Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24166 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PE

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi nru. 23590, jista' jgħid kif se jiġi mgħallem il-P.E. bħala suġġett akademiku jiġifieri fuq liema linji? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sillabu? F'liema klassijiet se jiġi mgħallem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Edukazzjoni Fiżika se tibqa' suġġett 'core' bħal ma kienet s'issa. Iżda minn Settembru 2001 se tkun tista' tittieħed ukoll bħala 'option' fil-Form 3 tal-Junior Lyceum u minn Settembru 2002 fil-Form 4 ta' l-Iskola Sekondarja. Dan ifisser li l-istudenti li jagħżlu l-E.F. fil-Junior Lyceum ikollhom ħames lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-Forms 3, 4 u 5 u l-istudenti li jagħżlu l-E.F. fl-Iskola Sekondarja ikollhom sitt lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-Forms 4 u 5. L-Edukazzjoni Fiżika bħala suġġett 'core' għandu l-għan li jsostni l-edukazzjoni 'ħolistika' billi f'kuntest ta' esperjenzi prattiċi edukattivi jgħinu fl-iżvilupp fiżiku, intelletwali u affettiv. Il-programm jibni fuq l-iżvilupp ta' 'movement concepts and skills' b'waqtiet ta' riflessjoni u kerattivita`, f'kuntest ta' logħob li jrawwem ħiliet soċjali. Il-programm ta' E.F. fil-primarja u fl-ewwel snin ta' l-edukazzjonij sekondarja għandu wkoll iservi ta' bażi għal dawk l-istudenti li 'l quddiem ikunu jixtiequ japprofondixxu s-suġġett u jeħduh bħala 'option'. L-Edukazzjoni Fiżika bħala 'option' se jibqa' fil-qofol tiegħu suġġett prattiku. Iżda ikollu wkoll komponent ta' teorija. Fih l-istudenti ingħataw esperjenzi u opportunitajiet biex jiżviluppaw, b'mod iktar wiesa' u fond, ħiliet, tagħrif u attitudnijiet pożittivi. L-E.F. bħala 'option' tħejji lill-istudenti biex fl-aħħar tal-Form 5, ikunu jistgħu jersqu biex jieħdu Secondary Education Certificate fis-suġġett. Fis-sillabu tas-SEC, u għaldaqstant ta' l-'option', fir-rigward tat-taqsima tal-prattika, l-istudent se jkollu jagħżel tlieta minn erba' 'Areas of Activity', li huma (s) Games (b) Gymanstics and Dance (c) Athletics (d) Swimming. F'dawn l-'Areas of Activity' l-istudent irid juri ħiliet waqt li l-'coursework' ('portfolio') se jkun xhieda ta' attitudnijiet pożittivi. Fit-taqsima tat-teorija, l-istudent se jistudja dwar: (a) Movement and Physical Activity (b) Health-Related-Fitness (c) Sport in Society. It-testbook suġġerit huwa 'Examining Physical Education - K. Bizley. Is-Sillabus Panel nominat mill-MATSEC Board ħejja abbozz ta' sillabu għal dawk li jieħdu l-'P.E. option'. Dan is-sillabu qed issa għand il-MATSEC Board biex ikun dan il-Board jagħmel il-proposti tiegħu qabel mas-sillabu jkun ippublikat. Huwa ppjanat li dan ix-xogħol jitlesta fi ftit ġimgħat oħra u għaldaqstant imbagħad inkun nista' nqiegħed kopja tas-sillabu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta persuna titkeċċa mill-Qrati Maltin minħabba xi ksur ta' liġi min jħallas għall-passaggi? Matul din is-sena s'issa kemm tkeċċew minn pajjiżna? Ta' liema nazzjonalita? Jekk jħallas il-Gvern Malti, kemm swew il-passaġġi? Matul is-sena 2000, x'kienu in-numru li tkeċċew mill-Qrati Maltin? Kemm swew lil Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Talbiet ghall-estradizzjoni ta` nies isiru lill-Qorti mill-Pulizija. Meta tali talbiet jigu akkordati, tkun il-Pulizija stess li tiehu hsieb l-estradizzjoni taghhom. Ghaldaqstant nissuggerixxi li din il-mistoqsija tigi ndirizzata lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #24233 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Anzjani

