Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26237 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema se jitħallsu s-685 student universitarju li se jħaddem fis-sajf id-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm se tkun is-somma totali mħallsa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-685 student universitarju li se jħaddem fis-Sajf id-Dipartiment tas-Saħħa se jitħallsu mill-vot 51 Item 1210. Jekk wieħed jikkonsidra li kull student jirċievi LM132, għal perjodu tax-xogħol tagħhom is-somma totali tagħhom tiġi LM90,420.
Leg 9 PQ #26268 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tas Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet meħtieġa fil-bini ta' l-iskola primarja ta' Tas Sliema? Meta se jmorru għal xi żmien fil-parti l-oħra tal-bini ta' l-iskola li diġa' ġiet irranġata? Hemm xi ħsieb li l-parti lesta tal-bini flok tintuża għall-istudenti tibda jintuża bħala uffiċini għall-fondazzjoni tas-servizzi edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fit-tieni ġimgħa ta' Lulju 2001 ser jingħata bidu għaż-żarmar u l-bini mill-ġdid tat-taraġ prinċipali ġo l-iskola sabiex jitlesta qabel jidħlu lura t-tfal f'Settembru li ġej. Hu ppjanat li f'Settembru 2002 it-tagħlim għal perjodu ta' sentejn jibda jingħata fl-iskola sekondarja darba din tkun kompluta mix-xogħlijiet kollha. Fil-preżent numru ta' kmamar fl-iskola sekondarja jintużaw mill-Istitut għall-Appoġġ tat-Tfal u Ġenituri, u dan sakemm l-operat ta' l-iskola primarja jkun trasferit għal ġo dan l-imkien.
Leg 9 PQ #26269 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Imġarr - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet meħtieġa fl-iskola prmarja ta' l-Imġarr għax issa ilhom ix-xhur wieqfa? Meta se titkompla s-sala ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet fl-iskola primarja ta' l-Imġarr sejrin jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin peress li riedu jinkisbu l-approvazzjonijiet meħtieġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Ġew identifikati numru ta' xogħlijiet li jridu jitwettqu u dawn qegħdin jiġu evalwati. B'ebda mod dawn ix-xogħlijiet m'huma sejrin itellfu t-tagħlim u lanqas kienu ta' detriment għall-iskola meta kienu mwaqqfa temporanjament.
Leg 9 PQ #26270 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Barrakka ta' Fuq - Latrina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-awtorita' ta' l-ippjanar biex tara li l-latrina pubblika li nbniet fil-barrakka ta' fuq tkun aktar adattata milli fil-fatt inbniet u issa qed tħassar parti sħiħa minn dan il-post storiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-latrina pubblika li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija koperta bil-permessi ta` żvilupp meħtieġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Din tifforma parti mill-kumpless tal-proġett ta` l-'Stock Exchange' il-ġdida u li qed issir bil-permess PA 4863/98 maħruġ fis-27 ta` Mejju 1999. Il-bini tal-latrina qed jirrispetta dak li ġie approvat mid-DCC u dan wara d-diversi konsultazzjonijiet li saru ma` dawk konċernati f`dan il-qasam waqt il-proċess ta` l-applikazzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #26271 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Taqsima SpLD

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex l-istruttura tat-taqsima SpLD tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tinbidel b'mod li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tagħmel xogħol tajjeb ħafna ma' l-istudenti dyslexic tkun tista' tavvanza fil-karriera tagħha f'din l-istruttura għax hemm il-periklu li din titlaq minn din it-taqsima għax tinsab fi sqaq fil-karriera edukattiva tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kwestjoni ta' l-istruttura meħtieġa għal servizzi lil tfal dyslexic hi s-suġġett ta' konsiderazzjoni sew fil-livell tad-Diviżjoni kif ukoll tal-Ministeru. Nittama li fil-ġimgħat li ġejjin jiġi rapportat progress.
Leg 9 PQ #26230 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Moviment IVA

