Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26789 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

FINAGRIT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26572?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar sentejn u nofs, il-Kumpanija Finagrit rebħet ħdax-il kuntratt. Dawn jammontaw għal sitta u għoxrin fil-mija tal-kuntratti kollha mogħtija. Il-kuntratti mirbuħa dejjem kienu l-orħos offerti.
Leg 9 PQ #26654 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklużiva ilu mna jiltaqa minn Settembru 2000? X'inhuma l-kwistjonijiet kruċjali li jrid isib tarfhom dan il-kumitat?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26655 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Websites

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mid-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar il-proġett ta' l-aċċess ta' l-Internet fl-iskejjel tal-Gvern? Min hu responsabbli mid-deċiżjonijiet biex websites sottomessi mill-għalliema ikunux inklużi jew le fil-website http://schoolnet.magnet.mt

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha 'Steering Committee' dwar l-Internet fl-iskejjel u huma chaired mid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni. Dan il-Kumitat jieħu deċiżjonijiet dwar il-'portal' tal-'Website'. F'dan il-'portal' hemm 'feedback form' fejn l-għalliema jistgħu jissuġġerixxu sites oħra li fil-fehma tagħhom għandhom jiżdiedu mal-lista diġa' eżistenti.
Leg 9 PQ #26656 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni li qed jaħdmu esklussivament fuq il-proġett ta' l-Internet fl-iskejjel? Taħt liema dipartiment jaqgħu? Kemm hemm impjegati fl-istess diviżjoni li partijiet mir-responsabilta' tagħhom hu dan il-proġett? Min huma? X'kariga għandhom? Minn meta bdew jaħdmu fuqhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm ħadd mill-impjegati fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li qed jaħdem esklussivament fuq il-Proġett ta' l-Internet fl-iskejjel. Dawk li għandhom parti mir-responsabilta` tagħhom fuq dan il-proġett huma: Ms Maria Mintoff - Assistant Head Mr Emile Vassallo - Support Teacher Mr Albert Vella - Support Teacher Ms Pauline Azzopardi - ICT Peripatetic Teacher Ms Tania Briffa - ICT Peripatetic Teacher Ms Nancy Calleja - ICT Peripatetic Teacher Mr James Callus - ICT Peripatetic Teacher Ms Catherine Carabott - ICT Peripatetic Teacher Ms Tania Gatt - ICT Peripatetic Teacher Ms Dorita Maniscalco - ICT Peripatetic Teacher Ms Carmen Mifsud - ICT Peripatetic Teacher Ms Marica Saliba - ICT Peripatetic Teacher Ms Lorna Schembri - ICT Peripatetic Teacher Ms Mariangela Schembri Meli - ICT Peripatetic Teacher Ms Wilhelmina Scicluna - ICT Peripatetic Teacher Ms Joanne Spiteri - ICT Peripatetic Teacher
Leg 9 PQ #26657 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm skejjel li se jkollhom aċċess għall-internet sa Ġunju 2001? Liema huma dawn? Fuq liema kriterji ntagħżlu dawn? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li hemm biex l-iskejjel kollha tal-Gvern se jkollhom l-access għall-Internet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa Ġunju 2001, l-iskejjel li se jkollhom aċċess għall-Internet huma: Santa Theresa Girls' Junior Lyceum Maria Reġina Girls' Junior Lyceum Dun Ġużepp Żammit Brighella Boys' Junior Lyceum Ninu Cremona Boys' Secondary - Junior Lyceum Agius De Soldanis Girls' Secondary - Junior Lyceum Mikiel Anġ Refalo Post Secondary Carlo Diacono Girls' Junior Lyceum Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum Erin Serracino Inglott Girls' Secondary Giovanni Despott Boys' Junior Lyceum F.X. Attard Boys' Secondary Lily of the Valley Girls' Secondary Fra Diegu Bonanno Girl's Opportunity Centre Lorenzo Gafa' Boys' Secondary Paolino Vassallo Post Secondary Giovanni Curmi Higher Secondary Arts & Design Centre Margaret Mortimer Girls' Junior Lyceum Liċeo Vassalli Boys' Junior Lyceum San Ġużepp Ħaddiem Mikiel Anġ Sapiano (Technical Institute) Salvatore Dimech Kan. P. Pullicino Girl's Secondary Fgura Primary School 'A' Fgura Primary School 'B' St Julians Primary 'C' Cospicua Primary School 'A' Cospicua Primary School 'B' Kalkara Primary School 'C' Senglea Primary School 'C' Marsa Primary School 'B' Vittoriosa Primary School 'C' Xgħajra Primary School 'C' Mosta Primary School 'A' Mosta Primary School 'B' Dawn ġew magħżulin prinċipalment fuq policy li kienet ittieħdet fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti li tat preferenza l-area tal-Kottonera. Intagħżlu l-iskejjel Post Sekondarji maġġuri jiġifieri dawk tan-Naxxar u r-Raħal Ġdid. Kien hemm firxa ta' Skejjel Sekondarji u Junior Lyceums li intagħżlu skond il-popolazzjoni ta' l-Iskola jew minħabba l-fatt li huma mdaħħlin f'diversi E.U. Programmes.
Leg 9 PQ #26658 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Filtering

