Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu under separate cover kienu mistiedna għal riċevimenti fil-Korp tal-Pulizija, x'kienet l-okkażjoni u f'liema kapaċita' dawn kienu mistiedna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuni msemmija mill-Onorevoli Interpellant kienu ġew mistiedna bħala ħbieb tal-Kummissarju tal-Pulizija, għar-riċeviment tal-Milied (1998 u 1999) u tal-Police Day (1999 u 2000).
Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 1998 kemm-il darba siefer il-Kummissarju tal-Pulizija fuq xogħol konness mal-kariga tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant il-Kummissarju tal-Pulizija siefer 7 darbiet fuq xogħol konness mal-kariga tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tal-formazzjoni tal-focus groups għat-twettiq tal-kurrikulu?
Liema ġew maħtura s' issa?
Min ġie maħtur fuqhom s' issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrijiet pubbliċi dwar is-suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid min hu impjegat s' issa mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t' għada?
Min huma?
B' liema kundizzjonijiet?
Tista' tpoġġi fuq il-mejda kopja tal-kuntratt ta' kull persuna impjegata?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa l-Fondazzjoni għad m'għandiex nies impjegati magħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?
Min huma?
B' liema kundizzjonijiet?
Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' kull kuntratt ta' kull impjegat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi għandha tliet (3) impjegati jaħdmu magħha. Il-kuntatti tagħhom qed jiġu formulati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom studenti għawdxin fis-sena akkademika 2000-2001?
a) mill-iskejjel sekondarji statali, subien u bniet?
b) mill-junior lyceum, subien u bniet
c) mill-iskola tal-Knisja
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li studenti Għawdxin li temmew l-Edukazzjoni Sekondarja fis-sena skolastika 2000-2001, kienu kif ġej:
Bniet Subien
Skejjel Sekondarji 45 75
Junior Lyceum 165 65
Seminarju ta' Għawdex - 54
Jista' l-Ministru jgħid x'kien n-numru ta' kandidati li qagħdu għas-suġġetti SEC f'Mejju u Settembru 2001 mill-iskejjel sekondarji ta' Għawdex:
1) skejjel sekondarji bniet
2) skejjel sekondarji subien
3) junior lyceum subien
4) junior lyceum bniet
5) skola tal-knisja
X'riżultati nkisbu fl-istess suġġetti mill-istess studenti Għawdxin fl-eżamijiet SEC fis-sessjonijiet Mejju 2001 u Settembru 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, m'hinix f'pożizzjoni nagħti tweġiba f'dan l-istadju għal din il-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm-il darba l-pulizija Maltija kienet infurmata li xi truck jew trailer ta' Maltin insżammu l-Italja? Meta, x'passi ittieħdu u jekk kienx hemm okkażjonijiet fejn l-merkanzija fuq it-truck jew trailer, kienet konfiskata fl-Italja iżda t-truck u t-trailer tal-Maltin kienu rilaxxati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija Maltija ma kelliex informazzjoni kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba matul is-sena li għaddiet il-Ministru tiegħek permezz ta' l-ambaxxata Maltija jew xi dipartiment ieħor intervjena għax Maltin maqbuda bit-truck jew trailer tagħhom inżammu fl-Italja? Kull każ x'kienet id-data u x'irriżulta wara?
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara li nqabad contanier mid-dwana Maltija fil-31 ta' Jannar li għadda? Kienu infurmati l-pulizija? Intalbet il-Pulizija biex tipproċedi kontra xi persuna u jekk le, għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta nqabad il-container fil-31 ta' Jannar 2001 il-Pulizija kienu nfurmati u kienu wkoll preżenti meta l-għada nfetaħ. Xi żmien wara nħarġet 'Seizure Note' fuq is-sigaretti kontra l-kumpanija importatriċi skond il-provvedimenti ta' l-Ordinanza tad-Dwana billi l-oġġetti kienu deskritti ħazin fuq il-manifest. B'konseguenza ta' dan ingħataw bidu għal-proċeduri civili fil-Qorti kontra d-Dwana.
