Legislature:
Category:
Reset
Active:

Price Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati tal-Price Club li wara li ngħataw is-sensja bdew jirreġistraw għax-xogħol mal-ETC? Għal-liema tip ta' impjiegi bdew jirreġistraw l-individwi differenti? Kemm nisa u kemm irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-impjegati tal-kumpannija ndikata mill-Onor. Interpellant għadhom fuq il-perijodu ta' notice u għalhekk ma jistgħux jirreġistraw għax-xogħol qabel jiskadi dan il-perijodu.
Leg 9 PQ #27461 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ġie deċiż li l-Gvern ma jagħtix każ ta' l-oggeżżjoni tal-GRTU li ċittadini tal-UE jitħallew jiftħu negozji u ħwienet f'Malta jekk Malta tidħol fl-UE? Fuq liema studju bbaża d-deċizjoni tiegħu l-Gvern? X'effett jistenna li se tħalli d-deċiżjoni tiegħu?

Response (BORG, JOE)

Id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jitlob ebda arranġament speċjali jew perjodu transizzjonali f'dan ir-rigward kienet meħuda wara diversi konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u bl-approvazzjoni tal-MEUSAC. Ta' min wieħed jgħid li l-esperjenza ta' pajjiżi oħra li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea wriet biċ-ċar li l-liberaliżżazzjoni tas-suq tas-servizzi wasslet għal benefiċċji sinjifikanti għall-pajjiżi kkonċernati. Il-Gvern huwa konvint, li bl-istess mod, l-ekonomija Maltija tmur il-quddiem bil-liberaliżżazzjoni tas-suq tas-servizzi. Ta' min wieħed ifakkar ukoll li kwalunkwe persuna jew ditta li tkun trid tistabbilixxi ruħha f'Malta jkollha ssegwi l-istess proċeduri, tottjeni l-istess permessi, tkun soġġetta għal istess taxxi u ħlasijiet oħra bħal persuni jew ditti Maltin, mingħajr ma jkollhom l-għarfien tas-suq lokali u l-esperjenza tal-gosti tal-konsumatur li għandhom l-operaturi Maltin.
Leg 9 PQ #27462 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima tax-Xogħlijiet

Question

JIsta' l-Ministru jgħid x'ġara mill-PB 110/92/3592/89 maħruġ mit-Taqsima tax-Xogħlijiet fl-20 ta' Jannar 1992 lill-organizzazzjoni 'Hsieb ta' l-Annimali' biex jinbnew faċilitajiet għaż-żamma tal-klieb?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-permess imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien ħareġ f'isem is-Sur Anglu Farrugia Sacco. Jien infurmat li ma saret l-ebda rikjesta lit-Taqsima tax-Xogħlijiet għal xi forma ta' għajnuna biex jinbnew faċilitajiet għaż-żamma tal-klieb.
Leg 9 PQ #27463 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Fine Arts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu biex jiġi żgurat li x-xogħlijiet tal-bronż ta' Antonio Sciortino jkunu mħarsa sew wara li tpoġġew fil-basement tal-Mużew tal-Fine Arts biex nevitaw li jinsterqu? Wara li jitlesta x-xogħol ta' restawr u konservazzjoni fuqhom se jerġgħu jitpoġġew fil-basement?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27464 Sitting 584 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Fine Arts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-jiem 11,12,14 u 15 ta' Ġunju 2001 kien hemm custodian guide wieħed xogħol fil-Mużew tal-Fine Arts ? Ma jidhirlux li persuna waħda flimkien ma' żewġ security guards tal-Group 4 mhumiex biżżejjed jekk ma rridux li jinsterqu xi esebiti oħra kif ġara fi Frar li għadda meta nsterqet il-pittura ta' Guiseppe Grech?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27435 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Technology Education

