Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qed tiġi mitluba tagħti lura Lm 200 lir-Revenue Office, Department of Health, 15, Merchant Street, Valletta?
Jekk jirriżulta li l-persuna hija obbligata tħallas din is-somma konsiderevoli fi żmien qasir, jista' jsir arranġament biex tħallasha fuq medda itwal miż-żmien li ngħatat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament kienet bdiet kors ta` "Diploma in Radiography" u ma komplitx. Għalhekk għandha tirrifondi lura LM200 bħala parti minn LM400 li kienet ingħatat bħala "Grant".
Dan l-ammont jista` jitħallas lura fi zmien sena permezz ta` pagamenti kull xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ntgħażlu biex isiru assistenti kapijiet fl-iskejjel u qegħdin jistennew fil-lista biex jintbagħtu f'xi skola?
Kemm minnhom huwa stmat li se jilħqu jiddaħħlu qabel il-lista tal-magħżulin tkun skadiet għax għadda ż-żmien stipulat minn fuqha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa issa laħqu 46 assistent kap tal-Primarja u 43 tas-Sekondarja.
L-applikanti għall-Primarja kien hemm 100 u għas-Sekondarja kien hemm 156.
Il-lista tas-Sekondarja skadiet fid-29 ta' Jannar 2001. Dik tal-Primarja tiskadi f'Settembru, 2001.
Fil-Primarja hemm 4 assistenti kapijiet li ser jagħlqu l-61 sena u 2 li se jagħlqu s-60 sena. Dawn ta' l-aħħar għandhom id-dritt li jibqgħu sal-61 sena.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti ġodda fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li se jiddaħħlu fis-sena skolastika (2001/02)?
X'konsultazzjonijiet saru/qed isiru mill-awtoritajiet ta' l-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Pjan Strateġiku għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu, jaħseb għall-proċess li jindirizza deċiżjonijiet bħal din ta' dħul ta' suġġetti ġodda. L-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti se jkunu rappreżentati f'dan il-proċess.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22797?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istaff mhux akkademiku jagħti servizz akkademiku meta dawn ikunu jistgħu u jixtiequ u dan ikun ta' fejda lil studenti u lill-istaff stess. Kull membru mhux akkademiku jiġi mistieden jagħmel dan sa mill-bidu ta' l-appointment tiegħu meta dan ikun ta' ġid u ta' fejda lil kulħadd.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22800?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' lab officers li għamlu jew qed jagħmlu studju post graduate huma 5. Ir-raġuni li dawn il-laboratory officers għandhom jew qed jagħmlu dan l-istudju hi li l-Kap tad-dipartiment tal-Farmaċija u ħafna oħrajn dejjem inkoraġixxew u taw l-għajnuna umanament possibbli anke b'sagrifiċċji kbar biex anke l-istaff mhux akkademiku ikompli jistudja kemm jixtieq u kemm hu possibbli u kemm hu kapaċi. L-istudji kollha li saru jgħinu fid-dmirijiet ta' l-impjegati msemmija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22802?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universitajiet fir-Renju Unit kollha qed jagħtu M.Pharm. u l-maġġoranza ta' dawn huma universitajiet ta' reputazzjoni. Il-konsultazzjonijiet qed isiru ma' l-istudenti, l-istaff akkademiku, mad-dekan, mar-Rettur, u ma' min juri x-xewqa. M'huwiex stabbilit formalment kif u meta u f'liema stadju u minn min għandhom isiru xi konsultazzjonijiet formali mal-Kamra ta' l-Ispiżjara. Kienu l-istudenti li nsistew u għadhom jinsistu mal-Kap tad-Dipartiment biex dan jinsisti li dan l-avvanz li huma jaħsbu li hu msitħoqq lilhom iseħħ. Huwa l-Faculty Board li ressaq is-suġġeriment formalment quddiem is-Senat u li għandu d-dmir u l-obbligu li jagħmel atti bħal dawn fejn jidhirlu li hu xieraq u sewwa. M'hemm xejn li jżomm lill-Kamra ta' l-Ispiżjara li tikteb ir-rakkomandazzjonijiet tanġibbli u pożittivi lil kull min tixtieq.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22805?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru ħafna taħditiet informali u kordjali. Iż-żewġ naħat jixtiequ l-aħjar għal professjoni. Ma jidhirx li hemm nuqqas ta' qbil sostanzjali fl-opinjoni tal-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija mal-membri tal-Kamra. Id-diskussjonijiet dejjem isiru dwar kif l-ispiżjar jista' jagħti servizz aktar ta' fejda lill-pazjent u lill-komunita` u kif jista` jiġi mħarreġ aħjar għal dan l-iskop. Dejjem hemm lok għal titjib u avvanz fil-professjoni u għal aktar diskussjoni. M'hemm xejn li jżomm lill-Kamra ta' l-Ispiżjara li tikteb ir-rakkomandazzjonijiet tanġibbli u pożittivi lil kull min tixtieq.
Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet l-Awtorita' tat-Turiżmu biex tinforma lit-turist bil-bdil fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-pompi tal-petrol? X'informazzjoni tingħata lit-turist li meta jkunu magħluqa il-pompi, hemm minn għandu tagħmir awtomatiku? Kif titwassal lit-turisti?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li mhuwiex normali li l-MTA xxandar informazzjoni bħal dik li dwarha qed jistaqsi l-Onor. Interpellant. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb sew mill-Information Offices tal-Awtorita’ kif ukoll minn uffiċini u garaxxijiet ta’ kumpaniji li jikru vetturi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pompi tal-petrol li għandhom pompi awtomatiċi li b'hekk il-konsumatur jkun jista' jixtri il-petrol minnhom meta jkunu magħluqa? Fejn jinstabu f'Malta u f'Għawdex?
X'informazzjoni tingħata mill-Enemalta lit-turisti dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-pompi u dwar dawk li huma awtomatiċi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-preżent hawn 58 pompa tal-petrol f’Malta u 9 f’Għawdex li għandhom pompi awtomatiċi.
F’Malta, dawn jinsabu f’Ħal Lija, in-Naxxar, Blata l-Bajda, Ħal Luqa, Birkirkara, Bir id-Deheb, il-Mosta, il-Kappara, il-Marsa, il-Gżira, ir-Rabat, iż-Żurrieq, Raħal Ġdid, Santa Venera, San Ġiljan, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Floriana, Ħal Tarxien, Ħal Qormi, is-Siġġiewi, l-iMsida, il-Fgura, tas-Sliema, Ħaż-Żebbuġ, Saint Andrews, il-Gudja, Ħal Safi, iż-Żejtun u Ħ’Attard, mentri f’Għawdex dawn qiegħdin ix-Xewkija, ir-Rabat, l-iMġarr, Għajnsielem u x-Xagħra.
Mhuwiex il-kompitu tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħti lit-turisti informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-pompi tal-petrol.
Jista' l-Ministru jgħid x'igħidu r-regolamenti dwar il-provvisjoni ta' l-ilma lill-pubbliku f'night clubs u f'postijiet oħra ta' divertiment?
Kif qed jiġi żgurat li dan isir?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma hemmx regolamenti dwar dan is-suġġett. Pero` fuq talba tal-Kunsill tas-Saħħa, liċenzji tal-pulizija għal discotheques u party halls jinħarġu bil-kundizzjoni li jrid ikun hemm minn lanqas żewġ drinking fountains aċċessibli b`xejn għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux spezzjonijiet minn membri tal-korp tal-pulizija u/jew il-Protezzjoni Ċivili f'night clubs u postijiet ta' divertiment biex jkun żgurat li l-vitien ta' l-ilma u l-flushings tat-toilets jaħdmu regolarment u ma jingħalqux mis-sidien waqt li eluf ta' nies jkunu qed jiddevertu?
