Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta' nazzjonalita Maltija li bdew il-kors tal-liġi f'Ottubru 2000? Kollha kellhom il-Malti fil-livell avvanzat bħala parti mir-rekwiżiti biex jibdew il-kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Ottubru 2000 daħlu 111 student Malti fil-kors li jwassal għal Baċċellerat fil-Liġi u Studji Umanistiċi (B.A. Legal & Humanistic Studies) u 100 student Malti fil-kors li jwassal għad-Dottorat tal-Liġi (LL.D.)
Informat ukoll li għall-kors tal-B.A., il-Malti fil-livell avvanzat ma hux suġġett obbligatorju rikjest għad-dħul fil-kors. B'danakollu 93 student kellhom kwalifika fil-Malti fil-livell avvanzat u tmintax ma kellhomx. Fost dawn ta' l-aħħar 12 minnhom daħlu taħt il-'maturity clause'.
Għall-kors tal-LL.D., l-istudenti kollha kellhom il-Malti fil-livell avvanzat kif kien rikjest fir-regolamenti tad-dħul fil-kors.
Jista' jiġi nvestigat x'qed jikkaġuna r-riħa qawwija li ilu jkun hemm fil-power station tal-Marsa għal iżjed minn xaħar? Jirriżulta li ħaddiema ħarġu bis-sick leave minħabba din l-intiena? Ittieħdu xi passi mill-management tal-korporazzjoni Enemalta wara li l-ħaddiema kitbu jilmentaw dwar l-intiena? X'passi ttieħdu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li huwa minnu li għal xi ġranet matul Ġunju li għadda kien hemm riħa li x'aktarx oriġinat meta tanker kien qed jippompja żejt f'tank tal-fuel fil-power station.
M'hemm ebda rapporti ta' ħaddiema tal-power station li ħarġu bis-sick leave minħabba din ir-riħa.
Ninsab infurmat ukoll li l-Korporazzjoni qed tikkunsidra l-possibilta' ta' tipi oħra ta' fuel minn dak preżenti.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet x'għajnuna finanzjarja ngħatat lill-bdiewa u sajjieda lokali? Għal-liema raġunijiet ngħatat din l-għajnuna u kemm kienet din l-għajnuna f'kull każ? Lil min ngħatat din l-għajnuna? Kif ġiet deċiża din l-għajnuna?
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hemm studenti b'diżabilita' 1) fl-iskejjel governattivi a) primarji b) sekondarji c) post-sekondarji 2) fl-iskejjel tal-knisja a) primarji b) sekondarji c) post-sekondarji 3) fl-iskejjel indipendenti a) primarji b) sekondarji c) post-sekondarji.
F'kull każ x'tip ta' diżabilita' għandhom l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti Universitarji lill-Istudents Maintenance Grants Board għax-xogħol tas-sajf 2001 sat-13 ta' Ġunju 2001? Għal-liema postijiet applikaw minn kull waħda mill-45 entita li offrew postijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa meta għalqu l-applikazzjonijiet għax-xogħol tas-Sajf fit-13 ta' Ġunju 2001, kienu applikaw 1745 student.
Kif jaf l-Onor. Membru l-istudenti kienu mitluba jindikaw żewġ preferenzi. Qed nassumi li qed jitlob biex ikun jaf x'kienet l-ewwel preferenza ta' kull student.
