t-titjib u t-titjib passiv jikkawża diversi formi ta' kanċer? Xi prekawżjoni oħra se jittieħdu biex il-possibbilta' li dan il-mard minħabba t-tipjip ma jkomplix jinxtered?

Response (DEGUARA, LOUIS)

a) Postijiet li bil-liġi ma jistax jsir tipjip huma: cinemas u tejatri sptarijiet u istituzzjonijiet tas-Saħħa trasport pubbliku fuq programmi televizivi klassi, kurrituri, bitħa ta' skola, day home jew premises simili fejn hemm tfal taħt is-sittax il-sena. Ref: Act XLII of 1986 chapter 315 (Tobacco Act) b) Id-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa kif ukoll il-Kumitat dwar il-Kontroll tat-Tipjip u tat-Tabakk taw diversi proposti f'dawn l-aħħar snin biex dan l-Att jiġi rivedut. Dawn il-proposti qed jiġu evalwati. c) Il-kontroll ta' l-użu tat-Tabakk hija problema mad-dinja kollha u għalhekk hemm inizjattiva internazzjonali mill-WHO li permezz tal-Framework Convention on Tobacco Control tat numru ta' inizjattivi li wieħed jista' jieħu. Id-divizjoni tas-Saħħa qed jevalwa liema minn dawn l-inizjattivi jistgħu jitwettqu fil-kuntest soċjali, kulturali u ekonomiku ta' Malta.
Leg 9 PQ #22554 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spezzjonijiet

Question

Matul l-ewwel term ta' l-iskola, jista' l-Ministru jgħid kemm saru żjarat/spezzjonijiet fit-tuckshops/canteens ta' l-iskejjel? F'liema skejjel saru? Kien hemm xi każi fejn instab li l-ikel/snacks ma kenux konformi ma' dak li huwa aħjar għas-saħħa tat-tfal? X'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul l-ewwel term ta` l-iskola skolastika, saru (29) spezzjoni minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment f' 'tuckshops/canteens' ta` l-iskejjel. L-ispezzjonijiet saru ġo skejjel kif indikati fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali mistoqsija għandha tiġi rreferuta lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni, peress li t-tip ta` ikel li jista` jinbiegħ ġo 'tuckshops/canteens' ta` skejjel huwa kkkontrollat mill-kuntratt li jiġi mpost minn dan id-dipartiment lill-persuni responsabbli fl-istess 'tuckshop/canteen'.

Djar — Sussidji

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu martu toqgħod fid-dar li għandha soqfa u gallerija fi stat perikoluż, jista' jgħid jekk huwiex intitolat għal xi għajnuna/sussidji biex issir il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ħadet passi biex tibgħat għall-persuna ndikata jew rappreżentant tagħha biex jiġi stabbilit jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tikkwalifika għal sussidju jew għajnuna taħt xi waħda mill-Iskemi ta' l-Awtorita'.
Leg 9 PQ #22542 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Adrian Dingli - Fence

Question

Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex jinfetaħ bieb fil-fence ta' l-iskola Sir Adrian Dingli f'Pembroke min-naħa tal-ground t'isfel biex l-istudenti li jaslu hemm ma jkollhomx għalfejn jimxu distanza twila jqandlu basktijiet tqal biex jaslu fil-klassijiet tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser issir il-konsultazzjoni miħtieġa ma' l-iskola konċernata dwar is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #22544 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa x'inhuwa n-numru ta' residenti fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin? Kemm huma priġunieri sentenzjati? Kemm mit-total huma barranin? Kemm minn dawk sentenzjati huma barranin? Fil-Faċilita' dawk li huma sentenzjati huma miżmuma separatament minn dawk li qed jistennew sentenza mill-Qorti jew li ma ngħatawx il-liberta' proviżorja? Kemm f'kull każ huma nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-11 ta` Jannar 2001 in-numru ta` residenti fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 256. Dawn huma mqassma kif ġej:- Barranin - 78 li minnhom hemm 33 sentenzjati Maltin - 178 li minnhom hemm 132 sentenzjati Total ta` dawk sentenzjati - 165 It-total tan-nisa huwa 9 li huma mqassma kif ġej:- Maltin - 6 sentenzjati u 1 taħt arrest Barranin - 1 sentenzjata u 1 taħt arrest
Leg 9 PQ #22545 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Kunsill Għawdxi għall-edukazzjoni