Sadanittant komplew l-investigazzjonijiet dwar il-każ u saru wkoll xi diskussjonijiet ma' l-Avukat tar-Repubblika. Ninsab infurmat illi r-rapport tal-Pulizija iss ġie finalizzat u mgħoddi lid-Dwana u għalhekk issa trid tittieħed deċiżjoni jekk fuq l-informazzjoni u dokumenti disponibbli hemmx bażi li fuqha wieħed jista' jipproċedi kriminalment kontra xi ħadd.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi tat l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover lill-Korp tal-Pulizija jew taqsimiet oħra fil-Ministeru tal-Intern tul l-aħħar snin? Kemm tħallset tas-servizzi li tat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna li għaliha tirreferi l-mistoqsija, għamlet xogħol ta` Trainee Probation Officer mad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi. Hija ġiet appunatata fl-20 ta` Settembru 1999. Wara li, mingħajr ebda raġuni valida, hija ma baqgħetx tirraporta għax-xogħol, b`effett mill-11 ta` Mejju 2000, hija ġiet ikkunsidrata bħala li rreżinjat mis-Servizz Pubbliku b`effett mill-25 ta` Mejju 2000 skond ir-Regolamenti ta` l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Fil-perijodu li kienet impjegata mad-dipartiment din il-persuna kienet għada fi stadju ta` osservazzjoni u qatt ma ingħatat każi partikolari ta` probation.
Din il-persuna tħallset is-somma ta` Lm2,688.234 f`salarji u Bonus. Minn din is-somma hija għandha tirrifondi l-ammont ta` Lm141.12 li rċeviet bħala salarju żejjed għax-xahar ta` Mejju 2000.
Sal-lum dan il-ħlas lura lid-dipartiment għadu ma sarx minkejja diversi ittri lil istess persuna.
Ninsab infurmat ukoll illi f`okkażżjoni waħda l-persuna in kwestjoni għamlet traduzzjoni ta` sentenza ta` Qorti barra minn Malta fuq talba tal-Korp. Ma sar ebda ħlas minn fondi pubbliċi għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax l-Universita' tagħti spjegazzjoni pubblika dwar jekk it-tneħħija tal-Malti minn suġġett obbligatorju għall-kors tal-LLD saritx biex taġevola lil min m'għandux il-Malti biex isegwi dan il-kors? Ma taħsibx li hu fl-interess tar-reputazzjoni tagħha li tiċċara din il-kwistjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Universita` tatni assigurazzjoni kategorika li l-emendi li saru biex jitneħħa l-Malti f'livell Avvanzat minn suġġett obbligatorji għall-kors ta' l-LL.D. saru biss għal raġunijiet akkademiċi. L-Universita`, b'ebda mod, ma aġevolat lil xi persuna partikolari b'din l-emenda. Ir-raġunijiet li għalihom saret din l-emenda huma tajjeb spjegati fil-Press Release pubblikata mill-Universita u li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-fatt, fid-dawl tad-dibattitu pubbliku li qam fil-pajjiż wara li saru dawn l-emendi, l-Universita` qegħda fil-proċess ta' diskussjoni bil-ħsieb li tiġi riafermata l-importanza tal-profiċenza fil-lingwa Maltija għal kull student Malti li jagħżel li jidħol l-Universita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti s'issa għall-korsijiet offruti mill-Universita' għas-sena 2001-2002 kors b'kors? Kemm applikaw għall-Junior College?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' applikazzjonijiet għall-korsijiet offruti mill-Universita` għas-sena 2001-2002, kors b'kors, huwa 3948. Lista bl-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta' min jgħid li n-numri mogħtija jinkludu applikazzjonijiet indikati bħala t-tieni jew it-tielet preferenza. In-numru ta' individwi li applikaw hu 3226.
Informat ukoll li n-numru ta' applikazzjonijiet għall-Junior College huwa 2008.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' għandhiex tagħrif dwar mil-liema qasam edukattiv sekondarju ġejjin l-istudenti tagħha ta' bħalissa? F'dan il-każ kemm hemm minnhom li ġejjin:
1) mill-qasam statali a) sekondarju b) junior lyceum
2) mill-qasam tal-knisja
3) mill-qasam indipendenti
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita` għandha din l-informazzjoni li nġabret mill-applikazzjonijiet ta' studenti li bħalissa qegħdin jattendu l-Universita`. L-applikanti għal korsijiet fl-Universita` jkunu mitluba b'mod volontarju jgħatu informazzjoni dwar l-iskejjel li jkunu attendew qabel l-Universita`. Minn din l-informazzjoni jirriżulta illi l-istudenti preżenti kienu ġejjin minn dawn l-iskejjel:
1. Mill-qasam statali:
a) Sekondarju 333
b) Junior Lyceum 1924
2. Mill-qasam tal-Knisja: 1988
3. Mill-qasam Indipendenti: 967
4. Ma speċifikawx 2401
Jista' l-applikaw s'issa studenti għas-sitt istituti tal-MCAST, istitut b'istitut? Kemm ġew aċċettati minnhom istitut b'istitut?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li applikaw għas-sitt istituti tal-MCAST u dawk li ġew aċċettati huwa dan li ġej:
Numru ta' Applikanti Numru Aċċettati
Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika 168 124
Istitut ta' l-Inġinerija Bini u Kostruzzjoni 225 225
Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika
u Kommunikazzjoni 366 160
Istitut tan- Negozju u Kummerċ 417 394
Istitut ta' l-Arti u Disinn 155 97
Istitut ta' l-Istudji Marittimi 11 14
Total 1342 1014
L-istudenti li ġew aċċettati ġew mitluba biex illum jikkonfermaw l-aċċettazzjoni tagħhom li ser jibdew il-kors magħżul.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qagħdu studenti għall-eżamijiet Matsec f'Livelli Intermediate u Avvanzat f'suġġetti differenti mill-istituzzjonijiet post-sekondarji
1) mill-qasam statali
2) mill-qasam tal-knisja
3) mill-qasam indipenti fis-sessjonijiet Mejju u Settembru 2001?
