Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24684 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħamrun - Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff biex inaddfu l-junior lyceum tas-subien tal-Ħamrun? Hemm biżżejjed persuni biex iżommu l-iskola nadifa? Kemm suppost hemm staff għat-tindif? Kemm spiċċaw staff mill-bidu tas-sena skolastika li kienu jnaddfu? Meta se jkun hemm biżżejjed nies biex inaddfu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Junior Lyceum tas-subien tal-Ħamrun hemm sitt full timers u wieħed part timer fuq cleaning duties. Il-full complement skond ir-rapport dwar "Support And Cleaning Staff" fl-iskejjel statali għandu jkun ta' tmien full time cleaners. Mill-bidu tas-sena skolastika spiċċaw żewġ general hands, u wieħed qiegħed on long sick leave, u se jirtira mix-xogħol iktar tard din is-sena. Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex jimtlew il-vakanzi msemmija.

Hilton — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi art privata li se tittieħed biex tkun tista' tgħaddi t-triq ġdida ta' madwar il-Hilton? Kemm art privata se tintlaqat? X'kumpens se jingħataw dawk milquta? Xi proċeduri ġew segwiti biex tittieħed l-art?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq la għandu talba l-anqas konoxxenza li trid tittieħed xi art privata biex tgħaddi xi triq madwar il-proġett tal-Hilton inkonnessjoni ma' dan il-proġett.
Leg 9 PQ #24688 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għajnuna lil Student

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jingħata l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament li minħabba l-istat ta' saħħa ma jistax jattendi l-iskola regolarment? Ittieħdu passi biex hu jista' juża s-servizz li jingħata lill-istudneti morda fit-tul biex jintbagħtilhom għalliem id-dar? X'possibbilita' hemm li tintlaqa' t-talba li meta jkun jiflaħ jieħu l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Guże D'Amata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed issir evalwazzjoni tal-każ biex jiġi stabbilit x'servizz jingħata.
Leg 9 PQ #24478 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 1998 sal-lum, x'xogħolijiet saru fil-bini ta' Kastilja? Jista' jagħti lista sħiħa tax-xogħolijiet kollha li saru fuq ġewwa u barra fuq il-bini ta' Kastilja? Għaliex, f'kull każ, saru dawn ix-xogħolijiet? Min awtorizza li jsiru dawn ix-xogħolijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-Berġa ta’ Kastilja minn Ottubru 1996 sa Marzu 2001 kienu dawn: (a) Xogħol ta’ Restawr _ Restawr fil-pjan terran. _ Restawr tal-fetħiet kollha li jagħtu għall-kantina u nstallazzjoni ta’ twieqi ġodda f’dawn l-aperturi. _ Restawr tal-bibien ta’ barra tal-pjan terran. _ Tħammil, tindif u restawr fil-kantina. Dan ix-xogħol sar biex tkun restawrata l-istruttura oriġinali tal-bini. (b) Xogħol ta’ “Refurbishment” _ “Refurbishment” tal-pjan terran. _ “Refurbishment” u manutenzjoni ta’ uffiċini oħra skond il-bżonn. _ Bidu ta’ “refurbishment” tat-“toilets” prinċipali li jinsabu f’kull sular. _ Tħammil investigattiv taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment tal- Mużewijiet dwar kostruzzjoni ta’ “stores” u “workshops” li hu ppjanat li issir ’il quddiem. Dan ix-xogħol sar biex l-ispazji jiġu utilizati b’mod effiċjenti. (c) Installazzjoni ta’ Lifts _ Installazzjoni ta “Lifts”, tnejn fuq in-naħa tat-Triq San Pawl, u tnejn fuq in-naħa tat-Triq Merkanti. Dawn il-“lifts” saru biex l-uffiċini fis-sulari ta’ fuq ikunu iżjed aċċessibli speċjalment għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u wkoll l-anzjani. Dawn ix-xogħlijiet kollha ġew awtorizzati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #24479 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza Doppja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23968 li oriġinarjament kienet saret lil Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament għaċ-ċittadinanza doppja li saret fit-22 ta' Awissu, 2000 u li ngħatat l-irċevuta P339350?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet approvata fil-5 ta` Marzu, 2001.
Leg 9 PQ #24508 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Part-Timers

