Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24333 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'effett qed iħalli fuq il-kulleġġ u l-iskola tal-biedja, l-istudenti u l-animali li jitrabbew hemm mill-ħmieġ tal-qtates li hemm fis-santwarju qrib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Santwarju tal-qtates qiegħed 'il bogħol miċ-ċentru ta' l-iskola u tal-Kulleġġ u mill-annimali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Il-ħmieġ tal-qtates li hemm fis-santwarju hu minimu u jidher li mhux qiegħed jitħalla ebda effett, fuq l-ambjent, l-istudenti u fuq l-annimali.
Leg 9 PQ #24334 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santwarju tal-Qtates

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri fis-snin li ġejjin mis-santwarju tal-qtates meta jirtira minn kap tal-kulleġġ tal-biedja l-persuna li bħalissa jokkupa din il-kariga? Qatt saret xi offerta lill-kap preżenti biex dan is-santwarju jiċċaqlaq lejn post iżjed addattat f' Ta' Qali? X'sar minn din l-offerta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, għamlet talba lill-Kap tal-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura biex l-għaqda volontarja li tieħu ħsieb il-qtates issib post alternattiv. Id-Diviżjoni qatt ma għamlet offerta lill-Kap biex dan is-santwarju jiċċaqlaq lejn xi post f'Ta' Qali.
Leg 9 PQ #24335 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santwarju tal-Qtates

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġament hemm bejn il-kulleġġ tal-biedja u l-għaqda volotarja li tieħu ħsieb is-santwarju tal-qtates li hemm ħdejn dan il-kulleġġ? B'liema finanzi jitmexxa dak is-santwarju? X'rendikont pubbliku hemm dwar il-fondi tas-Santwarju tal-Qtates?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma tat ebda permess biex ikun hemm santwarju tal-qtates fil-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura. Malli saret taf bl-eżistenza ta' dan is-santwarju, id-Diviżjoni talbet lill-Kap ta' l-iskola biex jieħu passi ħalli dan is-Santwarju jsir f'xi post ieħor. Għaldaqstant ma talbitx għall-informazzjoni u ma approvat ebda arranġament li jista' jkun hemm bejn l-iskola u l-għaqda volontarja li tieħu ħsieb is-santwarju.
Leg 9 PQ #24336 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Fidi ta' Ċens

Question

Jista' l-Ministru jara li l-inkwilini ta' 57, Spinola Rd, San Ġiljan jitħalla jifdi ċ-ċens tal-fond tiegħu kif tħallew persuni oħra fl-istess inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-korrezzjoni fil-lista ta` proprjeta` li ġiet trasferita lill-Gvern mill-Entijiet Ekklesjastiċi (Annex 8) fir-rigward tal-fond li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ġiet approvata fit-28 ta` Frar 2001. Din il-proprjeta` ser tiġi reġistrata fir-Reġistru ta` l-Artijiet u wara jkun jista` jsir il-kuntratt tal-fidi.
Leg 9 PQ #24337 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ta ' Giorni — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex id-drenaġġ tal-block kollu ma jibqax jiżbokka u jiżbroffa fil-garaxx mingħand l-inkwilini ta' Blk A, 1, Bertha KIIg, f'Ta Ġiorni? Meta se jittieħdu dawn il-passi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #24320 Sitting 518 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' enfitewsi temporanja jew ta' lokazzjoni jew konċessjonijiet b'titoli oħra ta' beach establishment jew beach concession li saru fuq siti fl-Għadira l-Mellieħa mill-1992 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1992 sal-lum, ma sarux konċessjonijiet taħt ebda titolu fl-Għadira l-Mellieħa biex jintużaw bħala 'beach establishment' jew 'beach concession'.
Leg 9 PQ #24321 Sitting 518 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Għadira — San Remo u Maxims