Question

B'referenza għall-ittra annessa jfisser li l-impjegata issa ġiet aġġornata fil-lista ta' l-anzjanita' u qed tirkupra s-snin li tilfet s'issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa għaddejja korrispondenza mal Public Service Commission u l-Management and Personnel Office dwar l-ittra u d-data tal-ħatra tal-persuna indikata bħala Kindergarten Assistant. Sa issa, risposta finali għadha ma waslitx.
Leg 9 PQ #24157 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irciviex ir-rapport li kien qed jistenna mingħand l-iskejjel indipendenti jew għaqda li tirrapresentahom biex imbagħad tiġi stmata l-għajnuna li se tingħata lill-ġenituri? Jista' jgħid jekk hux sodissfatt bir-rapport? Dan ir-rapport se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, irċevejt ir-rapport imsemmi. Ir-rapport janalizza s-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-iskejjel konċernati u jikkonferma r-raġunijiet għall-għajnuna finanzjarja, iżda m'hux speċifiku dwar modi ta' kif huma jaħsbu li għandha tingħata l-għajnuna li qed tiġi offruta mill-Gvern. Il-Ministeri tal-Finanzi u ta' l-Edukazzjoni flimkien issa qed ifasslu proposta konkreta għat-tqassim tal-vot allokat fl-Esitimi għal din is-sena. Meta jkun iż-żmien porpizju nikkonsidra jekk inpoġġix jew le r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24158 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ħabsin Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa f'liema pajjiżi hemm Maltin miżmuma f'ħabsijiet? Fuq liema akkużi huma miżmuma dawk li għadhom mhux qed iservu sentenza? Kemm hemm li qed iservu sentenza u biex kienu akkużati? Kollha għandhom aċċess għall-consular officials ta' Malta?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24158, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Applikazzjoni — Telecare

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23244, tista' l-applikazzjoni għal telecare li hawn annessa tiġi kkunsidrata urġentement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni annessa mal-Mistoqsija ġiet riferuta lit-taqsima konċernata u ser tiġi kkunsidrata b'mod urġenti.
Leg 9 PQ #24160 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Puschka / Pescatore

