Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27179?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa l-aħħar tas-sena 2006, dsatax-il membru ta' l-istaff akkademiku ser jirtiraw. Biex tilqa' għal dan, u minħabba żjieda kbira fin-numru ta' l-istudenti u suġġetti ġodda, l-Universita` investiet f'99 membru ta' l-istaff akkademiku billi bagħtitħhom fuq scholarships. Per eżempju, bħalissa hemm 77 membru ta' l-istaff fuq scholarship li minnhom 68 qed jistudjaw għal PhD.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu organizzat il-Health and Safety Committee in Public Places of Entertainment taħt il-protezzjoni ċivili?
X'xogħol għamel mindu twaqqaf dan il-kumitat?
Xi spezzjonijiet saru f'dawn il-postijiet tad-divertiment fl-aħħar tliet xhur biex jiġi verifikat humiex konformi mal-liġi u r-regolamenti?
Response (BORG, TONIO)
Il-Bord dwar il-Kontroll ta` Xogħlijiet tan-Nar u Esplossivi ġie mwaqqaf riċentament fl-1 ta` Lulju ta` din is-sena u għadu fl-istadju li qed jistabilixxi x`sistemi u proċeduri ser jaddotta biex iwettqu l-funzjonijiet tiegħu konnessi mal-liġi u r-regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm-il darba saret ħidma mill-pulizija biex taqbad lil dawk li jġelldu l-klieb f'diversi nħawi tal-pajjiż?
Meta saret din il-ħidma? X'riżultati tat din il-ħidma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena, minbarra l-patrols li jsiru regolarment, it-taqsima ta` l-A.L.E. tal-Pulizija għamlet 19-il spezzjoni f`diversi lokalitajiet dwar abbuż ta` ġlied ta` klieb, liema ħidma rriżultat fin-negattiv. Dawn saru kif ġej:
Jannar 6
Frar 3
Marzu 5
April 2
Mejju 2
Ġunju 1
Jista l-Viċi Prim Ministru jgħid skond l-istatistika tal-Korporazzjoni impjiegi u taħriġ kemm għandna kumpaniji lokali u barranin li jħaddmu:
1) inqas minn 10
2) minn 10 sa 49
3) minn 50 sa 250
4) iżjed minn 250?
Kemm lokali u kemm barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ iżżomm statistika fuq l-employers mhux maqsumin f'lokali jew barranin.
F'Mejju 2001 kien hemm:
22,705 kumpaniji li jħaddmu bejn 1 u 9 persuni
1,063 kumpanija li jħaddmu bejn 10 u 49 persuna
208 kumpanija li jħaddmu bejn 50 u 199 persuna
48 kumpanija li jħaddmu l-fuq minn 200 persuna
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet ġodda għas-separazzjoni miż-żwieġ matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm huma ta' żwieġ bejn persuna Maltija u barranija? Kemm ġew deċiżi każijiet ta' separazzjoni mill-Qrati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm kienet favur li ssir separazzjoni? Kemm ġew irtirati każi? Kemm hemm każi ta' separazzjoni pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena ġew introdotti 46 każi ġodda ta` separazzjonijiet.
M'huwiex possibbli li tiġi identifikata n-nazzjonalita` tal-partijiet, fl-ewwel lok minħabba l-fatt illi tali riċerka trid issir fuq kull kaz individwali u fit-tieni lok għaliex mill-atti nfushom mhux dejjem tirrizulta tali nformazzjoni.
Matul l-istess perjodu ġew deċiżi 36 kaz, ġew ċeduti/irtirati 32 kaz, u ġew abbandunati/dezerti 4 każi oħra.
Bħalissa hemm 520 kazi ta` separazzjoni li għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27171?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-istħarriġ li sar ma jidhirx li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament qatt applikat għall-aħħar sejħa li saret għall-post ta' Supply Kindergarten Assistant.
Jista' l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet saru fl-aħħar tliet xhur fi stabbilimenti bħal discos biex isir magħruf jekk humiex jitħallew jidħlu fihom adoloxxenti taħt l-eta?
Xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn April u Ġunju ta` din is-sena l-Pulizija għamlet 151 spezzjoni f`postijiet ta` divertiment. B`riżultat ta` dawn l-ispezzjonijiet, 13-il persuna taħt is-sittax-il sena inqabdu f`dawn il-postijiet.
Jista' l-Ministru jgħid matul it-tliet xhur li għaddew, jekk kienx hemm uffiċjali responsabbli mill-ħarsien tas-saħħa u sigurta li żaru stabbilimenti tad-divertiment biex jaraw jekk humiex qed ikunu ffullatti ħafna b'periklu kbir għal min ikun hemm f'każ li jinqala xi traġedja?
