B'riferenza għal dak li qal l-Ombudsman, is-Sur Joe Sammut, lill-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, li spiss jiġi njorat mill-kapijiet tad-dipartimenti tal-gvern "aħseb u ara kif jistmaw liċ-ċittadini ordinarji" hemm xi passi maħsuba biex il-kapijiet tas-servizz pubbliku jkunu aktar sensittivi u juru spinta ta' kollaborazzjoni ma' l-ombudsman"
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li dwar dak li qal l-“Ombudsman” diġà ttieħdu passi mas-Segretarji Permanenti sabiex talbiet kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-“Ombudsman” u uffiċjali oħra jingħataw attenzjoni fil-pront.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi talba minn sidien ta' skejjel privati li għas-sena 2002 l-għajnuna tal-gvern lill-ġenituri li jibgħatu lill-uliedhom fi skejjel privati titla' minn Lm0.5 miljun għal Lm1 miljun
Jista' l-Ministru jara li fil-pjazza/ġnien tal-Balluta jsiru hand rails f'diversi partijiet li jitqiesu perikolużi għat-tfal li jittieħdu jilgħabu hemm mill-ġenituri?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie nnotat u ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-handrails imsemmija isiru kif ikun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid it-tindif tal-ħmieġ li jdaħħal il-baħar u jibqa' jgħum fil-wiċċ mal-kosta, fuq min taqa'? Jista' jsir it-tindif meħtieġ tal-baħar li jkollu wiċċ mimli ħmieġ ma' partijiet differenti tal-kosta ta' Malta u Għawdex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Skond ir-riċerka u l-ġbir tat-tagħrif mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika għas-snin 1998, 1999 u 2000 x'jirriżulta dwar ċaqlieq ta' prezzijiet u spejjeż f'dak li għandu x'jaqsam mal-lezzjonijiet tal-privat li l-ġenituri jħallsu għal uliedhom wara l-iskola? Mir-riċerka ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jirriżulta kemm hija mifruxa din l-attivita' f'pajjiżna?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-indiċi tal-prezzijiet għal lezzjonijiet tal-privat għas-snin li qed issir riferenza għalihom huwa kif ġej:
1998 112.39
1999 117.52
2000 122.19
It-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija ikun jista' jingħata wara li jiġu proċessati r-riżultati tal-Household Budgetary Survey. Dan mistenni li jsir fi żmien mhux il-bogħod.
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif li ġabar l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika biex seta' joħroġ l-istatistika li ħareġ dan l-aħħar dwar l-assenteiżmu ta' l-istudenti, skola bi skola, fil-qasam sekondarja, bniet u subien fis-settur governattiv, tal-Knisja u privati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-provvedimenti tas-Sezzjoni 41 ta' l-Att ta' l-2000 dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika, it-tagħrif mitlub ma jistax jingħata.
X'kunsiderazzjonijiet serji saru biex l-auxiliary hospital u ċ-chaplain's house fil-Kalkara jintużaw għall-istitut għal studji marittimi? Huwa meqjus li dan sit tajjeb meta l-post magħżul jintlaqat ħażin bil-majjistral u l-iżjed bil-grigal li spiss jintlaqat bil-maltemp u ma jkunx jista' jistuża l-baħar li qiegħed mas-sit? Min ġie kkonsultat dwar l-għażla?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija daħlet il-bieraħ wara l-għeluq tal-ħin ta' l-uffiċċju biex tiġi mwieġba illum, it-tagħrif mitluba ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet differenti ta' dawk li jinsabu fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin li huma ta' nazzjonalita' Maltija?
X'inhu l-livell skolastiku u l-kwalifiki edukattivi li għandhom, każ każ, il-persuni ta' nazzjonalita' Maltija miżmuma fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-etajiet ta` dawk li jinsabu fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huma kif turi t-Tabella.
Minn ħmistax sa tmintax-il sena
5
Minn dsatax sa wieħed u għoxrin sena
6
Minn 22 sena sa ħamsa u għoxrin sena
19
Minn 26 sena sa tletin sena
38
Minn wieħed u tletin sena sa ħamsa u tletin sena
31
Minn sitta u tletin sena sa erbejn sena
29
Minn wieħed u erbgħin sa ħamsin sena
30
Minn wieħed u ħamsin sa sittin sena
16
Minn wieħed u sittin sena u aktar
4
Ninsab infurmat ukoll li minn Lulju tas-sena 2000, kull persuna li tidħol fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin bdiet timla` formola dwar il-livell akademiku tagħha. Sal-lum imtlew 151 rapport, li juri li 77 persuna jafu jaqraw u jiktbu. Fost dawn hemm 10 li ddikjaraw li għandhom xi 'O' Levels u 'A' Levels.