Kien hemm xi rapporti dwar xi nuqqas f'dan is-sens?
Matul is-sena 2000 u fl-2001 s'issa saru xi spezzjonijiet? X'instab?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23181 f`din l-istess Seduta, ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kelliex ilmenti dwar dan.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22516 dwar assenteiżmu fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma tirriżultax sistema uniformi ta' ġbir ta' din l-istatistika li tapplika għall-iskejjel kollha - Stat, Knisja u Indipendenti - sibtha diffiċli nagħti t-tagħrif b'mod li jinftiehem u li jkun ġust ma' kulħadd. Tajt struzzjonijiet biex jinstab tarf serju ta' din il-kwestjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti ġodda elenkati fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li ġew introdotti f'din is-sena skolastika?
Id-dipartiment sodisfatt bil-progress li sar dwar id-dħul ta' suġġetti ġodda din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena ma daħal ebda suġġett ġdid minn dawk elendati fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.
Din is-sena qed issir preparazzjoni għall-introduzzjoni ta' dawn is-suġġetti ġodda.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22782?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru oriġinali ta' dħul ta' studenti huwa:
Sena Numru ta' Dħul
1990 79
1992 89
1994 73
1995 38
1996 29
1997 53
1998 39
1999 68
2000 72
Total 540
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22780?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jinżammx rendikont għall-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. Iżda ninsab informat li matul is-sena 1999 - 2000 il-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija għamel kemm intervisti fuq in-NET Television, fuq porgrammi fuq il-PBS, fuq is-Super One Television u mistieden tal-Professur Anġlu Psaila fuq programm dwar is-saħħa fuq Super One Radio.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22779?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f-Ottubru u f'Novembru it-tabib li qiegħed jikkura lit-tifla talab lill-Kap ta' l-Iskola tinforma lill-għalliema dwar il-kundizzjoni ta' l-istudenta. Għalkemm il-Kap ta' l-Iskola ħadet il-passi meħtieġa l-istudenta baqgħet assenti. Qabel il-vaganzi tal-Milied l-istudenta msemmija attendiet ġurnata waħda, biss ma setgħetx tibqa' l-iskola minħabba l-kundizzjoni tagħha.
Fit-22 ta' Jannar din l-istudenta reġgħet attendiet iżda wara żewġ lezzjonijiet talbet biex tmur id-dar.
Waqt li l-iskola qegħda tipprova tilħaq lill-istudenta billi tibgħatilha xi xogħol, qegħdin ukoll isiru arranġamenti biex tingħata tagħlim id-dar.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex ikun hemm zebra crossings li jidhru u bi dwal adegwati f'St. Paul's Street qabel it-triq tal-Għargħur fin-Naxxar peress li hija traffikuża ħafna u saret perikoluża għan-nies li jużaw it-triq u jkunu qed jaqsmu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-upgrading li qed isir fl-inħawi jinkludi zebra crossings.
Jista' l-Ministru x'kien l-ammont ta' flus li l-Pixxina Nazzjonali kellha tagħti lill-kredituri tagħha fl-31 ta' Diċembru, 2000? Liema kienu l-kredituri prinċipali u kemm kellhom jieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont dovut lill-kredituri tal-Pixxina Nazzjonali fil-31 ta' Diċembru, 2000 kien ta' Lm79,033.
Fost dawn kien hemm:
Lm
Water Services Corporation u Enemalta 34,450 (minn Nov. '97)
Bad Boy Cleaners Co. Ltd 6,772
Mark Cassar (Fuel Supplies) 16,906
Arjakon 1,095
CTB Ltd 1,368
Elesolar 1,231
Gordon Ellul 2,489
MPS Ltd 3,840
Saint Springs Ltd 1,500
Uħud minn dawn kienu għall-ispejjeż kapitali, u ġew meqjusa bħala investiment għall-futur.