Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 u 2001 s'issa kemm kien hemm diretturi li rtiraw bl-eta' mill-ħatra tagħhom fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Min kienu? Kemm minn dawn kien hemm li ngħataw estensjoni tas-servizz? Min kienu? Kemm minn dawn żammew il-poter li jonfqu mill-budget tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Min huma? Liema line items għandhom awtorizzazzjoni jonfqu minnhom? X'nefqiet għamlu minn dawn il-line items fis-sena 2000 u 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Kien hemm żewġ diretturi li rtiraw bl-eta` mill-ħatra tagħhom fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn kienu Ms Carmelina Debono u Mr Joseph Sammut. Ħadd minnhom ma ingħata estensjoni tas-servizz u ħadd ma żamm il-poter li jonfoq mill-budget tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 22514, jista' l-Ministru jgħid kemm-il guidance and PSS teachers attendew għal-laqgħa dwar is-sena Ewropea tal-Lingwi?
Kien hemm mill-iskejjel tal-Knisja u indipendenti? Jekk fl-affermattiv, kemm attendew minn dawn l-iskejjel? Min liema skejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ntbagħtet ċirkulari lill-iskejjel kollha, Statali, tal-Knisja u Indipendenti.
Attendew 110 Guidance Teachers li numru minnhom jgħallmu wkoll il-PSE.
95 kienu mill-Iskejjel ta' l-istat.
16 kienu mill-Iskejjel tal-Knisja
1 minn Skola Indipendenti.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21549, jista' l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet akkademiċi ġodda tul it-tmexxija tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija preżenti? Fiex inħolqu dawn il-pożizzjonijiet? X'talba qed titpoġġa għal postijiet akkademiċi ġodda fis-sena 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li nħolqu sitt postijiet akkademiċi ġodda tul it-tmexxija tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija. Il-postijiet inħolqu fil-farmaċija prattika, fil-farmaċija farmacokimika u fil-farmaċeutika. It-talba hija għal tlett postijiet ġodda fis-sena 2001.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22020?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-uniku tibdil li kien hemm minn Settembru 1998 sallum fil-policy dwar il-flus li jinġabru mid-dħul tal-pensjoni u depożitu fil-bank ta' l-anzjani li joqgħodu fir-Residenza San Vinċenz de Paule, huwa dak stipulat fl-Avviż Legali Nru 59 u 60 tas-sena 2000.
Filwaqt illi għas-sena 1999, inġabret is-somma ta' Lm502,089, għas-sena 2000 huwa stmat li għandu jinġabar Lm964,591.68. Id-dħul għas-sena 2001 ma jistax jiġi kkalkulat qabel ma r-residenti f'SVPR jissottomettu d-dikjarazzjoni tad-dħul tagħhom għal dik is-sena.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21523, jista' l-Ministru jgħid il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jikkonfermax jekk il-prattiċi tal-laboratorji fil-kimika farmaċewtika twaqqfux kompletament? Kien hemm xi prattiċi tal-laboratorji oħra li twaqqfu? X'kienet in-nefqa fuq il-prattiċi fis-sena akkademika 1999-2000? X'intalab bħala nefqa fuq il-prattiċi għas-sena akkademika 2000-2001? X'taħriġ qed jieħdu l-istduenti fil-postijiet tax-xogħol? Fuq liema bażi jiġu magħżula n-nies li jagħtu dan it-taħriġ? Xi kwalifiċi għandhom dawn in-nies? Xi kwalifiċi għandhom ikollhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Prattiċi fil-klinika farmaċewtika qed jiġu reveduti u mmodernizzati. In-nefqa fuq il-prattiċi fis-sena 1999-2000 kienet dik ta' salarji u overheads. Saret ekonomija biex ma jsirx ħela u jintuża materjal li jista' jintuża mingħajr ma jinxtara materjal ġdid. In-nefqa għal laboratorji li ntalbet fis-sena 2001 hija ta' madwar Lm300,000. It-taħriġ huwa kemm jista' jkun possibli simili għax-xogħol li wieħed ikun jagħmel meta jigradwa. It-taħriġ fuq ix-xogħol li qed jieħdu l-istudenti tal-farmaċija huwa fl-industrija, fil-kommunita` u fl-isptarijiet u fil-laboratorji. In-nies li jagħtu dan it-taħriġ jiġu magħżula fuq il-bażi li jixtiequ jagħtu dan it-taħriġ u li huma jipprattikaw dak ix-xogħol fejn hu possibli. Il-kwalifiċi li normalment huma meħtieġa biex jagħmlu dan ix-xogħol hu li jkunu "Practitioners" jekk jista' jkun "Pharmacist practitioners" jiġifieri li jipprattikaw il-professjoni tagħhom, jekk jista' jkun bil-warrant ta' spiżjar.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21553, jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonfermax il-kap tad-dipartient tal-farmaċija illi erba' minn ħames visti kienu bħala stedina? Għaliex intalbu l-flus mingħand l-Academic Works Resources Fund għal dawn l-istedini? Fuq liema bażi intalbu flus lill-International Office u s-Socrates Offices? Jista' l-Kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti rendikont sħiħ tat-talbiet li ressaq u n-nefqa ta' kull żjara li għamel tul is-sena 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi l-iskola sekondarja tal-bniet Nuzzo tal-Ħamrun ingħatat permess tmur għal tmien xhur l-Awstralja? Min ħareġ il-permress lil din it-tifla? Lil min intalbu l-permessi meħtieġa? Min talab il-permessi meħtieġa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenta li dwarha qed issir il-Mistoqsija ġiet mogħtija l-permess peress li kienet ser takkompanja lil ommha l-Awstralja.