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23685, is-sid segwa l-ordni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex fi żmien 15-il ġurnata jneħħi x-xogħol skond ECF 76/01? Meta ġiet segwita?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet li saru wara l-ħruġ ta` l-Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 76/01 (rigward kostruzzjoni ta` pilastri bil-bricks, travi tal-injam u frames tal-ħadid u ħġieġ) li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, ġie nnotat illi saru xi xogħlijiet oħra, u konsegwentement, fit-8 ta` Frar 2001, is-sid ġie ordnat biex fi żmien 15-il-ġurnata ineħħi x-xogħol li kien sar wara l-ħruġ ta` l-imsemmi Avviż. Dak ix-xogħol li sar wara l-ħruġ tal-Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq tneħħa mis-sid stess fil-21 ta` Frar 2001, u dan ġie konfermat wara spezzjoni minn uffiċjal tas-Sezzjoni ta` l-Infurzar. Sadanittant saret applikazzjoni sanatorja, PA 0598/01 sabiex dik it-tinda li kienet bdiet tinbena u twaqqaf il-bini tagħha tiġi ssanata.
Leg 9 PQ #24161 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xhur sarx xi xogħol biex jitneħħa r-radam li qed jidfen inħawi sħaħ f' Delimara? (Ara mappa mibgħuta separatament). Jista' jgħid jekk sarx xi xogħol biex jissewwew ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi u jitħawlu siġar ġodda flok dawk imqaċċtin u vandalizzati? Hemm xi ħsieb li jsir dan ix-xogħol? Jekk iva, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kwestjoni msemmija qiegħda f'idejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #24162 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif f'mistoqsija preċedenti qal li ma ġewx impjegati nies ġodda mal-pixxina nazzjonali, meta ftit ilu ġie impjegat messenger/driver mac-Chairman? Meta ġiet impjegata din il-persuna? Dan iddaħħal wara sejħa mill-ETC? X'inhi l-paga li jitħallas? Minn liema raħal/belt hi din il-persuna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Membru ġie mpjegat wara li weġibt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23271 fejn kont għidt li ma kienux ġew ingaġġati nies ġodda mal-Pixxina Nazzjonali. Din il-persuna ġiet impjegata b'effett mit-12 ta' Frar 2001 wara li nkiseb il-permess meħtieġ tal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ. Din il-persuna, li hija minn Raħal Ġdid u li ġiet impjegata fuq bażi temporanja/każwali, titħallas bir-rata ta' Lm1.65 fis-siegħa.
Leg 9 PQ #24151 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Xorb Alkoholiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna taħt is-sittax (16) il-sena tistax tixtri xorb alkoholiku minn postijiet li mhumiex ikkunsidrati bħala postijiet ta' divertiment eż. grocers? Jaf li dan l-aħħar qed jiżdied in-numru ta' żgħażagħ li qed jixtru flixken tal-inbid irħis mill-grocers qabel ma jidħlu fiz-zoni fejn jinstabu il-bars, discos eċċ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bejgħ ta` inbejjed, birra jew likuri spiritużi lil persuni taħt is-sittax-il sena huwa projbit biss minn ħwienet liċenzjati għall-bejgħ bl-imnut ta` nbejjed, birra jew likuri spiritużi.
Leg 9 PQ #24152 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sorveljanza f'Zoni ta' Divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax il-kummissarju tal-pulizija jara li issir aktar sorveljanza f'zoni ta' divertiment bħal f'Paceville, Wied il-Għajn u f'Buġibba fejn qed jkun hemm rapporti ta' żgħażagħ taħt is-sittax (16) il-sena li jkunu fis-sakra fit-toroq? Tista' l-pulizija tara wkoll li ma jitħallewx nies, kbar u żgħar jiġġerrew mat-toroq ta' dawn il-postijiet bi flixken tal-inbid, birra eċċ f'idejhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tibqa` tagħmel sorveljanza fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll f`lokalitajiet l-aktar frekwentati matul ix-xhur tas-sajf, sabiex kemm jista` jkun ma jkunx hemm abbużi. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi mhux projbit li persuna tixrob fit-triq, sakemm din ma tkunx qed tikkommetti xi kontravenzjoni oħra.
Leg 9 PQ #24153 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1995 sal-15 ta' Frar ta' din is-sena, sena b'sena - kemm il-persuna tressqet il-Qorti talli biegħet l-alkohol f'bars u postijiet oħra ta' divertiment lil żgħażagħ taħt is-sittax (16) il-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001* - - 1 6 4 1 - *sal-15.02.01
Leg 9 PQ #24154 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Bejgħ ta' Sigaretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 u s-sena 2000, kemm-il persuna tressqet il-qorti talli biegħet sigaretti lil tfal taħt is-sittax (16) il-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1995 u l-2000, ma tressqet il-Qorti l-ebda persuna dwar l-offiżi li rrefera għalihom fil-Mistoqsija tiegħi l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #24155 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm kien hemm imwiet li l-kawża prinċipali tagħhom kien it-tipjip? Kemm kienu nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet fis-sena 2000 u li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 360.8 jew 361 mewt. Fin-nisa biss dawn ammontaw għal 121 mewt. Dawn il-figuri inħaddmu kif muri fit-tabelli ta' hawn taħt: FOR BOTH GENDERS: Cause of death ICD-10 codes Total no. of deaths % advised by WHO 90% of deaths from cancer of trachea/bronchus/ lung C33-C34 120 90% = 108.0 75% of deaths from chronic bronchitis/ emphysema J40-J44 89 75% = 66.8 25% of deaths from ischaemic heart disease I20-I25 744 25% = 186.0 FEMALES ONLY: Cause of death ICD-10 codes Total no. of deaths % advised by WHO 90% of deaths from cancer of trachea/bronchus/ lung C33-C34 25 90% = 22.5 75% of deaths from chronic bronchitis/ emphysema J40-J44 20 75% = 15 25% of deaths from ischaemic heart disease I20-I25 334 25% = 83.5 Il-persentaġġi li ntużaw huwa dawk kif rakkomandati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #24156 Sitting 514 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Skejjel Indipendenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li nhar il-ġimgħa, 16 ta' Frar, iltaqa ma' kapijiet tal-iskejjel indipendenti? Jista' jgħid jekk din il-laqgħa kienetx dwar l-għajnuna li l-Gvern se jagħti lill-ġenituri li jibgħatu it-tfal f'dawn l-iskejjel?