Xi rriżulta minn dawn iż-żjarat jekk saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-Taqsima Saħħa u Sigurta' fuq ix-Xogħol qatt ma kienet involuta f'aspetti ta' saħħa pubblika fi stabbilimenti ta' divertiment. Meta il-pulizija joħorġu l-permess għall-operar ta' stabbilimenti bħal dawn, il-permess ikun ukoll ikkundizzjonat minn numru ta' nies li jistgħu jitħallew jidħlu minn min jopera l-istabbiliment. F'dan il-każ, l-obbligu li jkun iċċekkjat in-numru ta' nies preżenti f'xi ħin huwa tal-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni wżaw it-trasport pubbliku
1) f'Malta
2) f'Għawdex
fl-1998, 1999 u fis-sena 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' persuni li użaw it-trasport pubbliku huwa hekk:
MALTA GĦAWDEX
1998 33,291,251 385,000
1999 32,479,270 384,000
2000 31,100,360 480,000
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi riċerka li jaf biha l-Ministeru jew l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku li turi liema huma r-rotot tal-karozzi tal-linja li jħallu qliegħ u liema jħallu telf? Jista' jpoġġi t-tagħrif relevant fuq il-Mejda tal-Kamra
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema inizjattivi tal-WHO li jissemmew fil-Framework Convention on Tobocco Control hemm il-ħsieb li jitwettqu mid-Diviżjoni tas-Saħħa f'pajjiżna skond il-kunteest soċjali, kulturali u ekonomiku tas-soċjeta tagħna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-iskop tal-inizjattiva FCTC, li hija waħda mill-cabinet projects tal-WHO, hu li tnaqqas is-sofferenza globali kkawżata mit-tipjip. Biżżejjed jintqal li sa llum il-konsum tat-tabakk jikkawża 4 miljuni f'imwiet mad-dinja kollha. Dan in-numru maħsub li se jitla' għal 10 miljuni sas-sena 2020 jekk m'huma se jittieħdu l-ebda passi sodi mill-pajjiżi kollha tad-dinja.
Fil-fatt l-FCTC qiegħda tiġi negozjata ma' 191 pajjiż membru tal-WHO. B'dan il-mod biss tista tiġi ndirizzata l-problema tat-tabakk u l-industrija. Il-proċess ta' l-FCTC jafferma li l-ebda pajjiż ma jista' jiġġieled din il-gwerra waħdu.
Għaldaqstant l-FCTC ġiet imfassla fuq prinċipji xjentifiċi u studjati fil-qasam tal-kontroll tat-tabakk u għalhekk qed jingħata mportanza kbira fuq is-settur tal-edukazzjoni, ekonomija, agrikoltura kif ukoll soċjali u legali. Dawn l-oqsma kollha huma marbuta ntrinsikament mas-saħħa tan-nazzjon.
Il-kontenut tat-text taċ-Chair A/FCTC/INB2/2 maħruġ fid-9 ta' Jannar 2001 jirrifletti dan kollu u għalhekk il-provisions jitrattaw dawn il-miżuri:-
Prezzijiet u taxxi tat-tabakk
Tipjip passiv
Regoli fuq il-kontenut tal-prodotti tat-tabakk kif ukoll fuq l-ingredjenti kollha
Pakkeġġjar u "health warnings"
Edukazzjoni, training u kampanji nazzjonali
Reklamar, sponsorships u mezzi oħra ta' marketing tal-prodott
Servizzi ta' cessation mill-addiction tan-nikotina
Kuntrabandu
L-eta' legali ta' bejgħ
Liċenzjar ta' postijiet ta' bejgħ.
Meta dawn il-miżuri kollha jinħadmu f'daqqa jitnaqqas kemm id-"demand" kif ukoll is-"supply" tat-tabakk.
Uħud minn dawn l-inizjattivi diġa' qed jitwettqu u l-Ministeru qed ifassal liġi ġdida biex tinkorpora fiha l-elementi li sa llum mhumiex koperti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' jirreġistraw għax-xogħol? F'liema qasam? X'eta għandhom u mil-liema lokalita' ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Mejju 2001 kien hemm 302 persuni b'diżabilita' jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru (Part 1).