Il-permess intalab mill-omm li għandha sew il-kura u l-kustodja legali kif ukoll il-'patria potestas' tat-tifla.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tunellaġġ ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija bħalissa? Jista' jgħid kemm ġew reġistrati għall-ewwel darba s-sena li għaddiet? Jista' jgħid kemm tneħħew mir-reġistru marittimu Malti: (a) volontarjament; (b) għax tneħħew mill-Awtorita' Maltija?
F'każ ta' (b) għal liema raġunijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' bastimenti, inklużi pleasure yachts, reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili fil-31 ta' Diċembru 2000 kien ta' 3051 b'tunellaġġ gross totali ta' 28,373,386.
Matul is-sena 2000 ġew reġistrati 476 il-bastiment b'tunellaġġ gross totali ta' 5,826,062.
Matul din l-istess sena 613 il-bastiment ma baqgħux iktar reġistrati. Ir-reġistrazzjoni ta' 270 minn dawn ġiet mitmuma skond l-artiklu 29 ta' l-Att għal raġunijiet diversi li jinkludu nuqqas ta' tiġdid taċ-ċertifikat ta' resġistrazzjoni u nuqqas ta' tħaris tal-providimenti tal-liġi speċjalment għal dak li jirrigwarda l-livelli meħtieġa skond id-diversi konvenzjonijiet internazzjonali.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21549, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħtix ir-raġunijiet għaliex staff mhux akkademiku, bħal lab officers II, qed jiġu mistqosija biex jagħtu servizz akkademiku? Kemm ilu jintalab dan is-servizz akkademiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21549, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija, jagħtix in-numru ta' lab officers II li ntbagħtu fuq studju post-graduate? Jista' jagħti wkoll ir-raġunijiet għaliex dawn il-lab officers II intbagħtu fuq studju akkademikuj post-graduate? Dan l-istudju akkademiku huwa parti mid-dmirijiet li l-lab officers II ġew impjegati għalih?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21545, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jgħidx liema huma dawn l-universitajiet ta' reputazzjoni? Ma' min qed isiru l-konsultazzjonijiet estensivi? Għaliex il-Kamra ta' l-Ispiżjara ma ġietx ikkonsultata qabel ma tressaq is-suġġeriment quddiem is-Senat? Meta għandu l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jara li jkun hemm konsultazzjoni mal-Kamra ta' l-Ispiżjara?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tinfetaħ ambaxxata fl-Olanda? Meta? Min se jkun l-ambaxxatur?
Response (BORG, JOE)
Gie deċiż li tinfetaħ Ambaxxata fl-Olanda matul din is-sena.
L-Ambaxxatur Adrian Strickland, li għadu kif ipprezenta l-kredenżjali tiegħu bħala Ambaxxatur mhux residenti fl-Olanda, mistenni li jinħatar Ambaxxatur residenti f'The Hague.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Kamra ta' l-Ispiżjara ġiet mistiedna formalment għal konsulti fis-sena akkademika 1999-2000 mill-kap tad-dipartiment tal-farmaċija? X'kien diskuss f'dawn il-laqgħat? X'kien il-qbil u n-nuqqas ta' qbil fl-opinjoni tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex l-istudenta li isimha u d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tattendi l-Junior Lyceum Maria Reġina tingħata l-għajnuna meħtieġa minħabba l-kondizzjoni tagħha?
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21743, jista' l-Minstru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħtix rendikont tal-programmi fuq il-media li ħa sehem fihom fis-sena ta' ħidma 1999-2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21743, jista' l-Ministru jgħid il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħti rendikont ta' school visits li saru minnu fl-iskejjel, inkluż il-junior college, matul is-sena li għaddiet? Jista' jagħti wkoll rendikont ta' councellors li laqqa' miegħu, jew laqa' għandu matul is-sena li għaddiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 21741, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jagħtix in-numru oriġinali ta' dħul ta' studenti minn mindu laħaq kap ta' l-istess dipartiment?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.