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22175, tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li s'issa ġew maħtura fuq il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Membri maħtura s’issa fuq il-Kunsill ta’ l-Edukazzjoni għal Għawdex huma dawn : Is-Sur Anton Farrugia President Is-Sur Ġorġ N Cassar Viċi President Is-Sur Michael Cassar Segretarju Eżekuttiv (ex-ufficio) Membri Is-Sur Carmel Attard Kap ta’ l-Iskola Ninu Cremona (ex-ufficcio) Is-Sinjorina Josette Buttigieg Kap ta’ l-Iskola Agius de Soldanis (ex-ufficcio) Is-Sur Anton Portelli a/Kap ta’ l-Iskola Sir Arturo Mercieca (ex-ufficcio) Is-Sur Paul Scicluna Rappreżentant tal-Gozo Tourism Association Is-Sur Joseph Borg Rappreżentant tal-Gozo Business Chamber Is-Sur Marvic Cassar Rapprezentant tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ETC
Leg 9 PQ #22547 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korretiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, bħalissa, kemm hemm nies li qegħdin hemm għaliex ma ngħatawx il-liberta' proviżorja mill-Qorti? Kemm huma nisa? Kemm huma barranin u mil-liema pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin fil-11 ta` Jannar 2001 kien hemm 91 persuna li ma ngħatawx il-liberta proviżorja mill-Qorti. Dawn huma mqassma kif ġej: Irġiel Nisa Maltin 45 1 Sudaniżi 1 Libjani 33 1 Iraqini 2 Eġizzjani 3 Niġerjani 1 Olandiżi 1 Alġerini 1 Taljani 1 Tuneżini 1 TOTAL 89 2
Leg 9 PQ #22548 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju dwar il-fatt li ħafna tfal ta' l-iskola huma eħxen milli suppost? X'kontroll qed isir fuq l-ikel/snacks li qed jinbiegħu fil-canteens/tuck shops fl-iskejjel? Jintużaw esperti fl-ikel tajjeb biexjgħallmu t-tfal x'inhu l-aħjar għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sena l-oħra sar survey mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u d-Dipartiment ta' Servizzi għall-Istudent u Relazzjonijiet Internazzjonali). Is-survey hu msejjaħ "Imġieba għall-Ħajja Aktar b'Saħħitha fi Tfal ta' l-Iskola". Dan sar fid-29 ta' Marzu 2000 ma' tfal ta' 11, 13 u 15-il sena u ħadu sehem madwar 5,000 tfal. S'issa ma waslulniex konklużjonijiet jew rakkomandazzjonijiet. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija informat li kull kuntrattur li jmexxi Tuckshop fl-iskejjel għandu jimxi mar-regoli tal-kuntratt para 6, "X'għandu u x'Mgħandux jinbiegħ mit-Tuckshop". Jintalbu jsiru spezzjonijiet ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa. Fejn jinsabu xi irregolaritajiet dawn jiġu rranġati mill-kuntrattur u/jew mill-kap ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #22519 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isport — Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-Isport għandux xi pjan biex jipprovdi post għad-dilettanti taż-żwiemel (mhux tat-tiġrija) biex ma jkomlux jużaw toroq pubbliċi, speċjalment il-Ħadd filgħodu, b'periklu għalihom u għal min ikun għaddej?

Response (GALEA, LOUIS)

Hemm il-ħsieb li l-korsa l-antika li hemm fil-Marsa tiġi rranġata sabiex id-dilettanti taż-żwiemel, li fil-preżent qed jipprattikaw id-delizzju tagħhom fit-toroq, jibdew jużaw l-imsemmija korsa. Il-Marsa Complex Co-ordinating Board flimkien mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport qed jippjanaw biex jitfassal 'Master plan' dwar upgrading u użu aħjar tal-kumpless sportiv tal-Marsa fejn fost faċilitajiet oħra, ser ikopri korsa għad-dilettanti taż-żwiemel (mhux tat-tiġrija).
Leg 9 PQ #22520 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ċittadin iħallas il-kont tat-telefon, dawl u ilma jew xi ħlas tal-Melita Cable fl-uffiċċju tal-posta, xi ħlas jew perċentaġġ tieħu l-Maltapost f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #22521 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 kemm kien it-total ta' flus li ntlagħbu fuq: (1) il-lottu tas-Sibt; (2) fuq is-Super Five; (3) il-Lotterija Nazzjonali; (4) logħob ieħor organizzat mid-dipartiment tal-Lotto? X'kien ir-rebħ f'kull każ? Kemm kien hemm rebħ li ma ġiex imsarraf?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Lottu għadu mhux f'pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba minħabba li l-figuri għadhom qed jiġu kompilati. Barra dan kull logħba għandha ż-żmien tagħha sakemm wieħed jista jippreżenta l-biljetti biex jiġu msarrfa. Għaldaqstant risposta tkun tista' tingħata f'xi seduta oħra.

Separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000, kemm tressqu każi ġodda ta' separazzjoni miż-żwieġ quddiem il-Qrati Maltin? Minbarra l-kawżi ġodda, x'inhu n-numru pendenti ta' kawżi ta' separazzjoni ta' żwieġ? Kemm-il każ ġie deċiż fl-2000 u f'kemm minnhom ingħatat deċisjoni ta' separazzjoni? Kemm-il każ li ġie ippreżentat il-Qorti wara ġie irtirat?