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta għalaq jew se jagħlaq il-kuntratt ta' San Remo u Maxims fl-Għadira tal-Mellieħa? Jekk l-emfitewsi għalaq, kif ġie mġedded? B'liema kundizzjonijiet? Meta għalaq iż-żmien jew se jagħlaq iż-żmien, tinħareġ sejħa għall-offerti f'dawn iż-żewġ kawżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kirja li tirregola l-Catering/Beach Establishment 'San Remo' qiegħda fil-perijodu ta` tmien snin 'di rispetto' li jagħlaq fit-22 t`April 2007, filwaqt li l-kirja li tirregola l-Catering/Beach Establishment 'Maxims' qiegħda wkoll fil-perijodu ta` tmien snin 'di rispetto' li jagħlaq fis-7 ta` Marzu 2007. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern bħalissa qed tfassal policy ġdida li, fost affarijiet oħra tkun tirregola każijiet ta` ċens/kirjiet li jkun skada, bħal fil-każ tal-beach establishments hawn fuq imsemmija. Hekk kif titlesta din il-policy u tingħata l-approvazzjoni meħtieġa, din tingħata l-pubbliċita` xierqa.
Leg 9 PQ #24326 Sitting 518 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jiġi trasferit minn Ġnien l-Indipendenza lura għal Ħal Lija fejn kien qabel? Kien hemm xi motivi politiċi partiġġjani li wasslu biex din il-persuna fl-aħħar sentejn bdiet tintbagħat minn post għall-ieħor, minkejja li hija persuna bieżla li tagħti s-sehem tagħha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija huwa wieħed fost 25 ħaddiem li ġew trasferiti minn diversi distretti fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni għal 'Environment Development and Management Section' fi ħdan l-istess Diviżjoni tax-Xogħlijiet. Dan sar minħabba l-esiġenzi tad-Diviżjoni. Mir-records jidher li dan il-ħaddiem kien ilu fid-distrett ta' Ħal-Lija, liema distrett ikopri Attard, Balzan, B'Kara, Lija u Santa Venera, għal dawn l-aħħar tlett snin.
Leg 9 PQ #24329 Sitting 518 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintemm ix-xogħol meħtieġ wara l-iskejjel primarji ta' Raħal Ġdid u jingħalqu l-kappelli tad-drenaġġ biex ma jibqgħux joħorġu ġrieden u jidħlu fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kapitelli tad-drenaġġ li qed jirreferi għalihom l-Onor. Membru kienu ingħalqu malli l-awtoritajiet ta' l-iskejjel infurmaw id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni b'din il-problema. Informat ukoll li l-ftit xogħol li baqa' jsir se jitlesta fi żmien tliet ġimgħat oħra.
Leg 9 PQ #24330 Sitting 518 2001-03-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija li qed isegwi kors ta' refrigeration and airconditioning milli jingħata stipendju? Għaliex ma jingħatax dan l-istipendju meta student ieħor fl-istess ċirkostanzi qed jingħata stipendju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudent imsemmi fil-mistoqsija għamel l-ewwel sena ta' l-apprendistat u wara reġa' beda l-ewwel sena ta' l-apprendistat f'kors ieħor. Skond ir-regolamenti pubblikati fil-gazzetta tal-gvern tad-29 ta' Ottubru 1999, (AL 18 ta' 1999) paragrafu (8), "L-apprendisti li jkunu meħtieġa jirrepetu xi sena mill-apprendistat tagħhom, ma jkollhomx jedd għall-għotja ta' manteniment matul is-sena li jkunu qed jirrepetu ......." Il-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment ġie kkonsultat, u filwaqt li qabel ma' din id-deċiżjoni, ma jaf b'ebda każ ieħor, simili għal dan, fejn xi student ingħata l-istipendju.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'benefiċċji għandha dritt għalihom l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, għall-benefiċċji tal-mard, karta roża, telecare u sussidju fuq is-servizz ta' l-ilma u dawl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għal dak li jirrigwarda l-benefiċċju tal-mard, il-karta r-roża u s-sussidju fuq is-servizz ta' l-ilma u dawl, il-persuna ndikata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Dwar is-servizz tat-Telecare il-persuna konċernata għandha tiġbor fuljett dwar is-servizzi lill-anzjani mis-Servizz Anzjan, Santa Venera jew mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema.
Leg 9 PQ #24235 Sitting 517 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet — Group-4