Response (DALLI, JOHN)

Nikkonferma li saret laqgħa ma' kapijiet ta' skejjel indipendenti. F'din il-laqgħa ssemmiet l-għajnuna li l-Gvern se jagħti lill-ġenituri li jibgħatu i-tfal f'dawn l-iskejjel.
Leg 9 PQ #22521 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 kemm kien it-total ta' flus li ntlagħbu fuq: (1) il-lottu tas-Sibt; (2) fuq is-Super Five; (3) il-Lotterija Nazzjonali; (4) logħob ieħor organizzat mid-dipartiment tal-Lotto? X'kien ir-rebħ f'kull każ? Kemm kien hemm rebħ li ma ġiex imsarraf?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'ghandi xejn xi nzied mar-risposta li tajt fil- mistoqsija parlamentari numru 22460.
Leg 9 PQ #23973 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Roman Villa/Ħaġar Qim

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi staff hemm u f'liema grad huma dawk li jieħdu ħsieb ir-Roman Villa? Kemm żaruha fl-aħħar sena? Xi staff hemm u f'liema grad huma dawk li jieħdu ħsieb Ħaġar Qim? Kemm żaruh fl-aħħar sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat kif ġej: Fil-Mużew ta' l-antikitajiet Rumani hemm jaħdmu Museum Officer u servizz ta' watchman kuljum. Hemm ukoll stazzjonat, b'responsabilitajiet differenti, Museum Officer ieħor li għandu l-inkarigu li jieħu ħsieb Ta' Ħaġrat, Skorba, San Pawl Milqi u Għajn Tuffieħa. Fl-aħħar sena 66,427 viżitaturi żaru dan il-Mużew. F'Ħaġar Qim hemm jaħdmu Kustodji u Gwidi kif ukoll ħames wardens illi jieħdu ħsieb l-Imnajdra ukoll. Fl-aħħar sena 136,654 viżitaturi żaru Ħaġar Qim.
Leg 9 PQ #23974 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Museum Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm museum officers allokati f'Malta u f'Għawdex? Fejn huma ppustjati u f'liema siti ta' Malta u Għawdex? Kemm hemm f'kull sit? Kemm hemm siti u liema huma mingħajr museum officers? Kemm hemm siti fejn hemm iżjed minn museum officer wieħed? B'liema kriterji ġew allokati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Malta u Għawdex hemm 24 Museum Officers. Dawn huma ppustjati fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija, fil-Mużew ta' l-Arti, fil-Mużew Marittimu, fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, fil-Mużew tal-Gwerra, fl-Armerija, fil-Hypogeum, fit-Tempji Neolitiċi Tarxien, f'Għar Dalam, fil-Mużew ta' l-Istorja Naturali u fil-Katakombi ta' San Pawl, Rabat u fir-Roman Villa. Fis-siti ta' Ħaġar Qim u Imnajdra ma hemmx Museum Officer. Ma hemmx siti b'iżjed minn Museum Officer wieħed barra r-Roman Villa fejn hemm tnejn persss li wieħed jieħu ħsieb is-siti ta' san Pawl Milqi ta' Ħaġrat, Skorba, u Għajn Tuffieħa. F'Għawdex hemm Museum Officer għal dawn il-postijiet imsemmija: Mużew ta' l-Arkeoloġija, Folklore Museum, Natural History, Ġgantija, il-Mitħna ta' Kola u Ċittadella. Hemm ukoll wieħed għal Għawdex u wieħed releiver. Dawn ġew fuq bażi ta' Order of Merit li ġabu fl-eżami u wara konsultazzjoni magħhom.
Leg 9 PQ #23975 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat saru fl-1999 u 2000 għall-istaff tad-dipartiment tal-mużewijiet biex tiġi mfassla l-istrateġija u l-pjan ta' ħidma f'dan il-qasam u l-kordinazzjoni li hemm bżonn bejn kulħadd biex dan il-qasam jimxi 'l quddiem? Tista' tagħti d-dati ta' dawn il-laqgħat? Fejn saru? X'kienu t-temi diskussi? Min ħa sehem f'dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-1999-2000 saru diversi laqgħat li fihom kien ġie stabbilit kif jaħdmu l-Museum Officers, Kustodji u Gwidi u kif dawn kellhom jgħinu u jagħtu support lill-Kuraturi. Il-laqgħat saru fit-18, 25 ta' Jannar u fl-1, is-7 u t-8 ta' Frar fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija. Ingħata żmien sa nofs Frar ta' l-2000 biex dawn il-laqgħat ikunu konklużi. F'dawn il-laqgħat ħadu sehem id-Direttur, ħames Kuraturi u ħames Museum Officers, fosthom żewġ 'shop stewards' tal-UHM u GWU. Il-laqgħat iffokaw fuq id-dmirijiet tal-Museum Officers, il-possiblita` ta' ingaġġ ta' aktar kustodji u gwidi, l-organizzazzjoni ta' siti u mużewijiet fi gruppi u li għall-ewwel darba wara ħafna snin, li l-Museum Officers jingħataw Responsabilita` Permanenti ta' siti speċifiċi. Kien wara dawn il-laqgħat illi bdew jitħaddmu d-dmirijiet tal-Museum Officers li fuqhom hemm qbil. It-taqsima tal-Museum Officer sar wara qbil unanimu skond il-preferenzi ta' kull Museum Officer fuq bażi ta' l-"Order of Merit" li ġabu fl-eżami ta' l-għażla tagħhom stess. Il-proposta ta' l-ingaġġ ġdid fil-grad ta' kustodju u gwida ser ikun ikkunsidrat biss fil-kuntest tar-ristrutturar tad-dipartiment.
Leg 9 PQ #23977 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

