Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26860 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Organizzazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel din is-sena li matul is-sajf se jikru parti mill-faċilitajiet tagħhom lill-organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliz lill-barranin? Liema huma dawn l-iskejjel? F'kull każ x'faċilitajiet se jikru? Lil min se jikruhom? B'liema rata ta' ħlas f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Region 1 (Għawdex) Informat li fiċ-Ċentru MA Refalo (Further Studies) sar ftehim bejn il-Kunsill ta' l-Iskola u l-Calypso Academy of English Language għas-snin 2000-2003, għal użu ta' sitt klassijiet u żewġ toilets. Bħala kumpens se jingħataw 45 draped armchairs, għaxar skrivaniji u jitħallsu wkoll Lm200 kull l-aħħar ġurnata ta' Ottubru għas-snin 2001, 2002 u 2003. L-English Language School marbuta li tagħmel tajjeb għal xi ħsarat li jista' jkun hemm. Region 2 F'Lily of the Valley, Skola Sekondarja tal-Bniet, Mosta se jinkrew erba' klassijiet matul Lulju lil IN LINGUA għall-prezz ta' Lm4 kull siegħa. F'Sir Luigi Preziosi, Skola Sekondarja tal-Bniet, St Andrews se jinkrew Klassijiet, Bitħa u Uffiċini lil Educ. English Culture għas-somma ta' Lm4,500. F'Antonio Bosio, Skola Sekondarja tas-subien se jinkrew 15-il klassi lil IN LINGUA bil-press ta' Lm5 fis-siegħa. Fl-Iskola Primarja ta' Ħal-Lija se jinkrew klassijiet u uffiċju lil NSTS English Language Institute għall-prezz ta' Lm20 fil-ġimgħa. Fl-Iskola Primarja ta' san Ġiljan se jinkrew klassijiet u parti mill-bitħa lil IN LINGUA għall-prezz ta' Lm25 kull klassi. Region 3 L-Iskola Primarja ta' l-Imsida se jinkrew klassijiet lil IN LINGUA għal Lm25, filwaqt li l-Iskola Sekondarja tas-subien Vincenzo Buġeja, St Venera 15-il klassi u uffiċju se jinkrew lil Educ. English Culture għas-somma ta' Lm1000. Region 4 M'hemm ebda arranġament għall-kiri ta' l-iskejjel.
Leg 9 PQ #26861 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Organizzazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu stabbiliti r-rati ta' ħlas li qed jintalbu mill-kapijiet ta' skejjel lill-organizzazzjonijiet li jikru klassijiet u uffiċini mill-iskejjel biex jgħallmu l-Ingliz lill-barranin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rati tal-ħlas għall-kiri ta' klassijiet u uffiċini fl-iskejjel jiġu stabbiliti mill-Kunsill Skolastiku ta' l-iskola partikolari.
Leg 9 PQ #27656 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Pawl il-Baħar — Triq James Smith

Question

Jista' l-Ministru jgħid r-raġunijiet li għalihom it-triq James Smith f' San Pawl il-Baħar ilha l-ġimgħat bl-ilma ħiereġ u minkejja xi tiswijiet li qed isiru dejjem jibqa' ħiereġ l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u eventwalment l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #27676 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti suġġett b'suġġett minn studenti ta' istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarji governattivi, tal-knisja u privati? 1) fis-Systems of Knowledge 2) fil-Livell Intermediate 3) fil-Livell Avvanzat tal-Matsec

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #27677 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Discos u Stabbilimenti tad-Divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar xhur liema discos u stabbilimenti tad-divertiment żaru l-pulizija biex jiżguraw li qed jiftħu u jagħlqu skond ir-regolamenti u l-liġijiet eżistenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #27678 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kundizzjonijiet saru mill-Awtoritajiet edukattivi biex is-sit li hemm fil-lokalita' ta' Pembroke merfugħa għal skola ġdida tiġi fil-fatt użat għall-bini ta' skola ġdida primarja statali ta' Pembroke.