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arraġamenti hemm mal-Group 4 għal xogħol ta' sigurta' fil-Mużew tal-Fine Arts u fil-Mużew ta l-Arkeoloġija? Minn meta beda jseħħ dan l-arranġament? Kemm jiswa? X'konsultazzjonijiet saru mal-unions dwar preżenza tal-Group 4 f'dawn iż-żewġ mużewijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużew ta lill-Group 4 inkarigu temporanju. Dan l-inkarigu beda' s-sibt 3 ta' Marzu b'rata ta' Lm2.25 fis-siegħa. Il-kwestjoni hija materja ta' sigurta` u ma tinvolvix kundizzjonijiet ta' xogħol ħlief li qed ikunu kumplimentati l-livelli eżistenti ta' sigurta` u jsiru studji neċessarji.
Leg 9 PQ #24237 Sitting 517 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Fine Arts — Watchmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn jekk sarux xi rapporti li l-watchmen tal-Mużew tal-Fine Arts kienu qed idaħlu nies iżuru l-mużew wara l-ħin ta' l-għeluq uffiċjali tal-mużew? Meta saru dawn ir-rapporti? X'passi ttieħdu dwar dawn ir-rapporti? Meta ttieħdu dawn il-passi jekk ittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-risposta hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #24240 Sitting 517 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skorba u Ta' Ħaġrat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb idawwar in-nies li jkunu jridu jżuru s-siti ta' skorba u ta' ħaġrat? Fl-1999 u fis-sena 2000, kemm persuni żaru dawn is-siti? Meta hemm il-ħsieb li dawn il-persuni li jżuru dawn it-tempji jibdew jiġu ċċarġjati biex il-flus jintużaw għar-riabilitazzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom aħjar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-siti ta' Skorba u Ta' Ħaġrat huma miftuħin b'mod regolari għall-pubbliku. Aċċess għal dan is-sit huwa permezz ta' appuntament mal-Museum Officer konċernat. Ta' min jinnota li d-dħul għal dawn is-siti huwa preżentament b'xejn. Bħalissa qed issir reviżjoni ta' l-Att Legali li jirregola -ħlas fil-Mużewijiet u siti storiċi biex fil-fatt jibda jsir ħlas għal żjarat fi Skorba u Ta' Ħaġrat. Billi l-iskema bdiet fl-2000, l-istatistika hija kif ġej: 102 fi Skorba 151 f'Ta Ħaġrat.
Leg 9 PQ #24244 Sitting 517 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Traffikar Illegalli — Klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar traffikar illegali ta' immigranti klandestini fil-Freeport? Kemm ġew arrestati u interrogati persuni dwar dan it-traffikar illegali ta' bnedmin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija s`issa, il-każijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, kienu każijiet li jikkonċernaw 'stowaways'. Ma jirriżultax illi dawn kienu ġew assistiti minn xi terzi persuni sabiex jinħbew fuq il-vapuri jew sabiex jinżlu l-art.
Leg 9 PQ #24247 Sitting 517 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqa tal-Pittura

Question

Jista' l-Ministu jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar is-serqa tal-pittura ta' De Rohan mill-Mużew tal-Fine Arts fi Frar 2001? Kemm ġew arrestati u nterrogati persuni dwar din is-serqa? Kemm minnhom huma mpjegati mad-Dipartiment tal-Mużewijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin. Ġew interrogati l-impjegati kollha tal-Mużew tal-Fine Arts.
Leg 9 PQ #24163 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn mindu inkriet vettura mill-Pixxina Nazzjonali? Min fejn inkriet? B'kemm kull jum? Saret sejħa għall-offerti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-karozza li nkiret mill-Pixxina Nazzjonali ġiet mikrija mingħand Merlin Car Hire. Il-kirja bdiet fit-8 ta' Frar 2001 bil-prezz ta' Lm4.95 kuljum. Qabel ma nkriet il-karozza saret sejħa għall-offerti mingħand dawn il-kumpaniji: A.L.M Garage Transport Services * Lm5.40 John's Garage Limited * Lm5.75 MELI Car Rentals Ltd * Lm8.00 Merlin Car Hire Ltd * Lm4.95 * Il-prezzijiet indikati huma eskluż il-VAT.
Leg 9 PQ #24164 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-ewwel ġimgħat ta' din is-sena: 1. Kemm twaqqfu sewwieqa u sarilhom test tal-breathalyser? 2. Kemm kienu posittivi? 3. Kien hemm sewwieqa ta' nazzjonalita' barranija? 4. Kemm kien hemm sewwieqa nisa li ġew breathalysed u li instabu posittivi? Jista' wkoll jagħti l-figuri għas-sena 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, u din is-sena, sat-28 ta` Frar 2001, kien hemm 122 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dan in-numru ta` sewwieqa, 87 irriżultaw pożittivi, kollha kienu rġiel għajr waħda li kienet tas-sess femminil, u li minnhom disa` kienu barranin. Kull każ fejn ir-riżultat tat-tieni test ikun pożittiv, jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti skond il-liġi. Dawn kienu kif ġej:- Numru ta` testijiet li Maltin Barranin Numru ta` testijiet li rriżultaw pożittiv Irġiel Nisa 2000 Jannar 10 1 11 - Frar 8 - 7 - Marzu 10 - 9 - April 5 1 6 - Mejju 5 1 5 - Ġunju 14 - 10 - Lulju 5 1 6 - Awissu 5 3 5 1 Settembru 10 - 4 - Ottubru 12 - 8 - Novembru 4 1 3 - Diċembru 12 1 7 - 2001 Jannar 6 - 3 - Frar 7 - 2 - Total 122 87
Leg 9 PQ #24165 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Speed Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjani biex jiġu introdotti l-speed cameras tat-traffiku?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19982.