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Moviment IVA fl-Ewropa tħalla jorganizza laqgħa fl-istituzzjoni post-sekondarja Sir Mikilanġ Refalo f'Għawdex meta dan huwa moviment politiku dwar l-EU? Għaliex dan il-Moviment tħalla jqassam propoganda politika f'din l-istituzzjoni u l-istudenti ntalbu jiffirmaw dikjarazzjoni li huma favur sħubija fl-Unjoni Ewropea u li huma jappoġġjaw il-Moviment IVA?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja ta' stqarrija pubblika mxandra u stampata mill-mezzi tal-kommunikazzjoni u datata 15 ta' Mejju 2001.
Leg 9 PQ #26231 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-segretarju permanenti fl-uffiċju tiegħek, jingħata estensjoni biex jibqa fl-impjieg tiegħu fis-servizz pubbliku? Kemm hija twila din l-estensjoni? B'liema kundizzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Uffiċjal Pubbliku jintalab jibqa’ fil-kariga tiegħu skond l-esiġenzi tas-Servizz. Meta s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tiegħi kellimni dwar il-ħatra ta’ Segretarju Permanenti ġdid għall-Uffiċċju tiegħi, jiena tlabtu jibqa’ hu fil-kariga għal sena oħra jew sakemm isiru arranġamenti oħra. Bħal ma kien sar, f’każi oħra bħal fil-każ tad-Direttur Ġenerali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u ta’ l-Industrija li ngħataw estenzjoni taħt Gvern Laburista, l-uffiċjal: _ jitħallas il-paga u l-“allowances” tal-post, _ iħallas il-bolla tas-Sigurtà Soċjali, _ ma jitħallasx il-pensjoni tat-Teżor, _ ma jitħallasx il-benefiċċju ta’ l-irtirar tas-Sigurtà Soċjali, _ jitħallas bonus ekwivalenti għas-somma li titnaqqaslu mill-“commutation gratuity” peress li jkun inqabeż iż-żmien normali ta’ l-irtirar.
Leg 9 PQ #26232 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema vot se jitħallsu s-36 student universitarju li se tħaddem id-diviżjoni tax-xogħlijiet fis-sajf? X'xogħol se jingħataw? X'total ta' ħlasijiet se jingħataw l-istudenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-istudenti universitarji li se tħaddem id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet matul is-Sajf se jitħallsu mill-Vot Rikorrenti tad-Diviżjoni. Dawn se jingħataw xogħol relatat mal-professjonijiet ta' Perizja u Nġinerija Ċivili, Nġinerija Mekkanika/Elettrika, u dik Xjentifika fil-qasam tal-Kimika u Bioloġija. Il-ħlasijiet li se jingħataw dawn l-istudenti huwa skond Ċirkulari OPM Numru 23/2001 ta' l-4 ta' Mejju 2001.
Leg 9 PQ #26233 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom hemm pensjonanti li għadhom ma rċevewx il-pensjonijiet li joħorġu mit-Teżor? Meta se joħorġu dawn il-pensjonijiet dovuti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pensjoni tat-Teżor tax-xahar ta' Mejju 2001 kienet tissarraf nhar il-Ħamis, 31 ta' Mejju 2001. Minħabba xogħol li kien qed isir fuq il-pensjonijiet, din id-darba iċ-ċekk ma wasalx għand il-pensjonanti bħas-soltu, jiġifieri daqs ġimgħa qabel id-data msemmija. Madanakollu, il-pensjoni li kienet tidħol direttament il-bank fil-kont tal-pensjonanti (direct credit) daħlet, kif suppost, dakinhar. L-oħrajn, jew aħjar dawk li jirċievu ċ-ċekk id-dar din id-darba suppost li rċevewh għallinqas jum qabel.

Studenti Universitarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-liema vot se jitħallsu l-35 student universitarju li se jħaddem fis-sajf id-dipartiment tat-toroq? Kemm se jitla' l-ħlas totali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-35 student li d-Dipartiment tat-Toroq talab biex jaħdmu miegħu matul ix-xhur tas-sajf ser jagħmlu xogħol ta' Road Condition Monitoring in konnessjoni mal-proġett tar-restawr tat-toroq, u għalhekk ser jitħallsu mill-vot tar-Road Restoration li huwa Vot Cap VII Head 35 item 7080.
Leg 9 PQ #26235 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol se jingħataw t-340 student universitarju li se tħaddem id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni fis-sajf? MIl-liema vot se jitħallsu? Kemm se titla s-somma totali ta' ħlas lil dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-340 student universitarju li se tħaddem id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fis-Sajf se jkunu qed jaħdmu fiċ-ċentri ta' Skola Sajf li ta' kull sena d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tipprovdi għal tfal fl-iskejjel primarji. Għal dan l-iskop hemm vot 5316 fil-Budget 2001 li jammonta għal Lm150,000.
Leg 9 PQ #26154 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assoċjazzjoni tal-Qtates

Question

Jista' l-Ministru jgħid li minkejja li hu qal li l-Assoċjazzjoni tal-Qtates ma kinetx se żżid mal-qtates li hemm fis-Santwarju tal-Qtates tal-Kulleġġ tal-Biedja, x'inhi r-raġuni li issa flok iżjed qtates qed iżomm l-klieb wkoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li ma humiex qegħdin jinżammu klieb fil-Kulleġġ tal-Biedja.

