Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26504 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom is-senta ta' l-Universita' ddeċieda li l-Malti fil-livell avvanzat ma jibqax wieħed mis-suġġetti meħtieġa għall-korsa BA fl-Istudji Legali u Umanistiċi organizzat mill-Fakulta' tal-Liġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat issa li d-deċiżjoni tas-Senat ittieħdet fit-22 ta' Frar 1995. Ir-raġuni mogħtija hija li l-fakulta` qed taħseb biex tieħu ħsieb it-tagħlim ta' studenti barranin. L-Universita` tgħid li dan ma jirrifletti b'ebda mod fuq l-importanza tal-Malti bħala lingwa u l-fakulta` qed taħseb biex iddaħħal it-tagħlim tal-Malti għall-avukati li jkunu bi ħsiebhom jaħdmu fil-qrati bħala parti mill-kurrikulum tal-kors tal-liġi. Ngħid mill-ewwel li la l-Ministeru u lanqas il-Gvern ma ġew konsultati fuq din il-kwestjoni lanqas mir-rappreżentanti tal-Ministru fuq is-Senat. Ngħid ukoll li la naqbel mad-deċiżjoni u lanqas mar-raġunament u tlabt li d-deċiżjoni tiġi rikonsidrata.
Leg 9 PQ #26506 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi III B fl-iskola Maria Tereza Nuzzo tal-Ħamrun u suppost li t-trasport iwassalha lura d-dar ħdejn il-knisja ta' San Pawl f'B'Kara qiegħed minflok iħalliha ħdejn il-bini tal-Vodafone?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma kellna rapporti kemm mill-kap ta' l-iskola kif ukoll minn xi ġenituri. Wara li kkonfermajna mal-Kap ta' l-iskola, infurmatna li qatt ma kellha complaints mill-istudenti ta' l-iskola. Minkejja dan, l-isem ingħata lis-Sur Mario Abela, Uffiċjal inkarigat mit-trasport sabiex jinvestiga.
Leg 9 PQ #26507 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li dal-għodu ntrmea' ħafna kompost fil-Magħtab u għamel intiena kbira fl-inħawi u insapportabbli għar-residenti qrib, x'passi se jittieħdu biex din l-intiena tiġi mrażżna u mtaffija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ebda kompost (raw) ma ntrema fil-Miżbla tal-Magħtab matul il-ġurnata tat-Tlieta 12 ta' Ġunju 2001.
Leg 9 PQ #26508 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex kompost mill-impjant ta' Sant Antnin qed jintefa fil-Magħtab? Kemm qed jintefa minn dan il-kompost kuljum fil-Magħtab?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kompost mhux maħdum jintefa' fil-Miżbla tal-Magħtab minħabba nuqqas ta' spazju fl-Impjant ta' Sant'Antnin. Madankollu, l-ebda kompost (raw) ma ntefa' matul din is-sena.
Leg 9 PQ #26509 Sitting 556 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-kompost ta' l-impjant ta' Sant Antnin? Mill-bidu tas-sena 2001 fejn mar il-kompost maħdum fl-impjant ta' Sant Antnin? Kemm kienet il-kwantita' tal-kompost xahar b'xahar matul din is-sena u kif intuża?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kompost maħdum f'Sant'Antnin qed jiġi mibjugħ lill-bdiewa. L-ammont ta' kompost li nbiegħ matul din is-sena huwa: Xahar Kwantita' Jannar 29.93 tons frar 7.945 tons Marzu 7.975 tons April 65.33 tons Mejju 203.92 tons Ġunju (sas-16/06/01) 376.34 tons
Leg 9 PQ #26469 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Stella Maris