X'riżultati nkisbu qasam, qasam?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista bl-informazzjoni dwar kemm qagħdu studenti għall-eżamijiet Matsec f'Livelli Intermedjarju u Avvanzat f'suġġetti differenti mill-istituzzjonijiet post-sekondarji għal Mejju 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom studenti Maltin fis-sena akkademika 2000-2001 subien u bniet minn:-
1) ex-oppotunity centres
2) area secondaries
3) junior lyceums
4) tal-Knisja
5) Indipendenti
Kemm minnhom qagħdu għall-eżamijiet Sec f'Mejju u Settembru 2001? X'riżultati kisbu fl-istess sessjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għadd ta' studenti Maltin li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fis-sena akkademika 2000-2001 huwa kif ġej:
Bniet Subien
Ex-opportunity Centres 62 125
Skejjel Sekondarji 514 353
Junior Lyceums 995 554
Skejjel tal-Knisja 589 681
Skejjel Indipendenti 96 197
Peress li t-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-Mistoqsija ma laħaqx wasalli, m'hinix f'pożizzjoni nagħti tweġiba f'dan l-istadju għal din il-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27805 għall-perjodu April-Lulju 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'April 2001, fi tmiem il-perjodu ta' ħidma tal-Bord ta' qabel, ġie maħtur Bord ġdid li beda l-ħidma tiegħu f'Mejju 2001.
F'Mejju saret laqgħa għall-kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Ingliż, li għaliha attendew 18-il rappreżentant ta' l-iskejjel. F'din il-laqgħa, s-Sinjura Nadya Aquilina ġiet eletta biex tirrapreżenta lil sħabha fuq il-Bord, skond l-AL 60 ta' l-1996.
Il-Bord iltaqa' sitt darbiet li għalihom attendew il-membri kollha u l-ħidma tiegħu kienet tikkonsisti prinċipalment f'dawn l-oqsma:
- applikazzjonijiet għal permessi ta' skejjel ġodda. Ġiet maħruġa liċenzja
ġdida lil Bell Language Centre, u hemm żewġ liċenzji oħra li waslu
biex joħorġu;
- permessi lil għalliema, kemm ġodda, kif ukoll tiġdid ta' dawk li ġa
kienu qed jgħallmu;
- approvazzjoni ta' Diretturi ta' Studju ġodda;
- kummenti u rakkomandazzjonijiet lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar
ħames talbiet għal ftuħ ta' skejjel ġodda;
- azzjoni dwar ilmenti li saru minn ġirien dwar skejjel jew ġenituri ta'
familji li jilqgħu l-istudenti.
Ġie maħtur sotto-kumitat biex jistudja jekk wasalx iż-żmien li tiġi formulata policy dwar kemm, bir-riżorsi li għandna, nistgħu nibqgħu nagħtu premess lil kull min japplika biex jiftaħ skola ta' l-Ingliż.
Qed ukoll jiġi kkunsidrat il-kontenut tal-kors ta' taħriġ għall-għalliema u l-kwalifiki ta' dawk li jmexxu dawn il-korsijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27804?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li sa l-aħħar ta’ Lulju kien hemm 705 residenza liċenzjata biex jilqgħu turisti f’Malta u Għawdex. Qed inpoġġi l-lista fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenzi li dwarhom issir applikazzjoni ġdida jiġu spezzjonati mill-Uffiċċjali tal-“Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li Jipprovdu Ikel” qabel ma tinħareġ liċenzja biex jiġi żgurat il-livell mistenni minnhom.
Spezzjonijiet isiru wara li l-Bord jirċievi rapporti dwar familji li allegatament iżommu għandhom numru ta’ persuni aktar milli permess. Dan l-aħħar ġew irtirati tlett liċenzji