Response (GATT, AUSTIN)

Matul is-sena 2000 tressqu 150 każ ġdid ta' separazzjoni miż-żwieġ fil-Qrati Maltin, 17 minnhom huma rikorsi konnessi ma' l-istess kważi. Bħalissa hemm 557 każi ta' separazzjonijiet pendenti, 95 minnhom huma rikorsi konnessi ma' l-istess kawżi. Ġew deċiżi 68 kawża ta' separazzjoni matul is-sena 2000 li minnhom kien hemm 6 rikors degretati. Matul is-sena 2000 ġew irtirati (ċeduti) 70 każ ta' separazzjoni li fosthom kien hemm 7 rikors konnessi ma' l-istess każi. Tnejn (2) minn dawn il-każi li ġew irtirati huma tas-sena 2000. Kien hemm ukoll 20 każ li ġew abbandunati (deżerti)
Leg 9 PQ #22536 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw studenti mit-tagħlim sekondarju tagħhom fl-aħħar ta'din is-sena skolastika? Jista' jagħti breakdown ta' kemm huma subien, bniet mill-iskejjel ta' l-Istat, privati u tal-knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa stmat li numru ta' studenti li se jispiċċaw sa l-aħħar ta' din is-sena skolastika huwa hekk:- Subien Bniet Total General Secondary Schools 507 738 1245 Junior Lyceums 625 1170 1795 Boys'/Girls' Schools 145 78 223 Skejjel tal-Knisja 735 589 1324 Skejjel Indipendenti 197 96 293

Karozzi tal-Linja Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-rispons tas-sidien tal-karozzi tal-linja għall-aħħar proposti tal-gvern biex jixtru vetturi ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li ġew pubblikati fil-Gazzetta tal-gvern l-ispecifications ġodda, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku għadha qed tikkunsidra r-reazzjoni uffiċjali tagħha.

Qrati — Ġurijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (a) Bħalissa kemm hemm ġurijiet pendenti? (b) Kemm-il persuna akkużata u li se tgħaddi ġuri għadha miżmuma fil-Faċilita Korretiva ta' Kordin? (ċ) Kemm huma dawk li qegħdin barra bi pleġġ? (d) Fil-kaz ta (ċ), x'inhu iż-żmien li ilhom taħt arrest preventiv u fuq liema akkużi? (e) X'inhu iż-żmien li ilhom jistennew dawk li qegħdin bi pleġġ? (f) F'dawn il-każi kollha kemm huma barranin u ta' liema nazzjonalita?

Response (GATT, AUSTIN)

a. Bhal issa hemm 42 atti ta` akkuza pendenti (gurijiet) kontra 55 persuna differenti. b. Hemm 19-il persuna li qeghdin mizmumin fil-Facilita` Korrettiva ta` Kordin li qed jistennew li jghaddu guri. c. Hemm 36 persuna li qeghda barra bi plegg. Persuna minnhom qed tinzamm arrestata in konnessjoni ma` guri u nghatat il-plegg f`guri iehor. d. L-informazzjoni ghal din id-domanda tista` tingabar mill-Facilita` Korrettiva ta` Kordin li taqa` taht id-dekasteru tal-Ministeru ta` l-Intern. e. L-informazzjoni ghal din id-domanda tista` tingabar mill-Facilita` Korrettiva ta` Kordin li taqa` taht id-dekasteru tal-Ministeru ta` l-Intern. f. Fil-kazi hawn fuq imsemmija hemm zewg Libjani, tlett Olandizi u Tunezin li nghata c-cittadinanza Maltija.
Leg 9 PQ #22513 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sena tal-Lingwi

Question

Peress li din is-sena hija s-sena tal-lingwi, jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jorganizza d-dipartiment biex iqajjem aktar il-kuxjenza, mhux biss ta' l-istudenti iżda anke ta' l-adulti, għal tagħlim tal-lingwi, kemm dik mitkellma kif ukoll dik miktuba?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta din il-ġimgħa
Leg 9 PQ #22514 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sena tal-Lingwi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xhur x' konsultazzjoni kien hemm bejn uffiċjali tad-dipartiment, kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Istat u dawk ta' l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti biex jiġi ċċelebrat kif jixraq "Is-Sena tal-Lingwi"?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kumitat Nazzjonali għas-Sena Ewropea tal-Lingwi kien kompost minn uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll rappreżentanti ta' l-Iskejjel Indipendenti u tal-Knisja, ta' l-Universita` ta' Malta u ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli ta' l-Iskola. Sar kumitat ta' l-Uffiċjali Edukattivi tal-Lingwi biex jgħinu f'din il-ħidma. Il-Koordinatur Nazzjonali għamel preżentazzjoni dwar is-Sena fis-sessjoni tas-Senior Staff Development Programm tal-bidu tas-sena skolastika 2000-1. Saret ukoll laqgħa dwar is-Sena għall-Guidance u l-PSS teachers. Intbagħtet ċirkulari lil-librara ta' l-iskejjel. Intbagħtet ċirkulari lill-Iskejjel dwar is-Sena biex barra milli tħeġġiġhom jiffukaw b'mod speċjali fuq il-lingwi matul din is-sena kif ukoll jipparteċipaw fl-attivitajiet nazzjonali, jsawru l-Programm ta' l-Iskola għas-Sena Ewropea tal-Lingwi.
Leg 9 PQ #22515 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Privati — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kif id-dipartiment beħsiebu jħaddem l-iskema biex ġenituri ta' tfal li jmorru fl-iskejjel indipendenti jieħdu xi benefiċċju kif imħabbar fl-aħħar budget?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija ta' l-istess Onor. Membru numru 22512.