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk hux veru li l-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira organizza eżami għalih u waħdu biex idaħħal l-istudenti tal-Form 1? Kemm daħlu studenti permezz ta' dan l-eżami? Dawn l-istudenti, l-ħlasijiet għalihom, se jiġu finanzjati wkoll mill-fondi pubbliċi? Ġew konsultati l-Awtoritajiet Edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma sar eżami għad-dħul għall-Form I tal-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira. Din l-iskola mhux bilfors ikollha postijiet vakanti għal Form I għax normalment it-tfal ta' year 6 jitilgħu Form I. Il-ftit postijiet li jista' jkun hemm, minn tnejn sa ħamsa, jimtlew jew minn tfal bi bżonnijiet speċjali jew minn fuq xi "waiting list". Fil-bidu kien ikun hemm ftit applikanti għal dawn il-ftit postijiet iżda din is-sena kien hemm numru kbir u d-direzzjoni ta' l-iskola għamlet test fl-Ingliż u l-Malti u għax l-awtoritajiet tal-Kulleġġ deherilhom li test kien l-aktar ħaġa xierqa f'dan il-każ biex jimtlew il-ftit vakanzi li kellhom - anqas minn għaxra. S'issa għadu ħadd ma daħal għax it-tests ma ġewx ipproċessati biex jidħlu dawn it-tfal. L-iskola ma kkonsultatx mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, iżda m'hix obbligata li tagħmel hekk dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #26470 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Forti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux l-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw il-ħsarat li qed isiru fil-bini tal-Forti ta' San Luċjan fl-użu li qed isir għall-akwakultura? Tista' ssir investigazzjoni komprensiva fil-bini tal-Forti, tal-foss u l-madwar biex jitfassal pjan għar-rijabilitazzjoni tal-forti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-propjeta' li għaliha qed issir riferenza diġa' hi skedata mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Tlabt lid-Dipartiment tal-Mużewijiet jagħtini rapport dwar l-istat ta' din il-Fortizza u rakkomandazzjonijeit relattivi.
Leg 9 PQ #26471 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ħaddiema b'ħila fir-restawr jintbagħtu jagħmlu xogħol fuq il-Ġnien tal-Kmandant fi proġett bi sħab mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun? Meta se jintbagħtu dawn il-ħaddiema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fi Frar ta' din is-sena t-Taqsima tax-Xogħlijiet irċeviet proposta mingħand il-Kunsill Lokali, Żejtun biex isir proġett bi sħab għar-restawr tal-Ġnien tal-Kmandant fiż-Żejtun. Xahar wara, t-Taqsima tax-Xogħlijiet irrispondiet lill-Kunsill Lokali, Żejtun illi ma kellha l-ebda oġġezzjoni li dan il-proġett isir bi sħab kif ukoll offriet illi dak ix-xogħol li jista' jsir mill-ħaddiema tal-Gvern ikun jista' jsir a spejjeż ta' l-istess Taqsima. Peress illi l-Kunsill Lokali taż-Żejtun kien ta indikazzjoni li kellu l-perit tiegħu u li xtaq li x-xogħol isir taħt is-sorveljanza ta' dan il-perit, it-Taqsima talbet lill-Kunsill sabiex uffiċċjali tagħha jiltaqgħu mal-perit inkarigat sabiex jiġi mfassal il-programm tax-xogħlijiet. It-Taqsima għadha qiegħda tistenna risposta għal din it-talba.
Leg 9 PQ #26472 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Imnajdra

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija fuq il-vandaliżmu li sar fuq it-tempju ta' l-Imnajdra xahrejn ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #26473 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Mużew tal-Fine Arts

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi rriżulta s'issa mill-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar is-serqa tal-pittura ta' Ġużeppi Grech mill-Mużew tal-Fine Arts aktar kmieni din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #26474 Sitting 555 2001-06-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali għall-Kwalifiki Vokazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sentejn li ġejjin x'se jkun qed iwettaq mill-pjan tiegħu l-Kunsill Nazzjonali għall-kwalifiki vokazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa qed jiġu konsidrati sistemi li huma adottati f'pajjiżi oħra filwaqt li l-Kunsill iżomm f'moħħu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol f'Malta. Bħalissa l-viżjoni tal-Kunsill hi li fi żmien tlitt snin: * ikunu ħarġu l-ewwel standards nazzjonali ta' konoxxenza u kompetenza żviluppati mill-Bordijiet għall-Iżvilupp ta' Livelli Professjonali u Vokazzjonali f'diversi ħiliet fil-livelli minn wieħed sa erbgħa; * il-Kunsill ikun stabbilixxa policies rigward il-valutazzjoni ta' kompetenza; * ikunu ġew iffurmati l-Bordijiet għall-Valutazzjoni ta' Livelli Professjonali u Vokazzjonali; * il-membri tal-Bordijiet għall-Valutazzjoni ta' Livelli Professjonali u Vokazzjonali ikunu ġew imħarrġa u dawn bdew jaħdmu biex jistabbilixxu l-metodi ta' valutazzjoni ta' kompetenza; * ikunu bdew jiġu proċessati programmi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali mogħtija minn aġenziji ta' taħriġ biex jiġu akkreditjati; * ikunu bdew isiru programmi ta' taħriġ f'istituzzjonijiet varji li jwasslu biex individwu jikseb kwalifika vokazzjonali. Kif għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26322 fuq dan l-istess suġġett, il-Kunsill Malti għal Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali qiegħed jaħdem fuq pjan li jagħti l-wisgħa għal tibdil li jkun meħtieġ li jsir. Fuq kollox il-Kunsill għandu responsabbilita` li l-kwalifiki professjonali u vokazzjonali jinħolqu fuq bażi serja u professjonali. Il-Kunsill huwa magħmul minn nies li jirrappreżentaw lill-Gvern, lill-Unions, lill-Universita` u lis-settur privat. Hemm qbil unanimu bejn il-membri tal-Kunsill li s-sistema ta' Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali għal Malti tiġi żviluppata bir-reqqa.
Leg 9 PQ #26428 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sajf