1. Ministeru ta' l-Edukazzjoni (Skola Sajf) 362
2. National Office of Statistics 12
3. Malta Maritime Authority Gozo 7
4. Malta Maritime Authority Malta 12
5. Management Effciency Unit 6
6. Building Construction Industry Dept 2
7. Wireless Telegraphy 6
8. Rabat Local Council 5
9. Malta Council for Economic Development 5
10. Institute of Tourism Studies 1
11. Enemalta Corporation 112
12. Ministry Agriculture and Fisheries 16
13. Water Services Corporation 19
14. Health Department 600
15. Qormi Local Council 2
16. Department of Contracts 12
17. St Paul's Bay Local Council 6
18. Med. Technical Services Ltd. 2
19. Consumer and Protection Division 6
20. Corinthia Group of Companis 50
21. Ministry of Education 254
22. Malta Society of Arts, manufacture and Commerce 8
23. Joint Office 6
24. Works Division 76
25. Sedqa 5
26. Civil Protection 3
27. Environment Protection Division 14
28. Mellieħa Local Council 12
29. Ministry of Foreign Affairs 42
30. Roads Department 36
31. Fgura Local Council 6
32. Civil Registration 3
33. Ministry for Justice and Local Councils 30
34. Dept. for Industrial and Employment Relations 4
35. House of Representatives 4
36. Association of Students of Commercial Studies 8
37. Projects Office Bighi 17
38. Dar Qalb ta' Ġesu` 5
39. Department of Fisheries - Forti San Luċjan 4
40. Industrial Properties Office 2
41. Policy & Regulatory Srevices - Commerce Division 5
42. University of Malta - International Office 6
43. MITTS 4
44. Ministry for Social Policy 13
45. Maltacom Plc 43
46. Richmond Foundation 12.
Jista' l-Ministru jgħid li dawk li qed japplikaw għall-MCAST bħala għalliema fuq bażi ta' attachment ikunu jistgħu jmorru lura għax-xogħol tagħhom qabel jagħlqu t-tliet snin tal-kuntratt?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, il-materja qed tiġi konsidrat b'dana pero` li l-għalliema jkunu jridu jagħtu avviż xieraq u jimpenjaw ruħhom li l-ewwel jispiċċaw is-sena skolastika li jkunu bdew.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26654?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva, għalkemm ilu ma jiltaqa', kien żamm numru ta' laqgħat li permezz tagħhom wasal biex ikun hemm qbil fuq diversi aspetti u permezz ta' hekk wasal biex addotta policy dwar l-Edukazzjoni Inklussiva għall-qasam ta' diżabilita`. Fost ħwejjeġ oħra din il-policy ipproponiet il-ħolqien ta' Statementing Moderating Panel minnflok l-iStatementing Board eżistenti, kif ukoll il-ħolqien ta' Statementing Appeals Board. Il-panel u l-bord inħatru ftit tal-ġimgħat ilu, u ser jaraw illi l-policy l-ġdida tibda tiġi implimentata.
Il-kwistjoni ta' taħriġ ta' Facilitators hija materja oħra li l-Kumitat għadu qed jistenna proposti dwarhom minn għand l-esperti konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ġie ttestjat il-kompost prodott fil-impjant ta' Sant Antnin biex jiġi verifikat jekk hux tassew tajjeb għall-użu mill-bdiewa jew jekk fiha elementi li jagħmlu iżjed ħsara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sa llum ma jeżistux standards fuq il-kwalita' tal-compost.
Il-compost prodott fl-Impjant ta' Sant'Antnin ġie ttestjat diversi drabi u jipparaguna tajjeb ma' l-istandards tad-direttiva 86/278/EEC dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent u partikolarment tal-ħamrija, meta sludge mid-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex jiġi kkunsidrat x'jista' jsir dwar is-suġġett imsemmi f'mistoqsija parlamentari nru 25922?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu ġiet diskussa f’laqgħa msejħa għall-kapijiet ta’ l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż u qiegħed jiġi mistħarreġ il-mod kif jitwettaq b’effett mis-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26626?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopja tal-ftehim iffirmat bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-MITTS dwar l-għoti ta' aċċess għall-Internet fl-iskejjel tal-Gvern qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħidilna kemm qiegħed isir overtime fil-generation u kemm-il siegħa ta' overtime il-ħaddiema qed jagħmlu fil-power stations imħaddma mill-Enemalta?
a) Veru li hemm ħaddiema li qed jaħdmu aktar minn erba' u għoxrin siegħa?
b) Veru li hemm ħaddiema li jidħlu għax-xogħol u ma jafux fi x'ħin joħorġu?
c) Jista' l-Ministru jgħidilna kemm qed jinħela overtime fis-sezzjonijiet tal-Human Resources?
d) Skond il-memo li ħareġ ic-chairman fit-23 ta' Novembru 1999 (kopja annessa separatament) ħadd ma jista' jagħmel overtime, din tgħodd għal kulħadd jew għal ċerti ħaddiema?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar xhur is-sahra totali fil-power stations (generation) kienet bejn wieħed u ieħor disat elef siegħa fix-xahar. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, tajjeb jingħad li
a. Hu każ rari ħafna li ħaddiem jaħdem erbgħa u għoxrin siegħa meta wieħed jikkunsidra li s-sistema tax-shift hi mfassla proprju sabiex ma tinħoloqx din il-possibilta'.
b. Fis-sezzjoni ta' l-Operations, ħaddiem ma jistax jitlaq mill-post tax-xogħol jekk ma jiġix mibdul għar-raġuni ovvja biex l-impjant ma jitħalliex bla superviżjoni. Għaldaqstant, meta persuna tirraporta li ma kinitx ser taddenti għax-xogħol minħabba mard, il-ħaddiem li kien ser jinbidel jibqa' hemm sakemm jinstab ħaddiem ieħor li jkun jista' jieħu postu.
c. Kuntrarjament għal dak li qed jiġi allegat, fis-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani ma hemm l-ebda ħela ta' sahra. L-introduzzjoni ġdida tas-sistema ta' punching ġabet aktar xogħol u għalhekk inħasset il-ħtieġa ta' aktar nies biex din il-funzjoni titħaddem b'mod effettiv.