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitli l-bieraħ, ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jinġabar it-tagħrif mitlub, għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27679 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pembroke — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-estensjoni li hemm ippjanata għall-iskola primarja ta' Pembroke kemm hemm il-ħsieb li tipprovdi spazju biex tlaħħaq ma' l-iżvilupp demografiku tal-lokalita'? F'liema qafas ta' żmien qed isiru dawn il-pjani?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitli l-bieraħ, ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jinġabar it-tagħrif mitlub, għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27680 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pembroke — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke dwar il-pjani li hemm għall-estensjoni ta' l-iskola primarja tal-lokal? Meta saru dawn il-konsultazzjonijiet? X'irriżulta mill-konsultazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitli l-bieraħ, ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jinġabar it-tagħrif mitlub, għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27607 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Fine Arts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27464?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm nuqqas ta' numru ta' Custodians and Guides. Il-fatt li dawn jaħdmu fuq roster ta' 7 ijiem fil-ġimgħa jintitolhom għal jumejn off fil-ġimgħa. Rigward it-tieni parti tad-domanda, informat li minn Ottubru li għadda bħala pass ta' sigurta` ingħalqet is-sala tal-wiri fil-basement u ġew kontemporanjament sospiżi l-wirjiet ta' l-arti kontemporanja li kienu jsiru fil-Loġġa tal-Mużew. B'hekk hemm żewġ swali biss li jridu jiġu sorveljati miż-żewġ gwardjani tal-Group 4. Ittieħdu wkoll diversi passi ta' sigurta` kontra serq u vandaliżmu fuq l-esebiti tal-Mużew ta' l-Arti li mhux opportun li jissemmew minħabba natura sensittiva ta' sigurta`. Il-kwestjoni kollha qed tiġi riveduta.
Leg 9 PQ #27624 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tipproteġi l-bini (Grade One listed building), Alhambra, Triq Rudolph, Tas-Sliema meta hemm applikazzjoni li fil-ġnien jinbnew l-appartmenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fuq l-applikazzjoni "outline" PA 3284/01 li tista` taffetwa il-ġonna ta` l-Alhambra kien hemm konsultazzjonijiet il-ġimgħa li għaddiet. Is-sid iddeċieda li jemenda l-applikazzjoni u l-appartamenti mhux ser jinbnew. Għalhekk il-kuntest tal-villa ser jiġi protett. Parti minn din l-emenda ser tinkludi ir-restawr tal-ħajt tal-ġnien u l-entratura ta` wara u kif ukoll rijabilitazzjoni tal-ġonna li qegħdin fi stat prekarju.
Leg 9 PQ #27625 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'parametri qed juża l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex fl-inħawi ta' Briguna fin-Naxxar li hija bungalow area toħroġ permessi għall-blokki ta' appartamenti bit-tliet sulari meta r-residenti oriġinali kellhom il-kundizzjoni li jibnu bungalows biss?

Response (BORG, TONIO)

L-inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant ikopru area sostanzjali li tinkludi żoni riservati għal diversi żviluppi residenzjali, inkluż dak ta` bungalows. Għaldaqstant ikun opportun jekk l-Onorevoli Interpellant ikun iktar speċifiku fl-identifikazzjoni tas-sit, possibilment permezz ta` site plan sabiex tingħata risposta xierqa għall-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #27627 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — San Ġiljan - Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-awtorita' ta' l-ippjanar milli toħroġ il-permessi meħtieġa biex ikun jista' jagħmel il-lift il-persuna b'diżabilita' li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilu xhur twal jistenna maqbud priġunier ġo daru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-rakkomandazzjoni favorevoli fuq din l-applikazzjoni ġiet konkluża u tpoġġiet fuq l-agenda tas-seduta tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp tat-30 ta` Lulju 2001.
Leg 9 PQ #27630 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mellieħa - Trakkijiet tal-Festa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija biex twaqqaf trakkijiet kbar li l-għada tal-festi jgħaddu mill-Mellieħa mimlija nies tax-xalati jwaddbu l-birra u l-inbid fuq in-nies fit-triq ewlenija tar-raħal meta dawn it-trakkijiet jistgħu jgħaddu mill-bypass u ma jagħtu fastidju lil ħadd?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-vetturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant ikunu mdawwra lejn il-By Pass. Infurmat ukoll illi l-ilmenti li kellha l-Pulizija kien biss fir-rigward ta` daqq ta` mużika b`volum għoli u fl-ebda ilment ma semmew tfiegħ ta` birra jew inbid.

