Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22790 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21745, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti rendikont ta' xi tkopri t-talba ta' Lm576,543 għas-sena 2000/1? X'inhi t-talba kapitali u dik rikorrenti għal din is-sena? Kemm hemm proposti postijiet akkademiċi u mhux akkademiċi ġodda? X'kienu t-talbiet li saru sena b'sena tul it-tmexxija tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija preżenti? X'voti, sena b'sena, ingħataw għal dawn it-talbiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22794 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21544, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija kkonsultax mal-Kamra ta' l-Ispiżjara qabel ma għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu lil organi kompetenti fl-universita'? X'kien il-parir li ngħata mill-istess Kamra ta' l-Ispiżjara? Għal liema pajjiżi qed jirriferi l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija fit-tweġiba tiegħu? X'mekkaniżmu interni u esterni qed juża d-dipartiment tal-farmaċija biex jara li dan il-livell jiġi milħuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22772 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21551, jista' l-Ministru jgħid f'liema oqsma ta' tagħlim, il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jara li hemm bżonn li jikber id-dipartiment? Taħt liema fakulta' jaqa d-dipartiment tal-farmaċija? Ġie qatt imressaq mill-kap tad-dipartiment tal-farmaċija preżenti, pjan biex tinħoloq fakulta' fil-farmaċija? X'inhi l-opinjoni tiegħu dwar dan? Il-Kamra ta' l-Ispiżjara ġiet infurmata b'dawn l-istrateġiji? X'kienu l-pariri li ngħata l-kap tad-dipartimenti tal-farmaċija, kemm mill-organi kompetenti universitarji kif ukoll mill-Kamra ta' l-Ispiżjara dwar dawn l-istrateġiji?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22773 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21740, jista' l-Ministru jgħid x'jirriżulta fl-istudji li jsiru minn żmien għal żmien li qed jagħmlu l-ispiżjara wara li jiggradwaw? Liema huma dawn l-istudji li l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija qed jagħmel riferenza għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22774 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Staff akkademiku

Question

Matul l-1999 u s-sena 2000, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mill-istaff akkademiku u mhux, li applikaw għal estensjoni wara li għalqu s-61 u din l-applikazzjoni ġiet miċħuda?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22775 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21742, jista' l-Minsitru jgħid meta l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija ressaq dawn ir-rakkmandazzjonijiet għas-sena akkademika 2001-2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22777 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranaġamenti hemm maħsuba li jsiru ma' l-istudenti li għandhom id-dyslexia u joqogħdu għall-eżamijiet: (a) għad-dħul fil-Junior Lyceum; (b) tas-SEC; u (ċ) tal-MATSEC?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-problemi u l-bżonnijiet ta' min hu dyslexic ivarjaw ħafna, għalhekk mhux kull min hu dyslexic għandu bżonn l-istess arranġamenti speċjali. Dawk it-tfal li qed joqogħdu għall-eżami tad-dħul fil-Junior Lyceum jista' jkollhom: * ħin itwal: * il-possibilita` li tinqara l-karta: * il-possibilita` li l-kliem li ma jintgħarafx jiġi miktub b'biro ta' kulur differenti biex b'hekk l-eżaminatur ikun jista' jifhem il-kontenut tat-tweġiba ta' l-istudent. Dawk il-kandidati li jersqu għall-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC u li juru ċertifikat minn prikologu kkwalifikat li għandhom id-dyslexia, normalment jingħataw ħin barrani u fl-istess ħin, ma jiġux penalizzati għal żbalji ta' ortografija ħlief f'eżamijiet fil-lingwi. Madanakollu, kull każ jiġi ttrattat skond il-merti tiegħu, skond il-parir tal-psikologu u r-rakkomandazzjoni ta' kumitat imwaqqaf apposta mill-Universita`.
Leg 9 PQ #22778 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21742, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-pożizzjoni formali tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija meta l-bord tal-fakulta' rrikkmanda it-tibdiliet li diġa' seħħew?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22764 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — San Ġużepp Ħaddiem - Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara li tintlaqa' t-talba ta' l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament li qiegħed f'Form III sabiex jiġi ttrasferit mill-iskola sekondarja San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa għal raġunijiet mediċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-talba għal transfer mill-iskola San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa tat-tifel diġa` kienet qed tiġi proċessata.
Leg 9 PQ #22765 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21552, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti rendikont kemm id-departmental meeting sar fis-sena akkademika 1999-2000 u x'ġie diskuss fihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma nżammx rekord ta' kemm dipartimental meetings saru. Hemm il-faculty board li jiltaqa` formalment. Tul id-dipartemental meetings ġew diskussi il-kurrikulum, l-eżamijiet, it-testijiet, tqassim tal-kredits u l-mod kif dawn jingħataw.
Leg 9 PQ #22766 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mill-pulizija dwar rapporti ta' prostituzzjoni, kummerċ ta' drogi barra l-iskola sekondarja San Ġużepp Ħaddiem fil-Marsa u fil-bini li jmiss ma' din l-iskola?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qegħdha u ser tibqa` tagħmel ronda fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #22767 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21549, jista' l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet akkademiċi ġodda tul it-tmexxija tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija preżenti? Fiex inħolqu dawn il-pożizzjonijiet? X'talba qed titpoġġa għal postijiet akkademiċi ġodda fis-sena 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22769 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Malta/Għawdex — Beach concessions