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sistema ta' filtering qed tintuża biex jiġi imblukkat l-access għall-websites meqjusa mhux addattati għat-tfal fl-iskejjel li ngħata l-access għall-internet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sistema li qed tintuża hija dik imsejjħa 'Walled Garden' jew 'White List' u bħala sistema qed tintuża s-'usrf control'. Din is-sistema taħdem billi tħalli biss kategoriji ta' sites jidħlu. Kull kategorija fiha eluf ta' sites. Bħalissa l-kategoriji ta' sites li ġew enabled huma News, Kids, u Education. Barra minn hekk diversi sites li huma magħrufa li għandhom valur edukattiv ġew miżjuda ma' dawn il-kategoriji, eż. is-site edukattiva tal-BBC, l-encarta u l-Brittanica. Ta' min jinnota li din is-sena qegħdin fis-sena pilota u għalhekk kontinwament qed jiġu evalwati kategoriji oħra biex jiġu miżjuda ma' dawk li diġa' jeżistu.
Leg 9 PQ #26659 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħata jew qed jingħata lill-Għalliema fl-użu ta' l-Internet bħala għodda teknologika? X'taħriġ ingħata jew qed jingħata lill-għalliema fl-użu ta' l-internet bħala għodda ta' tagħlim ta' suġġetti oħra akkademiċi? Jista' jispeċifika eżatt n-natura tat-taħriġ, kif, meta, fejn, minn min u lil min ingħata? Xi pjani hemm għal taħriġ ta' l-għalliema f'dan ir-rigward għall-futur qrib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena ġew ipprovduti korsijiet għall-għalliema rigward l-użu ta' l-internet fil-klassi. Għal dawn il-korsijiet applikaw numru konsiderevoli ta' għalliema u t-taħriġ sar minn nies speċjalizzati f'dan il-qasam u saru fiċ-Ċentru ta' l-Informatika fil-Furjana kif ukoll fil-Junior Lyceum tal-Blata l-Bajda. Barra minn hekk, l-ICT Peripatetic Teachers qed iduru fl-iskejjel konċernati biex jgħinu lill-għalliema fl-użu ta' l-Internet.
Leg 9 PQ #26622 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'livell ta' protezzjoni lesta tagħti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar lill-Imtali, wirt storiku rurali, meta tikkunsidra l-proposta għall-bini ta' skola fil-Karwija f'Ħal Kirkop.

Response (BORG, TONIO)

Il-ħitan tas-sejjiegħ u wirt rurali huma diġa` protetti permezz tan-Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 160/97 maħruġa taħt il-liġi għall-Ħarsien ta` l-Ambjent.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25427 u li originarjmanet kienet saret lil Ministru ta' l-Agrikoltura u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jara li tiġi rranġata t-Triq ta' Għajn Tuta fl-Aħrax tal-Mellieħa (mappa mibgħuta separatament) li jintuża min ħafna bdiewa kif ġioe spjegat lilek f'ittra mibgħuta lilek fit-28 ta' Frar 2001?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex issir spezzjoni f`dawn it-toroq sabiex jiġi stabbilit l-istat ta` manutenzjoni tagħhom u biex flimkien mal-Kunsill Lokali jiġi stabbilit x`għandu jsir.
Leg 9 PQ #26624 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 25424 xahar ilu, jista' jgħid jekk kienx hemm żviluppi ġodda dwar il-kumpanija li se tmexxi l-Pixxina Nazzjonali