Question

B'referenza għall-ittra li qed tintbagħat separatament, jistgħu jittieħdu passi biex iben il-persuna msemmija li jattendi l-iskola Primarja Dun Ġorġ Preca tal-Ħamrun jitħalla jieħu sehem fi Skola Sajf minkejja li ma applikatx kif miktub għax it-tifel ma wrihiex l-applikazzjoni fil-ħin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Taqsima konċernata ilha li ddeċidiet li taċċetta talbiet bħal dik imsemmija mill-Onor. Membru. Din it-talba kienet ġiet aċċettata bħal ta' oħrajn.
Leg 9 PQ #26429 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konferenza Nazzjonali

Question

X'inhuma r-raġunijiet li għalihom tħassret il-konferenza nazzjonali li kienet ippjanata dwar is-sehem tal-kunsilli ta' l-istudenti fil-ħajja tal-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma tħassret ebda Konferenza Nazzjonali dwar is-sehem tal-Kunsilli ta' l-istudenti fil-ħajja ta' l-iskejjel. Kellha ssir laqgħa formattiva ta' rutina għal rappreżentanti ta' disa' skejjel primarji statali u ħames skejjel sekondarji statali li pparteċipaw fi proġett pilota li kellha tinkludi xi preżentazzjonijiet ta' 'good practice', iżda li kellha tiġi proposta minħabba li ġiet proposta tard wisq biex issir fid-data stipulata.
Leg 9 PQ #26430 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Trasport tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa s'issa l-Gvern biex iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Awditur fir-rapport (Mejju 2001) li għamlu dwar l-abbużi li hemm fit-trasport tal-gvern li qed jiswa Lm 5 miljuni fis-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed issir ħidma, bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, biex jitwaqqaf “Working Group” li se jintalab jeżamina s-servizz tat-trasport tal-Gvern u jagħmel rakkomandazzjonijiet intiżi biex titjib is-sitwazzjoni ġenerali f’dan ir-rigward. Ninsab infurmat li qed jitfasslu t-“terms of reference” li mistennija jingħataw lill-“Working Group”. Dawn għandhom igħinu biex ikunu stabbiliti dawk l-oqsma li għandhom jingħataw prijorità. Huwa ttamat li l-“Working Group” ikun twaqqaf u beda x-xogħol tiegħu f’qasir żmien.
Leg 9 PQ #26431 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ġuvintur jaqgħu wara t-Tfajliet