Question

Fis-snin 1973 u1974, jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw beach concessions f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalitajiet? B'liema kundizzjonijiet? Fost dawn il-beach concessions kien hemm każi fejn kellhom bidla fil-kundizzjonijiet oriġinali? Għal liema raġuni? Kif inbidlu l-kundizzjonijiet? Hemm xi talba pendenti għal bdil fil-kundizzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-snin 1973 u 1974 id-Dipartiment tal-Artijiet ma ta l-ebda permess ta` beach concession la f`Malta u l-anqas f`Għawdex.
Leg 9 PQ #22771 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC — Studenta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġie deċiż dwar l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament li ma tħallietx tkompli din is-sena skolastika fil-kors tagħha fl-Institute of Health Care? Kif ittieħdet deċiżjoni drastika bħal din mingħajr ma kienet ingħatat xi twissija qabel? Ma ġiex ikkonsidrat li għamlet żmien ma tattendix il-kors għal raġunijiet mediċi u umani?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenta msemmija ġiet ittrattata bħal kull student ieħor ġewwa l-Institute. Peress li l-istudenta ma kienetx f'qagħda li tkopri l-modulu fit-'Trauma and Medical/Surgical Nursing' kif preskritt fir-regolamenti, l-istudenta għandha l-opportunita` li tirrepeti s-sena. Dan jgħodd għal kull student li għal xi raġuni jew oħra ma jkunx f'qagħda li jtemm dan il-modulu.
Leg 9 PQ #22757 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tidħol għal kura fl-Isptar San Luqa fis-27 ta' Jannar, 2001 issirilha l-operazzjoni meħtieġa biex jitneħħielha l-ġebel li għandha mal-marmara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma naħsibx li trattament ta` pazjent għandu jindaħal fih jew jiddeċiedi l-Ministru imma hija responsabilta` tal-konsulent involut.

Pensjoni — Żieda għal għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilu mill-1999 ma jingħata ż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja mal-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qiegħda tirċievi.
Leg 9 PQ #22759 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Riċerka

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rettur ta' l-Universita' jagħtix medja tat-talbiet imressqa mid-dipartimenti universitarji għas-sena 2000/1? X'inhu l-medju tat-talba kapitali u rikorrenti? Liema huma l-akbar voti dipartimentali li qed jingħataw lin-naħa tax-xjenza? X'riċerka qed issir minn dawn id-dipartimenti F'liema ġurnali internazzjonali ġiet ippublikata din ir-riċerka?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinstab akkomodazzjoni xierqa għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li għandha diżabilita', u li toqgħod f'post żgħir u umdu flimkien maż-żewġt itfal tagħha ta' 14 u 13-il sena? Jista' jiġi kkonsidrat il-fatt li din il-persuna hija marida serjament u l-umdita' qawwija fejn ilha toqgħod għal dawn l-aħħar sitt snin qed tkun ta' periklu kontinwu għal saħħitha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-każ qiegħed jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #22761 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex it-tifla mill-Pieta' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tattendi Form II fl-iskola Fra Diego Bonanno, il-Marsa jkollha t-trasport ipprovdut lilha mid-dar għall-iskola kif inhi intitolata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti minn tal-Pieta` jattendu l-iskola Tereza Nuzzo l-Ħamrun fejn hemm provdut it-trasport. Il-ġenituri ta' l-istudenta msemmija talbu huma biex it-tifla tagħhom tibdel l-iskola u aċċettaw li tmur l-iskola Fra Diego Bonanno għalkemm intqalilhom li trasport għall-iskola Fra Diego Bonanno mill-Pieta` mhux provdut peress li l-Pieta` m'hix fil-'Catchment Area' ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #22762 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Taqsima Proprjeta' tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa mat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern dwar il-każ imqajjem mill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar skular ta' ilma mill-flat ta' fuqu li qed iħassarlu soqfa u ħitan? Jistgħu jittieħdu l-passi kollha minħabba l-ħsara li qed tkompli ssirlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed jieħu passi legali kontra l-inkwilin konċernat biex dan isewwi l-ħsarat.