Pont tat-Triq Reġjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitpoġġa l-lasktu fuq il-Pont tat-Triq Reġjonali li jgħaqqad il-partijiet differenti tat-triq peress li l-lakstu spiċċa u ħafna karozzi qed ikollhom skossi kbar huma u jgħaddu minn fuq il-pont?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-lakstu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa parti mill-expansion joint tal-pont. Minħabba n-natura speċjaliżżata ta' din il-parti tal-pont, id-Dipartiment tat-Toroq ipprepara l-ispecifications neċessarji, u hu mistenni li t-tender tiġi pubblikata.
Leg 9 PQ #26170 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mard

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi urġenti biex it-tfajla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qed tistenna li tintbagħat fi sptar fl-Ingilterra peress li bħalissa hija muġugħa ħafna u lanqas biss tista' tixrob u tiekol, tintbagħat għall-kura malajr kemm jista' jkun peress li anke hemm il-biża li tista' tmut qabel titla l-Ingilterra ħames ġimgħat oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.

Mustering Room

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-ispezzjoni fil-mustering room tal-Mellieħa imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 25732? Xi rriżulta minn din l-ispezzjoni? X'deċiżjonijiet ittieħdu u kif se jiġu nfurzati dawn id-deċiżjonijiet biex titħares is-saħħa tal-ħaddiema milquta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ispezzjoni fil-post indikat mill-Onor. Interpellant saret fl-14 ta' Mejju 2001. Min hu responsabbli mill-mustering room qed jintalab isib post alternattiv u li sakemm dan iseħħ jara li l-post ikun ventilat aħjar.
Leg 9 PQ #26229 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Informazzjoni fuq l-UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ittieħdet id-deċiżjoni f'istituzzjonijiet post-sekondarji (bħal dik segretarjali Sir Hannibal Scicluna) li lil studenti li ma ridux jattendu laqgħat imsejħa ta' "informazzjoni" dwar l-Unjoni Ewropea qalulhom li se jaqtgħulhom mill-istipendju jekk ma jattendux? F'liema istituzzjonijiet post-sekondarji f' Malta - Għawdex studenti qatgħulhom mill-istipdenju għax ma marrux għal dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Siġurta' Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali li tħallsu żejda fl-1999 u 2000 f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'qed iżomm milli jsir dan il-ħlas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #25922 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Studenti Barranin

Question

Jista' l-Ministru jara li isir xi xogħol ta' kordinazzjoni mal-pulizija biex jiġi żgurat li persuni li jingħataw permess iżommu għandhom studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż f'pajjiżna ma jkollhomx konnessjonijiet ma reati dwar abbużi sesswali, drogi u vjolenza domestika? Jista' jibda jsir dan il-kordinament biex nipproteġu lill-istudenti barranin?

Response (REFALO, MICHAEL)

Napprezza s-suġġeriment tal-Onor. Membru u ser nistħarreġ jekk u kif jista’ jiġi attirat.

Siġurta' Soċjali — Għawdex

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ittieħdetx xi deċiżjoni biex xogħol konness mas-Sigurta' Soċjali li kien isir Għawdex issa jibda jsir Malta? Għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni? Liema xogħol inġieb Malta? Sakemm issir iċ-ċaqlieqa kollha hemm xogħol imwaħħal għax mhux f'postu s-software biex jinħadem ix-xogħol? Meta se jkun hemm kollox jerġa jaħdem kif suppost?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni li xogħol konness mas-Sigurta' Soċjali u li kien isir Għawdex issa jibda jsir Malta. Altru milli jitnaqqas ix-xogħol f'Għawdex ninforma lill-Onor. Membru li riċentament d-Dipartiment ittrasferixxa t-Taqsima tal-korrimenti f'Għawdex fl-istess waqt li bdiet titħaddem sistema ġdida ta' software mibnija mill-MITTS. Din is-sistema flimkien mal-ħaddiema fit-Taqsima msemmija wettqu din il-bidla mingħajr ebda ntopp ta' xejn. Għaddej proċess fejn aktar xogħol konness mas-sigurta' soċjali jsir mill-ħaddiema tad-Dipartiment f'Għawdex. Tajjeb infakkar li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kien fost l-ewwel dipartimenti li emmen fil-kapaċita' tal-ħaddiema Għawdxin billi tella' taqsima sħiħa tax-short-term benefits u r-rekords tal-kontribuzzjonijiet f'Għawdex. Dawn it-Taqsimiet għadhom impenjati u huma nvoluti bis-sħih fi proġetti mportanti li qed jitwettqu fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali sabiex jitjib is-servizz.