Il-kumplament u ċioe` 74 persuna ddikjaraw li ma jafux jiktbu jew jaqraw.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandha l-Universita' biex fil-5,6 snin li ġejjin ikun hemm persuni kwalifikati adekwatament fil-postijiet akademiċi li se jitbatlu fil-Fakultajiet u Dipartimenti differenti ta' l-Universita' ? F'liema minn dawn l-istrutturi l-iżjed li se jirtiraw akkademiċi u xi pjani hemm biex jiġu sostitwiti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27066?
Response (GALEA, LOUIS)
Għalkemm hemm indikazzjoni ċari tal-bżonnijiet, figuri definiti finanzjarji jingħataw fi stadju ulterjuri meta jkunu ġew finalizzati fl-Estimi għas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat jinsab il-Mużew tal-Gwerra, liema partjiiet minnu huma miftuħa? Liema partijiet huma magħluqa u għaliex? S'issa matul din is-sena x'nefqa saret għall-manutenzjoni u tiġdid ta' dan il-Mużew? X'xogħol ta restaw sar fuq l-esebiti ta' dan il-Mużaw tul din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Mużew tal-Gwerra bħalissa jinsab miftuħ normali għall-pubbliku. Kien sar xogħol estensiv ta' rikostruzzjoni fis-saqaf tan-naħa tax-xellug tal-Mużew, kien sar ukoll xogħol ta' tikħil, kisi u tibjid, xogħol ta' żeba ta' njam eċċ., f'din il-parti tal-Mużew. Din il-parti issa hija miftuħa għall-pubbliku. Kien sar ukoll xogħol fuq it-toilet pubbliku eżistenti u dan kien inbidel u kien ġie 'upgraded' biex ikun hemm faċilitajiet diċenti. Kienu wkoll saru xogħlijiet estensivi biex ikun hemm 'Reserve Collection Store' ġdid.
Bħalissa huma miftuħa għall-pubbliku l-Main Hall, Left Annexe fejn kien sar xogħol indikat ta' rikostruzzjoni fis-saqaf, u r-Right Hall.
Bħalissa l-parti li hija magħluqa għall-pubbliku hija l-Aviation Hall. Din il-parti tal-Mużew ġiet magħluqa minħabba li din in-naħa żviluppat ħsarat estensivi fis-saqaf.
Bħala nfieq għal dan il-Mużew kien hemm Lm450 bħala nefqa Rikorrenti u Lm1060 bħala nefqa Kapitali.
Ix-xogħol ta' restawr li sar tul din is-sena fuq l-esebiti ta' dan il-Mużew huwa xogħol normali ta' manutenzjoni li jsir matul is-sena. Iżda barra dan ix-xogħol kien hemm ukoll xi 'Conservation Projects' speċjali bħal xogħol ta' restawr ta' kanuni, Motorbikes, Machine Guns u diversi esibiti oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tal-proċess tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku waslet il-ħatra tal-Assistent Direttur tal-Kurrikulu fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? X'qed iżomm li ssir il-ħatra meta qed jagħfas iż-żmien għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali ġdid minn Settembru 2001?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku irċeviet ir-rapport tal-Bord ta’ l-Għażla u qiegħda tikkunsidrah fid-dawl ta’ rappreżentazzjonijiet dwar eliġibbilità li sarulha minn applikant.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26997?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biegħet vettura waħda bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-31 ta` Mejju 2001.
Il-vettura kienet Toyota Carina 20D. Inbiegħet għall-prezz ta` LM3,100.00 lil Emanuel Attard ID: 158555(M), 23, Gioia Triq l-Andar, Attard.
Dan seħħ skond il-policy imfassla u approvata mill-Board tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi li tgħid li impjegat tal-Fondazzjoni jista` jixtri l-karozza li kien juża huwa meta din tasal biex tinbiegħ. L-impjegat ikun jista` jixtri l-karozza wara li toħroġ sejħa għall-offerti u jekk jkun lest li jħallas daqs l-għola offerta mitfugħa.
Jista' l-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament tingħata ċ-ċertifikat tal-ewwel sena fl-iskola Fra Diego Bonanno, Marsa kif ingħataw studenti oħra li temmew l-ewwel sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn stħarriġ li sar fl-iskola ma jidhirx li qatt ingħataw ċertifikati lil studenti meta temmew l-ewwel sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament ma ġietx magħżula għall-post ta' supply kindergarden assitant minkejja l-kwalifika li għandha?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kellna studenti sekondarji matul din is-sena skolastika li qatt ma attendew skola sekondarja ġenerali tal-gvern jew junior lyceum kif suppost? F'liema skejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mill-iskejjel, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li xogħol ta' stampar li qed isir mill-gvern fi stamperiji privati u jista' jsir fl-istamperija tal-gvern mhux fil-fatt qed jingħata lill-istamperija tal-gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li meta xogħol ta’ stampar ma jkunx jista’ jsir mill-Istamperija tal-Gvern minħabba raġunijiet tekniċi jew ma jkunx jista’ jitwettaq fiż-żmien mitlub minħabba pressjoni ta’ xogħol, jingħata permess isir mill-privat.