Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27567 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Legal and Humanistic Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rekwiżiti tal-Malti fil-livell avanzat għad-dħul fil-kors universitarju tal-BA legal and humanistic studies meta tneħħa mis-senat ta' l-Universita'? Din id-deċiżjoni kienet qajmet xi protesti ma' l-Universita'? L-Universita' kienet irċeviet xi rappreżentazzjoni biex tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha? Kif immotiva d-deċiżjoni tiegħu dak iż-żmien is-senat?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru mir-rappurtaġġ estensiv fil-medja dwar din il-kwestjoni, l-Fakolta` tal-Liġi ġiet mitluba mis-Senat biex tirrikonsidra l-pożizzjoni dwar il-Malti fil-Livell Avvanzat bħala suġġett obbligatorju għall-kors li jwassal għal Dottorat fil-Liġi.

Pembroke

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-ħsieb li kien hemm biex il-kera li jħallsu inkwilini lill-gvern għall-propjeta' li jgħixu fiha tiġi komputata bħala parti mis-somma li jridu jħallsu biex jixtru r-residenza tagħhom f'Pembroke?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 27568, l-Awtorita' tad-Djar m'għandha l-ebda policy li biha l-kera mħallsa mill-inkwilini tiġi mnaqqsa mill-prezz tax-xiri tar-residenzi.
Leg 9 PQ #27569 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari nru. 27438?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa' hemm programmi bħal SENT li jiġbru fihom uffiċjali minn diversi kampi tas-servizzi għall-istudenti u li qed jaħdmu fuq l-assentejiżmu fl-iskejjel fost aspetti oħra. Is-sena l-oħra u din is-sena saru l-Focus Project, (sitta s-sena l-oħra u sitta din is-sena fl-iskejjel fejn kien hemm problemi bl-assentejiżmu). Meta jkun hemm referrals mill-iskejjel ta' grupp ta' tfal li jkunu assenti ħafna jinfetaħ file fuqha u jsiru home visits. Beda wkoll proċess ta' sinerġija bejn is-servizzi għall-istudent sabiex tiġi offruta kura aħjar fl-iskejjel u barra. B'din l-istrateġija huwa maħsub li l-assentejiżmu jonqos ħafna. Hemm ukoll il-proġett ICPLS li issa jifforma parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi. Dan jaħseb biex jieħu ħsieb jolqot it-tfal billi jagħmel it-tagħlim iżjed aċċessibbli u attraenti li għalhekk suppost jonqos l-assentejiżmu. Il-Kurrikulu l-ġdid, permezz ta' strateġija ta' tagħlim differenzjat ukoll għandu jnaqqas l-assentejiżmu.
Leg 9 PQ #27570 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pjan għall-Iżvilupp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27439?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel isiru laqgħat apposta għall-membri kollha ta' l-istaff amministrattiv u edukattiv biex tfassal il-Pjan ta' Żvilupp. B'dawn il-laqgħat tiġi nfurmata d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Kull meta kien possibbli dejjem kien hemm rappreżentant tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni preżenti waqt dawn il-laqgħat. L-Uffiċjal jiġi mistieden biex jikkummenta jew jagħti l-parir tiegħu skond kif ikun meħtieġ. L-iskejjel jibagħtu kopja tal-Pjan għall-Iżvilupp lid-Dipartimenti konċernati fid-Diviżjoni. Wara li jaqrawh, l-uffiċjali jagħtu r-reazzjoni u l-pariri lill-Kap ta' l-iskola. Dan huwa proċess li ilu jsir mis-sena skolastika 1997-1998.
Leg 9 PQ #27571 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni tat-Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari no. 27440?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li min-naħa tagħha, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni diġa' fasslet sillabu għall-Edukazzjoni tat-Teknoloġija mill-Primarja sal-ħames sena fis-Sekondarja. F'każi bħal dawn, il-prattika normali hija li meta d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tintroduċi suġġett ġdid, tgħarraf lill-MATSEC Board meta jkunu se jaslu l-ewwel studenti għall-eżami tas-SEC. Dan il-Board imbagħad jaħtar Syllabus Panel b'rappreżentanza tajba ta' esperti u ta' għalliema tas-suġġett.
Leg 9 PQ #27572 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27443?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-Universita` u ugħaldaqstant kostrett nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27549 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MPO — Focus Groups