National Museum of Fine Arts — Pittura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tul Frar naqsitx xi pittura min-National Museum of Fine Arts? X'kienet din il-pittura? X'investigazzjonijet saru? X'riżultati taw? Ittieħdu passi ġodda biex ikun hemm sistema serja ta' sigurta' f'dan il-mużew? Fiex jikkonsistu dawn il-passi?

Response (GALEA, LOUIS)

Fix-xahar ta' Frar kien hemm serqa ta' pittura mill-Mużew ta' l-Arti fil-belt. Din il-pittura bit-titlu "Portrait of Grand Master de Rohan" hija magħmula miż-żejt fuq it-tila, u turi 'full length portrait' tal-Granmastru De Rohan. F'din il-pittura il-Granmastru qiegħed bil-wieqfa, u qiegħed liebes kostum tal-kavallieri. Bħalissa għaddejjin investigazzjonijiet mill-Pulizija. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet qed jagħmel inkjesta interna. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u allura huma ta' natura kunfidenzjali. Il-Head Office tad-Dipartiment tal-Mużewijiet ħa ħsieb illi immedjatament wara li sar jaf bis-serqa, sejjaħ kumpanija ta' sigurta` biex tagħti s-servizz tagħha dwar rakkomandazzjonijiet li jistgħu jitwettqu fil-Mużew. Huwa maħsub li kemm jista' jkun tinsab sistema illi ma tkunx dipendenti fuq il-Museum Officers biss u li tkun tista' tirrekordja dak kollu li jsir fis-swali. Min-naħa tiegħi ħtart Bord biex fost tħwejjeġ oħra jinvestiga l-arranġament kurrenti ta' sugurta` tad-Dipartiment tal-Mużewijiet kif ukoll iċ-ċirkostanzi u kawżi li wasslu għas-serqa msesmmija.