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għadhom għaddejjin it-taħditiet bejn il-partijiet konċernati.
Leg 9 PQ #26625 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali li tħallsu żejda fl-1999 u 2000 f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'qed iżomm milli jsir dan il-ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni, issa ngħata l-informazzjoni meħtieġa mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex ikun jista' jibda jħallas ir-refunds dovuti. Rigward il-każ imsemmi fil-mistoqsija parlamentari, l-persuna kkonċernata għanda tikkontatja lis-Sezzjoni tas-Sigurta' Soċjali fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fi Blokk 3 biex tingħata t-tagħrif meħtieġ.
Leg 9 PQ #26626 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-MITTS dwar l-għoti ta' aċċess għall-Internet fi skejjel tal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasal fil-Ministeru, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26627 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li l-ewwel reazzjoni ta' l-għalliema għall-aċċess ta' l-Internet f'ċertu skejjel kienet negattiva għaliex dawn qali li l-aċċess hu ristrett biss għal ftit għexieren ta websites ta' l-Internet u dawn mhux bizzejjed buex juawhom fit-tagħlim u l'anqas għandhom aċess għall-għodda vitali ta' l-email?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sistema li qed tintuża bħala filtering fl-iskejjel ta' l-istat hija dik li tissejjaħ il-'Walled Garden'. Din is-sistema tintuża fl-iskejjel biex tipproteġi l-istudenti minn sites li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-edukazzjoni ta' l-istudenti. Jeżistu diversi sistemi ta' filtering u l'Walled Garden' hija l-aħjar waħda f'dan il-għan. Din is-sistema taħdem billi tħalli biss kategoriji ta' sites jidħlu. Kull kategorija fiha eluf ta' sites. Bħalissa l-kategoriji ta' sites li ġew enabled huma News, Kids, u Education. Barri minn hekk diversi sites li huma magħrufa li għandhom valur edukattiv ġew miżjuda ma' dawn il-kategoriji, eż is-site edukattiva tal-BBC, l-Encarta u l-Brittanica. Ta' min jinnota li din is-sena qegħdin fis-sena pilota u għalhekk kontinwament qed jiġu evalwati kategoriji oħra biex jiġu miżjuda ma' dawk li diġa' jeżistu. L-aċċess għall-E-Mail u għall-hosting ta' Website ser ikun ipprovdut fil-bidu tas-sena skolastika li ġejja.

Mustering Room

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 26315 kemm ingħata żmien jirrettifika s-sitwazzjoni min hu responsabbli mill-mustering room tal-Mellieħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li spettur mit-Taqsima għas-Saħħa u Sigurta' ħareġ ordni skond kif provdut fl-Artikolu 11 tal-Att Numru VII tal-1994 biex il-kamra in kwestjoni tkun vakata sa' nhar l-erbgħa 27 ta' Ġunju. Din l-Ordni qiegħda tissupplimenta dik li kienet inħarġet qabel u li fiha ma kienx qiegħed ikun stipulat żmien biex tiġi vakata l-kamra. Sa ssir spezzjoni oħra nhar il-erbgħa biex ikun żgurat li l-ordni tiġi esegwita.
Leg 9 PQ #26568 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm ġew reġistrati bħala suwiċidji, imwiet f'pajjiżna? X'eta kellhom? Kemm irġiel u kemm nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur mir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet jirriżulta li s'issa kien hemm għaxar (10) każi ta` mwiet minn suwiċidju irreġistrati f'din is-sena. Dawn kienu jinvolvu disgħa (9) irġiel u mara waħda (1). L-etajiet ta` dawn l-imwiet huwa kif ġej: Etajiet (snin) Numru ta` Każ ijiet 15-24 1 25-34 3 35-44 2 45-54 3 55-64 0 65-74 1 75+ 0 Total 10
Leg 9 PQ #26569 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar sentejn u nofs kemm kompjuters u aċċessorji tagħhom ġew mibdula ma' oħrajn iżjed ġodda għall-użu tal-MITTS? F'kull każ x'sar mill-kompjuters mibdula?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26570 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema proċeduri qed jiġu segwiti fl-għoti tal-kuntratti mill-Medigrain għall-formiment tal-qmugħ? X' passi qed jittieħdu biex informazzjoni sensittiva ta' offerti ma jiġux mgħoddija lil rivali offerenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26571 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta lill-pulizija li saru suwiċidji din is-sena f'Malta? Kemm f'Għawdex? X'etajiet kellhom il-persuni li neħħew ruħhom b'idejhom? Kemm irġiel? Kemm nisa?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-tagħrif li kont tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25215, ninsab infurmat illi sal-14 ta` Ġunju 2001, kien hemm 9 każi oħra ta` suwiċidju. Minn dawn il-każi, 8 seħħew f`Malta u 1 f`Għawdex.
Leg 9 PQ #26572 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Finagrit

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn u nofs, il-kumpanija taljana Finagrit kemm-il darba rebħet kuntratti biex tforni l-qmugħ lill-Medigrain? X'persentaġġ huma dawn mill-kuntratti mill-kuntratti kollha mogħtija? B'liema prezzijiet rebħet dawn il-kuntratti meta mqabbla mal-kompetituri tagħha għall-istess kuntratti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.