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li l-MPO qed jikkunsidra l-proposti mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni dwar il-ħolqien ta' focus groups għall-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali? Fiex wasal il-proċess? X'qed jistenna biex jagħti deċiżjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-“Focus Groups” għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulum Nazzjonali jinħolqu mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni mhux mill-Management and Personnel Office. Il-Management and Personnel Office ġie mitlub dan l-aħħar japprova l-ħlas li għandu jingħata lil dawn il-“Focus Groups”, u din il-materja għadha qed tiġi kkonsidrata flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #27552 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jitressaq avviż legali ġdid li jaġġorna s-sehem tal-kunsilli skolastiċi fil-ħajja ta' l-iskejjel? X'bidliet fondamentali se jkun fih l-avviż legali l-ġdid meta mqabbel ma' l-avviż legali eżistenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Għadni kif irċevejt proposti u kummenti mill-AKS u għadni qed nikkonsidra s-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #27553 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli Skolastiċi — Inizjattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2000-20001 kemm-il inizjattiva ġiet organizzata mill-assoċjazzjoni għall-kunsilli skolastiċi fejn intalbet il-korporazzjoni tal-ministeru u/jew id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? X'kienu dawn l-inizjattivi u meta ġew organizzati? X'koperazzjoni ngħatat f'dawn l-inizjattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-President ta' l-AKS jinsab fuq xogħol barra l-pajjiż, it-tagħrif mitlub għad irid jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27554 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Proġett PEFAL

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett PEFAL? Meta se jibda jitħaddem? X'fondi se jkollu bżonn? Mnejn ġejjin il-fondi? Meta se jaslu l-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Proġett Parent Empowerment for Family Literacy huwa proġett imressaq mill-Istitut għall-Appoġġ Edukattiv għal Tfal u Ġenituri (ICPLS) lill-Unjoni Ewropeja taħt l-azzjoni Grundtvig tal-Programm ta' l-UE Socrates II. Il-proġett tressaq fi tmiem tas-sena li għaddiet u kiseb il-green light mill-UE. Il-green light ifisser li l-UE ma kellha ebda oġġezzjoni dwar l-amministrazzjoni u kontenut tal-proġett kif propost mill-ICPLS. Tant hu hekk li, kemm fil-pre-proposal stage, kif ukoll fil-full proposal stage, l-UE kellha dan xi tgħid dwar dan il-proġett propost mill-ICPLS - il-proġett huwa "of the highest order and of great contribution to European Society". L-UE allokat Euros 154,028 għal kull sena tal-proġett - jiġifieri sentejn u possibilta` ta' estensjoni oħra ta' sena. Il-proġett jibda jitwettaq fi tmiem din is-sena. Il-Proġett se jitwettaq bi sħubija ma' organizzazzjonijiet oħra fl-Ewropa u se jikkonċentra fuq innovazzjoni fil-qasam ta' trawwim u tisħiħ tal-kapaċita` tal-ġenituri sabiex ikunu f'qagħda aħjar li jgħinu lil uliedhom jiżviluppaw u jitgħallmu bl-inqas xkiel u bl-aħjar mod possibbli.
Leg 9 PQ #27555 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni biex jaħdmu fl-MCAST? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? F'liema oqsma applikaw? B'liema kwalifiki? Kemm minnhom se jintgħażlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kwalifiki relatati mal-livelli ta' lettur, assistent lettur u teaching assistant kienu dawn: Lettur: Dottorat jew kwalifiki ta' livell ta' Full Corporate Fellowship. Assistent Lettur: 1. Masters degree relatata mas-suġġett li għalih applikaw JEW 2. Bachelors degree relatata mas-suġġett li għalih applikaw jew kwalifiki ta' livell ta' Full Corporate Fellowship JEW 3. Teacher's Warrant permanenti bi speċjalizzazzjoni fis-suġġett JEW 4. Kwalifiki relatati mas-suġġett u ħmistax-il sena esperjenza industrijali/kommerċjali Teaching assistant: Kwalifiki relatati mas-suġġett u ħames snin esperjenza industrijali/kummerċjali. Tabella bl-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #27565 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assistent Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess tal-ħatra ta' l-Assistent Direttur tal-Kurrikulu fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qed jieħu l-kors normali tiegħu.
Leg 9 PQ #27500 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 27313?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninħtieġu aktar żmien biex tiġi kompletata u verifikata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #27511 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Health and Safety

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 27350 peress li aktarx bi żball ngħata tagħrif dwar il-bord dwar il-kontroll ta' xogħlijiet tan-nar u esplussivi flok il-health and safety committee in public places of entertainment li ssemma fil-mistoqsija oriġinali?