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Kors Certificate in Technology Education li se jiġi organizzat mill-Universita' ta' Malta jiġi segwit minn kors ieħor f'livell ta' diploma u eventwalment f'livell ta' degree?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa ppjanat li wara li l-kors Certificate in Technology Education ikun sar darbtejn, jibda jiġi offrut il-kors Diploma in Technology Education. Dan biex jiġi żgurat li jkun hemm kandidati biżżejjed. Ta' min jinnota li t-Technology Education diġa' qiegħed jiġi offrut fil-B.Ed, (Hons).
Leg 9 PQ #27438 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' l-istatistika li għandha kemm ħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika dwar l-assentejiżmu u l-iskartar ta' l-istudenti mill-iskejjel x'passi u x'inizjattivi se jittieħdu biex tiġi ndirizzata din il-problema serja?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27439 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pjan għall-Iżvilupp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'verifiki saru mill-uffiċjali ta' l-edukazzjoni responsabbli biex jaraw li kull skola għamlet il-Pjan tagħha għall-Iżvilupp ta' l-Iskola u għamlitu b'mod serju?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27440 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni tat-Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaqqaf il-panel li se jfassal is-sillabu ta' l-eżamijiet tas-Sec fis-suġġett ta' l-Edukazzjoni tat-Teknoloġija?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27443 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27280?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27444 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta' ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27281?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li issa li kważi l-istudenti kollha jiġu l-Universita` b'konoxxenza mhux ħażin ta' l-użu tal-computer, il-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni qiegħda tikkonċentra biex l-għalliema futuri kollha kemm dawk primarji kif ukoll dawk sekondarji jkunu kapaċi jgħallmu permezz tal-computers. Barra minn hekk, il-Fakulta` għandha programmi li jifformaw għalliema speċjalizzati fl-Informatika. Ta' min jinnota wkoll li gradwati fil-Fakulta` tax-Xjenza u ta' l-Inġenerija li jispeċjalizzaw fil-computers u l-Informatika jistgħu jidħlu għall-kors tal-PGCE fil-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni biex jużaw l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom fil-qasam edukattiv. Konxja mill-bżonn għal aktar għalliem esperti fl-użu tal-computers u l-Informatika, il-Fakulta` qiegħda tkabbar ir-riżorsi umani u l-laboratorji f'dan il-qasam.
Leg 9 PQ #27394 Sitting 582 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Technology Education

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn bħalissa qed tingħata t-technology education fl-iskejjel sekondarji, xi priorita' qed jingħata dan is-suġġett fl-ischool development plan, u x'rabta qed ikun hemm bejn it-technology education u s-suġġetti l-oħra li jagħmlu l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-'ischool development plans' għadhom deħlin mill-iskejjel u wieħed għad irid jara xi priorita` ġiet mogħtija t-'technology education'. L-istrateġija ta' tagħlim ta' suġġetti diversi, inkluż it-Technology Education, b'manjiera integrata għadha pjuttost fil-bidu tagħha. Politika ta' integrazzjoni imħaddma miċ-Ċentru tad-Diviżjoni u mill-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni għandha tgħin.
Leg 9 PQ #27395 Sitting 582 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Technology Education

Question

Peress li skond il-pjan għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu it-technology education se ssir core subject fil-livell sekondarju, flok liema suġġett se jidħol peress li l-istudenti sekondarji tagħna huma diġa mgħobbija b'wisq suġġetti? Meta se tittieħed din id-deċiżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-Focus Groups hija t-taqsima ta' lezzjonijiet fuq is-suġġetti/oqsma differenti tal-Kurrikulu. Informat ukoll li hu maħsub li l-linji ta' gwida jkunu jorbtu lill-iskejjel kollha li jipprovdu l-core subjects preskritti mill-Kurrikulu, iżda b'ċerti limiti l-iskejjel ikollhom l-awtonomija li jiddeċiedu huma l-persentaġġ ta' ħin li jagħtu lil kull suġġett.

Ħmieġ fil-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-tindif tal-ħmieġ li jdaħħal il-baħar u jibqa' jgħum fil-wiċċ mal-kosta, fuq min taqa'? Jista' jsir it-tindif meħtieġ tal-baħar li jkollu wiċċ mimli ħmieġ ma' partijiet differenti tal-kosta ta' Malta u Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-tindif tal-baħar jaqa' taħt ir-responsabilta' tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent.
Leg 9 PQ #27398 Sitting 582 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27268?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena skolastika, studenti b'diżabilita` kien hemm: Skejjel Governattivi Primarji 370 Sekondarji 85 Psot Sekondarji 1 Skejjel tal-Knisja Pre-Primarja 7 Primarja 117 Dekondarja 31 Post Sekondarju NIL Lista bl-informazzjoni dwar it-tip ta' diżabilita` qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni mitluba dwar l-Iskejjel Indipendenti, li bħalissa huma magħluqin, għadha trid tiġi miġbura mill-istess iskejjel.
Leg 9 PQ #27399 Sitting 582 2001-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dwal Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27267?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tistħarreġ is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant u fejn ikun meħtieġ tieħu l-passi rimedjali.

ETC — Taħriġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27263 u t-tweġiba għaliha liema programi bażiċi fil-kitba u qari u matematika applikata ġew organizzati matul din is-sena mill-ETC? F'kull program kemm attendew persuni? X'etajiet kellhom? Xi kwalifiki kellhom? X'riżultati kisbu permezz ta' dan il-kors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27345 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Discos

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li hemm postijiet ta' divertiment bħal discos li qed jiftħu l-lejl kollu, jista' jgħid liema stabbilimenti ta' discos fil-pajjiż għandhom il-permess jibqgħu miftuħin il-lejl kollu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hawn l-ebda disco li għandu l-permess jibqa` miftuħ il-lejl kollu.
Leg 9 PQ #27346 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel indipendenti li s-sena li għaddiet infurmaw lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li se jgħollu l-miżati tagħhom għas-sena skolastika 2001-2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27052.