Question

Peress li r-riżultati ta' l-eżamijiet SEC juru li l-ġuvintur qed jaqgħtu wara t-tfajliet fil-Junior Lyceum, x'passi hemm maħsuba li jittieħdu biex tiġi ndirizzata l-problema tas-subien tal-Junior Lyceum li qed jaqgħu wara l-bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li se jiġi intensifikat l-istudju li diġa' nbeda mill-Education Assessment Unit dwar din il-problema. Se jipparteċipaw fih il-Junior Lyceums kollha, inklużi tal-bniet; għaliex l-istudju komparattiv jista' jitfa' dawl fuq il-problema u fuq opportunitajiet għal azzjoni. Se nfittxu ko-ordinament mar-Research Officer tal-MATSEC. Qed inħarsu wkoll lejn dan il-fenominu fl-Ingilterra u x'inhu jsir dwaru hemm, biex ikollna stampa ta' kuntest ieħor ukoll. Nixtiequ naħdmu b'mod li dan il-problema jingħata ħafna attenzjoni, ħsieb u enerġija u mhux pubbliċita`.
Leg 9 PQ #26432 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Secondary School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi konkreti hemm maħsuba fis-sentejn skolastiċi li ġejjin biex titjieb is-sitwazzjoni fl-area secondary school tal-Gvern fejn bħalissa l-maġġoranza l-kbira tal-istudenti qed itemu l-edukazzjoni sekondarja bla snajjiet, ċertifikati u bla kwalifiċi tas-SEC?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa Settembru se jiġu studjati l-School Development Plans ta' dawn l-iskejjel biex wieħed jara sew x'miżuri ta' azzjoni meħtieġa għal titjib ġew identifikati mill-iskejjel fl-aħħar eżerċizzju li dawn għamlu f'Mejju/Ġunju 2001. Se jinstab appoġġ għal kemm jista' jkun minn dawn il-proġetti billi dawn l-iskejjel jiġu abbinati ma' sorsi speċifiċi ta' għajnuna, bi pjan definit. Dawn is-sorsi jaħdmu mill-qrib ma' l-iskejjel u kemm jista' jkun kull skola jmissha xi forma ta' għajnuna. Hekk barra għoti ta' għajnuna speċifika jsir ukoll il-bini ta' sistema aktar effettiva ta' appoġġ. Se jsiru sforzi għal networking bejn skejjel għal skambji ta' idejat u riżorsi f'materjal għat-tagħlim. Fuq l-aġenda ta' l-Education Assessment Focus Group hemm bini ta' forom oħra ta' assessjar barra dawk tas-SEC. It-taħriġ li se jibda f'Ottubru 2001 għall-għalliema tat-Teknoloġija u taħriġ ieħor huma passi oħra għall-istess skop.
Leg 9 PQ #26433 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Student

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna se jingħata l-istudent li d-dettalji qed jintbagħtu separatament u jattendi t-tieni sena ta' l-iskola primarja Dun Frans Camilleri, Ħamrun peress li għandu diffikultajiet kbar biex jikteb u jaqra u dan ifisser li se jaqa' lura fl-edukazzjoni tiegħu u jkun diffiċli li jirpilja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudent imsemmi ilu mill-bidu tas-sena skolastika jingħata għajnuna billi jattendi għall-Comlementary Education. Jekk ikun hemm qbil min-naħa tal-ġenituri, t-tifel jista' jirrepeti t-tieni klassi. Hu maħsub li fis-sena skolastika li jmiss l-istudent jibqa' jingħata għajnuna komplementari biex ikun jista' jakkwista u jissaħħaħ fil-ħiliet bażiċi; tal-qari u l-kitba.
Leg 9 PQ #26372 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Santa Venera - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara li rċieva petizzjoni minn ġenituri ta' l-iskola primarja Dun Xand Cortis ta' Sta Venera biex ikun hemm iżjed sigurta' dwar dħul fl-iskola biex ma jkunx hemm theddid u vjolenza?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li biex ikun hemm iżjed sigurta` dwar dħul fl-iskola, ittieħdu dawn il-miżuri: * Il-ġenituri m'humiex jitħallew jidħlu fil-klassijiet biex jiġbru lil uliedhom. * Il-ħruġ tat-tfal qiegħed isir min naħa differenti ta' l-iskola, biex b'hekk ikun hemm sorveljanza aħjar. * Il-Kap ta' l-iskola tkun preżenti waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal. * Aċċess għal ġo l-iskola mit-terran ser jiġi magħluq. * L-iskola ser tkun armata b'CCTV.
Leg 9 PQ #26373 Sitting 553 2001-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Birzebbuga - Skejjel Primarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni wara ittra li rċeviet bid-data tad-9 ta' Marzu 2001 mill-kunsilli skolastiċi skejjel primarji A u B ta' Birżebbuġa dwar dawk li ssejħu "rregolaritajiet" fit-tmexxija tal-finanzi mill-presidenta tal-kunsill skolastiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni żammet numru ta' laqgħat mal-partijiet konċernati biex tagħmel l-istħarriġ tagħha.

Djar — Ta' Ġiorni - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi biex issir il-manutenzjoni meħtieġa għax fi block D tal-qasam tad-djar f'Ta' Giorni hemm ġebel li qed jaqa' mill-gallerija tal-blokk u hemm bżonn urġenti tat-tiswija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.