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tabella A - li turi għal liema xogħol kienu qed jirreġistraw skond l-eta' tagħhom, filwaqt li
Tabella B - turi minn liema kunsill lokali ġejjin skond l-eta' tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu s'issa mill-Institute for Child & Parent Learning Support? Xi proġetti għaddejin bħalissa? Xi problemi ltaqgħu magħhom s'issa? X'fondi ntefqu s'issa minn dan l-istitut u fl-liema oqsma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol li wettaq l-Istitut għall-Appoġġ Edukattiv għall-Istudenti u Ġenituri, u li ser jitmexxa mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, jinkludi dan li ġej:
* Diskussjoni ma' diversi kapijiet ta' skejjel dwar il-programm Hilti u għażla ta' 10 skejjel fejn se jitwettaq il-programm Hilti fuq bażi pilota;
* Diskussjon ma' uffiċċjali mil-Literacy Unit ġewwa l-Universita` dwar ir-riżultati tan-National Literacy Survey u kif dawn jistgħu jintużaw fl-għażla ta' skejjel pilota;
* Diskussjoni ma' uffiċċjali mil-Let Me Learn Project, SpLd Services, School Psychological Services u oħrajn sabiex jiġu determinati metodi ta' ħidma kollaborattiva u kumplimentarja;
* Żvilupp ta' qafas tal-programm Hilti;
* Żvilupp ta' proġett dwar Parent Empowerment for Family Literacy li ntbagħat lill-Kummissjoni Ewropeja għall-fondi taħt l-azzjoni Grundtvig tal-Programm Socrates. Dan il-proġett intgħażel u se jiġi finanzjat;
* Negozjati ma' l-HSBC dwar proġett - Hilti Teżor - li permezz tiegħu l-Istitut jiżviluppa, jippubblika u jrawwem imħabba għall-qari bil-Malti fost it-tfal fil-programm Hilti; L-HSBC tat għotja ta' Lm12,000;
* Diskussjoni ma' numru ta' għaqdiet volontarji li jwettqu ħidma ta' appoġġ edukattiv ma' tfal li qed jaqgħu lura fit-tagħlim;
* Sejħa għall-applikazzjoni għall-ingaġġ ta' National Co-ordinator għall-Programm Hilti u għal Deputy National Co-ordinator għall-Programm Id f'Id (għall-ġenituri); dawn ser jiġu proċessati;
* Kuntatti ma' numru ta' organizzazzjonijiet barra minn Malta li joffru programmi simili;
* Kisba ta' kotba, dokumenti, u riżorsi releventi għall-ħidma ta' l-Istitut;
* Ġew mislufa kotba u riżorsi lill-Institute of Linguistics għal ħidma prattika mill-għalliema waqt ir-Writing Workshop li jintemm għada.
Aktar minn problema, qed isir xogħol biex jiġiu mgħeluba d-diffikultjiet tal-bidu speċjalment biex jingaġġa l-persunal meħtieġ. Mill-bqija, il-konsultazzjoni kontinwa ma' edukaturi kemm fuq livell ta' skola, kif ukoll fuq livell ta' Diviżjoni, kienu pożittivi. Il-Fondazzjoni, permezz ta' l-Istitut bi ħsiebha taħdem id f'id mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-ħidma tagħha sabiex tassigura li l-progress kollu milħuq ikun intlaħaq permezz ta' din il-kollaborazzjoni.
S'issa ntefqu biss madwar Lm5,000 fuq apparat, għamara għall-Uffiċini, kotba, eċċ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm laqgħat saru s'issa tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? X'deċiżjonijiet ittieħdu dwar ħlasijiet għal dawk maħtura fuq il-fondazzjoni? X'inizjattivi se tieħu għal matul is-sena skolastika 2001-2002?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi s'issa żammet sitt laqgħat. Iċ-Chairperson u membri tal-Fondazzjoni żammew diversi laqgħat oħra fuq livell eżekuttiv.
Il-ħlasijiet għal dawk maħtura fuq il-bord tal-Fondazzjoni għad irid jiġi stabbilit.
Il-Fondazzjoni qed taħdem fuq pjan strateġiku għall-implementazzjoni tad-diversi proġetti pilota maħsuba għas-sena skolastika 2001-2002 bħal Hilti, Id f'Id, Hilti-Teżor (sponsorjat mill-HSBC), PEFAL (Proġett fil-programm Ewropej Grundtvig). Dawn il-proġetti jridu jintinsġu f'qafas ta' skejjel fil-komunita`.
Il-Fondazzjoni qed tagħmel studju dwar proġetti oħra li tista' tidħol għalihom fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sitt xhur (mill-bidu ta' Jannar 2001 'l hawn) x'sejħiet saru għal ħatriet u postijiet akkademiċi differenti fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni fl-Universita'?
Kemm minnhom imtlew? Kemm għadhom battala? Kien hemm xi ħatriet li ħarġu sejħiet għalihom iżda mbagħad is-sejħiet ġew irtirati? Għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fakulta' ta' l-edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta hijiex attrezzata adegwatament b'nies u b'riżorsi biex jagħtu edukazzjoni xierqa lill-istudenti fit-teknoloġija ta' l-informatika biex niżguraw li l-għalliema l-ġodda jkollhom bażi soda fl-IT?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjon mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27114, il-lokalitajiet li naf bihom jien li jintfew fis-6.15 a.m. meta jistgħu jintfew qabel huma s-Swieqi, Buġibba u l-Qawra, jista' jara li jintfew qabel? Meta fil-fatt qed jintfew il-lokalitajiet differenti ta' Malta u Għawdex?