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum kemm kien hemm part-timers mal-Air Malta li saru tal-fiss? F'liema oqsma? Kemm kien hemm part-timers li baqgħu part-timers jew intemm l-impjieg tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li 11-il Skrivan u 24 Cabin Crew, li kollha kienu ġew impjegati bħala "part-timers" fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista qabel Settembru ta' l-1998, aktar tard, jiġifieri wara din id-data, saru tal-fiss jew impjegati fuq bażi "full time". Fis-snin 1999 u 2000, ġew impjegati 100 u 127 loader/cleaner rispettivament, dejjem fuq bażi "part-time". Il-kuntratt ta' dawn illum skada, għalkemm kif jaf l-Onorevoli Interpellant ħaddiema fuq bażi "part-time" jiġu mpjegati minn sena għal sena. Barra minn hekk, mis-sena 2000 'l hawn, ġew impjegati 63 skrivan fuq bażi temporanja.
Leg 9 PQ #24509 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum kemm ingħataw promozzjonijiet fl-Air Malta? Min gawda minn dawn il-promozzjonijiet? Fuq liema kriterji ngħataw? Xi kwalifiki għandhom dawk li ngħataw il-promozzjonijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn Settembru 1998 sa llum fl-Air Malta ngħataw 301 promozzjoni. Minn dawn, 127 kienu promozzjonijiet maħruġa mill-Amministrazzjoni preċedenti lejlet l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998. Matul dawn l-aħħar sentejn l-Air Malta kellha bżonn tagħmel numru ieħor ta' promozzjonijiet skond il-ħtiġijiet tagħha. Dawn saru skond il-proċeduri stabbiliti mill-ftehim kollettiv.
Leg 9 PQ #24510 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Electronic Transfer of Funds System

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni u kumpaniji li tefgħu offerta għall-kuntratt ta' electronic transfer of funds system for the students maintenance grants? Min kienu? Min intagħżel? B'liema kriterji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi fil-public domain u tista' tinkiseb direttament mill-Interpellant.
Leg 9 PQ #24515 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata s-servizz ta' l-ilma l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li sejra toqgħod fi Plot 40, Triq Hieronimus Megiser, Naxxar? Il-Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma meta se taħseb biex twassal is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma għall-persuni kollha li joqogħdu f'din it-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa' ħarġet kuntratt għat-tqiegħed tal-mejnijiet ġodda fit-triq imsemmija. Dan jifforma parti minn proġett sabiex tkompli titkabbar is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma f'dawn l-inħawi. Dan ix-xogħol mistenni li jibda fi ftit żmien ieħor.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sorveljanza saret s'issa mill-Ministru tal-Kunsilli Lokali tan-Naxxar minkejja li b'kuntratti għat-tindif u l-ġbir tal-iskart fin-Naxxar sar jiswa eluf ta' liri iżjed min qabel iżda l-kwalita' tas-servizz naqset ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Kemm il-darba d-domanda tal-Onor. Interpellant tirreferi ghall-kwalita tas-servizz fil-kazijiet ta` "Gbir tal-Iskart Domestiku" u "Tindif ta' Toroq" il-Field Services Branch regolarment tippubblika 'survey' li tkun ghamlet f`kull kunsill lokali f'Malta u Ghawdex u dawn is-'surveys' dejjem tpoggew fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24473 Sitting 524 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jsiru l-ispezzjonijiet meħtieġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġi verifikat jekk ix-xogħolijiet kollha li saru fil-bini, ġwwa u barra ta' Kastilja fis-snin 2000 u Jannar - Marza 2001 saru bil-permessi meħtieġa?

Response (BORG, TONIO)