Naxxar — Birguma bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-Birguma bypass fin-Naxxar li bħalissa għadha maqlugħa? Meta se titlesta se jkun qed jgħaddi traffiku two-way minn hemm? Se jgħaddu trakkijiet industrijali? Se jsiru service roads mal-ġnub fejn jgħixu r-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f'din it-triq hu maħsub li jsir bħala parti mill-kuntratt għall-bini u kostruzzjoni ta' triq li mis-Salina twassal għall-Iklin u li x-xogħol fuqu diġa beda minn naħa tas-Salina. Jien infurmat ukoll, li ser ikun hemm traffiku għaddej two way, iżda fl-istess ħin, fejn hu possibli, minħabba l-wisgħa ezistenti, ser ikun hemm ukoll service roads.
Leg 9 PQ #27586 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex l-uffiċjali tal-Ministru tal-Finanzi jiġu persważi li jagħmel sens li l-iskejjel jibda jingħatalhom ammont ta' flus mhux maqsum b'mod riġidu fi tliet voti differenti biex it-tmexxija ta' l-iskejjel tkun aktar effettiva u effiċjenti dejjem bis-salvagwardji meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa issa ma kien hemm ebda żvilupp f'din il-materja.
Leg 9 PQ #27602 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti differenti f'dawn il-gżejjer li l-awtoritajiet tas-Saħħa jordnaw li jsiru testijiet fihom biex jaraw jekk il-baħar ikunx tajjeb għall-għawm? Min-nofs Ġunju sa nofs Lulju, liema kienu l-postijiet minn dawn is-siti li nstab li m'humiex tajbin għall-għawm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jieħu kampjuni minn 90 sit madwar Malta u Għawdex. Dawn huma maqsuma f'erba` żoni kif jidru hawn taħt. Żona A - Nofsinhar ta` Malta Xgħajra, M'Scala, St. Thomas Bay, M'Xlokk, B'Bugia, Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi. Żona B - Ċentru ta` Malta. Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, San Ġiljan u Sliema. Żona Ċ - Tramuntana ta` Malta Ġnejna, Għajn Tuffiegħa, Golden Bay, Anchor Bay, Ċirkewwa, Armier, Little Armier, Mellieħa, Mistra Bay, St.Paul's Bay, Buġibba, Qawra u Salina. Żona D - Għawdex Nofsinhar ta` Għawdex, Xlendi, Dwejra, Marsalforn, Nadur Area, Xlokk ta` Għawdex u Kemmuna. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bejn nofs Ġunju u nofs Lulju ħareġ dawn l-avviżi: Bejn it-2 ta` Lulju u 5 ta` Lulju - Ix-Xatt l-Aħmar - Għawdex Bejn it-2 ta` Lulju u 11 ta` Lulju - Bay Square - Buġibba Bejn it-12 ta` Lulju u 16 ta` Lulju - parti minn Mellieħa Bay (Tunnara Area) Mis-16 ta` Lulju - minn Ta` Xema sa Bognor Bay - San Pawl il-Baħar u Buġibba.
Leg 9 PQ #27603 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa sissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu? F'liema dati? Min attenda f'dawn il-laqgħat? Fejn saru l-laqgħat? Mnejn se jopera dan il-Kunsill? B'liema budget?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu, sa' l-20 ta' Lulju 2001, iltaqa' ħames darbiet, f'dawn id-dati: L-ewwel laqgħa - it-Tlieta, 3 ta' April 2001 It-tieni laqgħa - it-Tlieta, 15 ta' Mejju 2001 It-tielet laqgħa - it-Tlieta, 22 ta' Mejju 2001 Ir-raba' laqgħa - It-Tlieta, 29 ta' Mejju 2001 Il-ħames laqgħa - it-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2001 Għal dawn il-laqgħat attendew: Is-sinjorina Mary Vella (Chairperson): il-laqgħat kollha. Ir-rappreżentant ta' l-MUT: Is-sur Joe Bencini : 3 laqgħat Is-sur Joe DeGiovanni : laqgħa waħda Dr Carmel Borg - 4 laqgħat Dr Cecilia Borg - 4 laqgħat Is-Sur Frans Borg - 4 laqgħat Prof. Mark Borg - il-laqgħat kollha Is-Sur Michael Cassar - 3 laqgħat Is-Sur Evan Debrincat - 4 laqgħat Dr Joseph Fenech - il-laqgħat kollha Bro. Saviour Gatt - 4 laqgħat Is-sinjorina M.R. Mifsud - 4 laqgħat Is-sinjorina Marion Pace Asciak - il-laqgħat kollha Prof. Edward Scicluna - 3 laqgħat Is-Sur Lawrence Zammit - laqgħa waħda Is-Sru Joseph W. Psaila (Segretarju) - il-laqgħat kollha Il-laqgħat kollha saru fiċ-Ċentru tal-Kurrikulu, il-Furjana. Qiegħed isir xogħol biex jinstab post mnejn il-Kunsill jista' jopera. Għall-ħidma tal-Kunsill hemm fondi maħsuba fl-estimi, fosthom vot apposta imsemmi National Minimum Curriculum.
Leg 9 PQ #27604 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet għandha pendenti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn persuni li talbu li ssir lift fejn jgħixu? Kemm minnhom huwa persuni b'diżabilita'? X'qed iżomm milli jingħataw il-permessi meħtieġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiema 10 applikazzjonijiet pendenti li jipproponu "lift" f`bini residenzjali. Minn dawn l-għaxar applikazzjonijiet waħda hija indikata għal persuna b`diżabilita`. Ta` min jgħid illi l-Awtorita` ma titlobx informazzjoni dwar jekk l-applikant hux persuna b`diżabilita` jew le. L-Awtorita` tkun taf b`dawn il-każi meta l-applikant minn jeddu jindika dan fl-applikazzjoni.
Leg 9 PQ #27605 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet li se jsir fl-iskejjel tul is-Sajf, b'liema stimi ta' nefqa u min se jagħmel ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27606 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Fine Arts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27463?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tneħħija tal-bronzi ta' Sciortino minn xi swali tal-Mużew u t-tpoġġija tagħhom fil-parti ta' wara tal-Loġġa kienet intenzjonata bħala miżura tentattiva ta' espożizzjoni għall-istaġun tas-Sajf. L-istatwi issa ser jintwerew fis-Sajf fis-sala tal-wiri li hemm fit-terran tal-Mużew, biswit l-uffiċju tal-Kuratur. Sadanittant, dawn l-istatwi ingħataw ħasla ħafifa u ġew anke rinnovati l-pedestalli tagħhom. Huwa maħsub li r-restawr ta' dawn il-bronzi m'għandux ikun kumplikat peress li dejjem inżammu ġewwa, u huwa mistenni li jkun lest madwar sena u nofs oħra.