d. jekk wieħed jaqra sewwa l-kontenut ta' l-imsemmi memorandum, ma kienx hemm projbizzjoni tas-sahra fejn hu meħtieġ tassew, iżda li jkun hemm l-approvazzjoni bil-quddiem meta jkun hemm il-ħtieġa li ssir xi sahra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel din is-sena li matul is-sajf se jikru parti mill-faċilitajiet tagħhom lill-organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliz lill-barranin? Liema huma dawn l-iskejjel? F'kull każ x'faċilitajiet se jikru? Lil min se jikruhom? B'liema rata ta' ħlas f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu stabbiliti r-rati ta' ħlas li qed jintalbu mill-kapijiet ta' skejjel lill-organizzazzjonijiet li jikru klassijiet u uffiċini mill-iskejjel biex jgħallmu l-Ingliz lill-barranin?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa matul din is-sena skolastika l-kumitat li twaqqaf ma' l-iskejjel tal-knisja biex jiddieċiedi x'għandu jsir dwar studenti li s'issa kien qed jitneħħew mill-iskejjel tal-knisja u jintbagħtu fi skejjel tal-Gvern? X'deċiżjonijiet ħa dan il-kumitat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat imsemmi mill-Onor. Membru iltaqa' b'kollox 6 darbiet iżda għadu ma wasalx biex jikkonkludi r-rapport għalkemm sar ħafna xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26570?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-proċeduri segwiti fl-għoti ta' kuntratti mill-Medigrain għall-forniment ta' grains huma dawk li kienu ġew stabbiliti fl-1980. Permezz ta' dawn il-proċeduri, ma jitħalliex lok li nformazzjoni sensittiva ta' offerti tiġi mgħoddija lill-offerenti rivali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26569?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul is-sentejn u nofs li għaddew inbidlu tlett mija u tmintax (318) il-kompjuter kif ġej:
Sena Kompjuters mibdula
1999 144
2000 104
2001 70
Mit-tlett mija u tmintax (318) il-kompjuter li nxtraw ġodda, tnejn u tmenin (82) inxtraw ‘Barebone’. Dan ifisser li f’dawn il-każi jkun inxtara il-kompjuter biss filwaqt li jibqaw jintużaw l-istess aċċessorji tal-kompjuter ta’ qabel inkluż il-‘monitor’.
Mit-tlett mija u tmintax (318) il-kompjuter li nbidel, erbgħa u tmenin (84) għadhom qegħdin jidhru fuq il-kotba tal-kumpannija, filwaqt li mitejn w erbgħa u tletin (234) ġew disposti kif ġej:
Sena
Donazzjonijiet
Mibjugħa lill-impjegati
Mormija
1999
5
12
132
2000
11
15
-
2001
3
-
56
Ta’ min wieħed jgħid li qabel kompjuter jiġi mormi, jittieħdulu dawk il-partijiet li jkunu jistaw jintużaw band’oħra skond il-bżonn.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26584?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23575.
Informat li mid-data ta' din ir-risposta waslna fi stadji varji tax-xogħlijiet ippjanati għas-sena kalendarja 2001. Din li se nsemmi hi lista ta' dawn ix-xogħlijiet.
Rampi
Xogħlijiet kompluti
Skola Primarja ta' Raħal il-Ġdid Lm 192
Xogħlijiet kważi kompluti
Skola Primarja tal-Ħamrun Lm3,899
Skola Primarja Sant Iermu l-Belt Lm8,052
Xogħlijiet li dalwaqt jibdew
Skola Sekondarja tal-Gżira Lm14,021
Skola Primarja Marsa Lm 7,362
Skola Sekondarja Subien Marsa Lm 2,745
Liċeo Sen Ġużepp Raħal il-Ġdid Lm 5,479
Skola Primarja Sliema Lm 4,634
Skola Primarja B'Bugia 'A' Lm 9.057
Skola Primarja B'Bugia 'B' Lm 4,290
Skola Primarja Senglea Lm 2,255
Skola Primarja Naxxar Lm 2,203
Lifts u Lift Shafts
Fir-rigward ta' lifts u lift shafts id-Diviżjoni ħadet ħsieb tmexxi għall-publikazzjoni tlett sejħiet għall-offerti għax-xogħlijiet li se nsemmi:
Kostruzzjoni u tlestija ta' lift shafts Lm19,539
u kmamar għall-magni ta' dawn il-
lifts f'diversi skejjel.
Din l-offerta għalqet imma kellha terġa toħroġ għaliex l-unika offerta li ġiet sottomessa kienet wisq għola mill-istima.
Provediment u installazzjoni ta' Lm17,955
passenger lift fl-iskejjel primarji u
sekondarji ta' Ħal-Tarxien
Din l-offerta mistennija tintrebaħ fi żmien qasir.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26583, jista' issa jinforma ruħu x'kienu s'issa l-konkluzjoni tal-grupp li qed jaħdem fuq il-Gwida għall-Oppprtunitajiet Indaqs waqt l-eżamijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa d-Direttur tal-Kurrikulu tinsab imsiefra u miniex f'pożizzjoni li ngħid x'deċiżjoni ħadet hi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26581?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni investigat. Informat li wara li d-Direttur Operations irċeviet ittra mingħand il-ġenituri tal-Kunsilli ta' l-Iskejjel A u B ta' B'Bugia, hija kellha laqgħat separati mal-ġenituri, mal-President u mas-Surmast u ma' l-aħħar tnejn flimkien. Minn dawn il-laqgħat ma deherx li kien hemm xi flus nieqsa.