Saret spezzjoni minn uffiċjali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fejn ġie nnotat xi xogħol li sar ġewwa Kastilja fiż-żmien imsemmi. Dan jikkonsisti fi tkomplija ta` restawrazzjoni u manutenzjoni fil-pjan sotteran (kopert b'permess PA3269/95, mahrug fis-17/10/95), installazzjoni ta` 'lifts' (kopert b'permess PA6337/94 mahrug fis-6/6/95), kif ukoll xogħol ta` manutenzjoni ordinarja fl-ewwel sular li ma jirrekjedix permess ta` żvilupp. Qieghed isir skavar u thammil investigattiv taht is-sorveljanza tad-Dipartiment tal-Muzewijiet fil-pjan sotteran biex jigi stabbilit kif jistghu jsiru xoghlijiet ta' pedamenti b'konnessjoni ma' l-izvilupp propost f'applikazzjoni PA7165/98.
Leg 9 PQ #24474 Sitting 524 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid min Ottubru 1998 sal-lum, x'applikazzjonijiet saru quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal xogħolijiet fuq il-bini ta' Kastilja, ġewwa u barra? X'deċiżjonijiet ħadet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f' kull applikazzjoni sottomessa? X'rakkomandazzjoni għamel il-Heritage Advisory Comittee dwar l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Ottubru 1998, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet żewġ applikazzjonijiet li jipproponu xogħol fuq il-bini ta` Kastilja, liema żewġ applikazzjonijiet għadhom pendenti. Ma' jidhirlix li l-opinjoni tal-Heritage Advisroy Board (HAC), li huwa biss bord konsultattiv, ghandha tkun pubblikata qabel ma jkun finalizzat ir-rapport finali dwar applikazzjoni (id-DPAR - Development Permit Application Report) li jhejji d-Direttorat. L-opinjoni tal-HAC ghandha tkun maghrufa meta jitlesta dan ir-rapport. Dan ir-rapport sal-lum jintbaghat lill-applikant. Fl-emendi proposti tal-ligi dan ser jibda jsir pubbliku u kullhadd ser jkun jista' jikseb kopja tieghu.
Leg 9 PQ #24475 Sitting 524 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-applikazzjoni 00387/01 quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, x'inhuma r-rakkomandazzjonijiet tal-Heritage Advisory Comittee? Jistgħu jittieħdu passi biex Villa Fieres tiġi priservata fl-istat li hi biex jiġi salvagwardjat il-wirt storiku u kulturali tant marbut mal-komunita ta' San Ġiljan?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-tieni parti tat-twegiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru.24474 f'din l-istess seduta.
Leg 9 PQ #24476 Sitting 524 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja — Superviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid ix-xogħolijiet li saru fuq il-bini ta' Kastilja, ġewwa u barra, tul is-sena 2000 w Jannar - Marzu 2001 taħt is-superviżjoni ta' liema periti saru? Kif ingħataw dawn il-kuntratti dawn il-periti? Xi ħlasijiet se jsiru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet fil-Berġa ta’ Kastilja saru taħt is-superviżjoni tal-periti konsulenti “Architecture Project”. “Architecure Project” intgħażlu bħala esperti ewlenin fuq xogħol ta’ ristorazzjoni wara konsultazzjoni mall-“Valletta Rehabilitation Committee”. Ta’ dan ix-xogħol, li jinkludi preparazzjoni ta’ “sketches”, stima tax-xogħol, sottomissjonijiet ta’ applikazzjonijiet lill-Awtoritajiet konċernati, preparazzjoni ta’ “working drawings”, speċifikazzjonijiet u “bills of quantities”, tħejjija ta’ rapporti fuq l-offerti, twettiq ta’ superviżjoni waqt ix-xogħlijiet, tħejjija ta’ ċertifikati tax-xogħol u reviżjonijiet oħra, “Architecture Project” jitħallsu bir-rata ta’ 8.5% fuq il-valur tax-xogħol, li hija r-rata kurrenti tal-Gvern għal xogħol u responsabiltajiet simili.
Leg 9 PQ #24477 Sitting 524 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kordinazzjoni saret ma': 1) l-Awtorita' ta' l-Ippjanar 2) il-Valletta Rehabilitation Committee 3) il-Ministru ta' l-Ambjent 4) id-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar ix-xogħolijiet li saru fil-bini, ġewwa u barra, ta' Kastilja fis-sena 2000 u Jannar - Marzu 2001?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li saru l-applikazzjonijiet neċessarji lill-Awtorità ta’ l-Ippjanar dwar ix-xogħlijiet fil-Berġa ta’ Kastilja. Sar qbil li għandu jiġi sottomess “Master Plan” kif ukoll li jiġi appuntat “Monitoring Committee” biex jissorvelja ix-xogħol. Il-“Valletta Rehabilitation Committee” jiġi kkonsultat mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar waqt il-proċess ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni. Ix-xogħol kollu li qed isir jiġi kkordinat minn periti fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Ambjent. Barra minnhekk, ix-xogħlijiet ta’ servizzi mekkaniċi qed isiru taħt is-superviżjoni ta’ inġiniera mill-istess Diviżjoni. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet dejjem jiġi msejjaħ fuq is-sit tax-xogħlijiet kull meta jkun hemm indikazzjoni ta’ sejbiet li jista’ jkollhom valur storiku.
Leg 9 PQ #24370 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kont