Response (BORG, TONIO)

Il-Bord ta` Sorveljanza għas-Saħħa u għall-Ħarsien ġie kostitwit fis-6 ta` Ġunju ta` din is-sena. Il-Bord għadu fi stadju li qed jaddotta s-sistemi u l-proċeduri li huma neċessarji biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu skond il-liġi.

ETC

Question

Skond l-aħħar rapporti tal-korporazzjoni dwar l-impjiegi u taħriġ kemm hemm persuni fl-eta' taħt it-30 li qed jirreġistraw għax-xogħol? X'livelli ta' kwalifiki u kompetenzi għandhom? Kemm hemm minnhom li ma jafux jiktbu u jaqraw? kemm hemm minnhom li huma bla ċertifikati akkademiċi u/jew vokazzjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Ġunju 2001 kien hemm 2,225 persuna taħt it-30 sena jirreġistraw għax-xogħol. Minn dawn kien hemm 314 li huma llitterati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #27516 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Discos

Question

Peress li fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 27345 intqal li ma hemm ebda disco bil-permess li jiftaħ il-lejl kollu, kif jispjega li hawn stabilimenti f'pajjiżna li fil-fatt qed jiftħu l-lejl kollu? X'passi ħadu fl-aħħar xahar il-pulizija biex jiċċekkjaw kemm qed tiġi mħarsa l-liġi dwar ftuħ u għeluq ta' discos?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet ġewwa discos sabiex tassigura illi r-regolamenti ta` l-1995 dwar iż-żamma ta` Bon Ordni f`lokalitajiet ta` divertiment ikunu osservati.
Leg 9 PQ #27517 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'istituzzjonijiet post-sekondarji f'Malta u f'Għawdex, fl-oqsma governattivi, tal-knisja u privati f'suġġetti tal-Matsec intermediate, avanzat u systems of knowledge?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti li kienu qegħdin jistudjaw l-Oqsma ta' l-Għerf u s-suġġetti tal-MATSEC fil-livell avvanzat u intermediate matul is-sena skolastika 2000 - 2001 eskluż il-Junior College huwa: Skejjel Governattivi 1055 Skejjel tal-Knisja 625 Skejjel Indipendenti 181 Total 1861
Leg 9 PQ #27519 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Pembroke - Skola Primarja

Question

Peress li hemm il-ħsieb li t-tfal li jattendu l-iskola primarja ta' Pembroke se jitferrxu fl-iskejjel ta' Tas Sliema u ta' San Ġiljan biex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ fuq il-bini ta' l-iskola, jista' jiġi kkunsidrat li minflok jintbagħtu fil-bini ta' l-iskola Sir Luigi Preziosi dawn l-istudenti sekondarji jintbagħtu fil-bini ta' l-iskola Santa Marija ta' l-Imsida li l-istudenti tagħha se jmorru l-guardian Angel tal-Ħamrun?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha ma kkonkludiet ebda deċiżjoni u qed tikkonsidra diversi possibbiltajiet. Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru għall-konsiderazzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #27465 Sitting 585 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar il-każ li ġara fil-Mużew ta' l-Arkejoloġija f'April li għadda wara li persuna ħeddet lil persuna oħra. (dettalji jidhru separati) Meta ttieħdu dawn il-passi? Fejn wasal dan il-każ s'issa li mhux l-unika wieħed li kienet involuta fih il-persuna li għamlet it-theddid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-każ li ġara fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija f'April li għadda, għadu qed jiġi investigat.
Leg 9 PQ #27466 Sitting 585 2001-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir l-istħarriġ serju u ġenerali fost l-istudenti tal-iskejjel ġenerali tal-Gvern biex isir magħruf x'livelli ta' ħila għandhom jew m'għandhomx fil-kitba u fil-qari tal-Malti u l-Inġliz biex ikunu mfassla programmi edukattivi addattati biex għallinqas l-adolexxenti tagħna jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom bil-ħila li jiktbu u jaqraw il-Malti u l-Inġliz?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm il-ħsieb li dan isir. L-ewwel ma' jmiss huwa 'follow up' tal-'baseline assessment' li sar fl-1998. Wara jsiru 'links' bejn dak l-istudju u ieħor li se jħares lejn il-livell milħuqa fis-sekondarja.