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikompli joħroġ il-kont tad-dawl u l-ilma lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija (kont anness) li ilha mejta iżjed minn sena u minkejja li ilni xhur inwassal dan l-ilment u minkejja li ilni niġi mwiegħed li se jittieħdu l-passi biex dan ma jibqax joħroġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-kont li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant fih biss arretrati u mhux kontijiet kurrenti. Dawn l-arretrati huma għall-perjodu bejn il-31 ta' Jannar 1998 u l-5 ta' Settembru 2000. Meta dawn l-arretrati li jammontaw għal Lm114.13c jitħallsu kollha, l-kont ma jibqax joħroġ.

Kumitat tal-Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rakkomandazzjonijiet saru lill-kumitat tal-kuntratti mill-uffiċjali li jaqgħu taħtek dwar il-kuntratt CT 28/2001? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, r-rapport li għamel il-Perit Zammit dwar dan il-kuntratt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq irrikmanda lill-Kumitat tal-Kuntratti u dan aċċetta, illi dan il-kuntratt jiġi assenjat lill-kumpanija GTZ li kkwotat fost l-irħas rati peress li diġa jeżisti kuntratt ta` koperazzjoni bejn il-Gvern Malti u din l-aġenzija tal-Gvern Ġermaniż. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija peress li r-rapport sar fuq talba u għal użu tad-Dipartiment tal-Kuntratti, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24468 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bank of Valletta — Fergħa fix-Xatt ta' Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex se jagħlaq il-fergħa tiegħu l-Bank of Valletta fix-xatt ta' tas-Sliema b'dannu għall-klijenti li jmorru jinqdew fiha persuni fl-inħawi, fosthom pensjonanti li s'issa kienu jsibu din il-fergħa komda u li malajr tista' tintlaħaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Gvern għandu biss ħamsa u għoxrin fil-mija ta' l-ishma fil-Bank of Valletta u għaldaqstant deċiżjonijiet ta' natura amministrattiva hija fil-kompetenza tal-Bord tad-Diretturi ta' l-istess Bank.
Leg 9 PQ #24469 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Depożiti f'Banek Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern u l-Bank Ċentrali qed isegwi l-iżvilupp li seħħ tul Frar 2001 meta ċittadini Maltin li għandhom depożiti f'banek barranin ġew infurmati minn dawn il-banek li mis-6 ta' April 2001, l-imgħaxijiet tagħhom se jibdew jiġu rrappurtati lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni tar-Renju Unit biex dawn jgħaddu din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxi tal-pajjiżi differenti li minnhom ġejjin dawn iċ-ċittadini? Qed jittieħdu xi passi biex anke jkun hemm ftehim bejn il-Gvern Malti u dak tar-Renju Unit biex tiġi skambjata din l-informazzjoni dwar depożiti ta' ċittadini Maltin f'banek Ingliżi? Meta hemm il-ħsieb li l-Awtoritajiet tat-Taxxa Lokali jibdew jiksbu dan it-tagħrif mir-Renju Unit?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jeżisti ftehim bejn Malta u r-Renju Unit għall-ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar Taxxi fuq l-Income u Qligħ Kapitali li fih dispożizzjonijiet li jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Stati jibdlu dik l-informazzjoni neċessarja bl-iskop li jitħaddmu sew il-liġijiet tat-taxxa taż-żewġ Stati u hekk tiġi evitata l-evażjoni fiskali. Permezz ta’ dan il-ftehim, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni tar-Renju Unit jista’ jgħaddi kull tagħrif li jkollu dwar residenti ta’ Malta għand l-awtoritajiet tat-taxxa Maltin.
Leg 9 PQ #24470 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

CT 28/2001 — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li kumpanija tefgħet offerta għall-kuntratt CT 28/2001 bil-prezz ta' Euro 395,000 u fin-negozjati wriet li lesta tniżżilha għal Euro 44,500? Kif kienet lesta tniżżel dan il-prezz? Jitqies realistiku dan il-prezz ġdid? B'liema prezz fil-fatt ingħata l-kuntratt?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li wieħed mill-offerenti issottometa objezzjoni fit-termini tal-Public Service Procurement Regulations ma nħossx li għandi nwieġeb din il-mistoqsija f'dan l-istadju biex il-każ ma jiġix preġudikat.