Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28251 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti Post-Sekondarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li applikaw għall-istituzzjonijiet post-sekondarji f' Malta u Għawdex (esklużi dawk tal-MCAST u Junior College) u kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' applikakanti għall-Istituzzjonijiet Post-Sekondarji esklużi dawk tal-MCAST, Junior College u Privati huwa kif ġej: Istituzzjonijiet Numru ta' Numru ta' Applikanti Studenti Aċċettati Kulleġġ ta' l-Agrikoltura 17 17 Skola tax-Xagħar u Sbuħija 184 66 Skola Pre-Vokazzjonali (Kulleġġ Mother Teresa) 100 100 Skola ta' l-Edukazzjoni Bikrija 88 50 Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano 68 68 Skola Tas-Snajja' Umberto Calosso 12 12 Skola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi 1070 1070 Total Malta 1539 1383 Ċentru ta' l-Edukazzjoni Ogħla Għawdex 221 221 Total Malta u Għawdex 1760 1604
Leg 9 PQ #28253 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal jattendu sena, b' sena fl-iskola primarja ta' tas-Sliema f' din is-sena skolastika? Jikkunsidra l-bżonn li biex jiġu mgħejjuna aħjar l-istudenti fi klassijiet bħal dik tal-ħames sena jinqasam f' żewġ gruppi f' żewġ klassijiet differenti b' għalliema differenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola primarja ta' tas-Sliema din is-sena skolastika hemm: Żewġ klassijiet tal-Year 1 b'14-il student u special needs, il-waħda. Klassi tal-Year 2 bi 22 student. Żewġ klassijiet tal-Year 3 b'16-il student u special needs, il-waħda. Klassi tal-Year 4 b'26 student. Klassi tal-Year 5 b'20 student. U żewġ klassijiet tal-Year 6 - waħda b'23 student u l-oħra b'16-il studenti u special needs. Peress li l-klassi tal-Year 5 hija magħmula minn 20 sutdent l-edukaturi tad-Diviżjoni huma tal-parir li ma hemmx il-bżonn li din il-klassi tinqasam.
Leg 9 PQ #28256 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Inklussiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif iħares il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva lejn dak li ntqal lil omm li isimha qed jintbagħat separat li għanha tifla b' diżabilita' tattendi l-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex u qalulha li trid tiġi l-omm mid-dar biex it-tifla tittieħed it-toilet? Aċċettabbli mġieba bħal din min-naħa ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-omm li għamlet l-ilment ġiet mitluba tiġi l-iskola nhar it-Tnejn 24 ta' Settembru biss, propju fl-ewwel jum ta' l-iskola, u dan sar sabiex l-omm tkun tista' turi l-facilitator kif għandha tgħin lit-tifla fit-'toileting'. Dan sar għall-ġid tat-tifla stess. L-omm ma ġietx imsejħa f'ebda ġurnata oħra. Aċċettabbli din l-imġieba min-naħa ta' l-iskola għall-Onor. Membru?
Leg 9 PQ #28257 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex jidħlu għal xi kors ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Kemm f'kull kors? Kemm ġew aċċettati studenti? Kemm f'kull kors? Kemm ġew aċċettati studenti ? Kemm f'kull kors?

Response (REFALO, MICHAEL)

RISPOSTA -------------- Infurmat li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi rċieva 425 applikazzjoni li minnhom ġew aċċettati 213 għall-korsijiet “full time” fil-Hospitality Management, Hotel Operations, Accommodation Operations, Food Preparation and Service (Foundation), Hotel Services (Foundation). Fit-tabella ta’ hawn taħt qed nagħti d-dettalji mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija. Korsijiet Full-Time Total ta’ Applikazzjonijiet Total ta’ Applikazzjonijiet Aċ ċ ettati Hospitality Management 59 20 Hotel Operations 63 20 Accommodation Operations 74 33 Food Preparation & Service (Foundation) 199 126 Hotel Services (Foundation) 30 15
Leg 9 PQ #28258 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Lecturer

Question

Jista' l-Ministru jghid x' kienu r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma ġiex aċċettat bħala lecturer fil-fotografija fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-individwu konċernat ma hux eliġibbli għal post ta' lecturer. Ġejt assigurat li l-Bord ta' l-Għażla segwa l-proċedura stabbilita. Mhux kompitu tiegħi li nidħol fir-raġunijiet ta' l-għażla li jagħmel il-Bord ta' l-Għażla.
Leg 9 PQ #28260 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut ta' l-Arti u d-Disinn

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li għaddiet minn 9 suġġetti 'Sec' ma ġietx aċċettata għall-kors 'Diploma in Design' fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn? Dawk kollha li ġew aċċettati f' dan il-kors ġabu kwalifiki aħjar minn din l-istudenta?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab assigurat li l-istudenti li ġew aċċettati s'issa f'dan l-Istitut kollha kellhom kwalifiki li tawhom marki skond is-sistema aħjar minn tal-persuna imsemmija.
Leg 9 PQ #27553 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli Skolastiċi — Inizjattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2000-20001 kemm-il inizjattiva ġiet organizzata mill-assoċjazzjoni għall-kunsilli skolastiċi fejn intalbet il-korporazzjoni tal-ministeru u/jew id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? X'kienu dawn l-inizjattivi u meta ġew organizzati? X'koperazzjoni ngħatat f'dawn l-inizjattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fost id-diversi inizjattivi organizzati mill-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel matul is-sena skolastika 2000-2001, ġew organizzati żewġ korsijiet għall-ġenituri (Ġenituri Mħarrġa - Kunsilli Effettivi) b'kollaborazzjoni mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn il-korsijiet kienu maħsuba sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jagħtu kontribut akbar fil-kunsilli ta' l-iskejjel, u saru bejn l-14 u d-29 ta' Novembru 2000. Il-lecturers kienu mħallsa mid-Dipartiment tal-Further Studies and Adult Education.
Leg 9 PQ #28213 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru matul din is-sena fuq il-bini li se jservi għall-Istituti tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija? Kemm kienu jiswew dawn ix-xogħolijiet f'kull każ? Meta saret is-sejħa għall-offerti biex isiru dawn ix-xogħlijiet? Min tefa' l-offerta għal dawn ix-xogħolijiet? Min għamel ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba l-impenji ta' l-istaff tal-Kulleġġ, it-tagħrif mitlub jinġabar aktar tard u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28214 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Fish Farms / Tuna Penns

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2001 xi studji saru fuq l-impatt ambjentali tal-fish farms u t-tuna penns li għandna mal-kosta tal-gzejjer tagħna? X'konklużjoni waslu għalihom dawn l-istudji? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda kopja ta' dawn ir-rapporti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2001 saru tliet studji fuq l-impatt ambjentali relatati ma' proposti għal fish farms u tuna penns. Tnejn minn dawn l-istudji ġew finalizzati, filwaqt li l-ieħor għadu qed jiġi pproċessat. Dawn l-istudji wrew li filwaqt li l-fish farms u t-tuna penns għandhom ċertu mpatt fuq l-ambjent, dan l-impatt jista' jiġi mmitigat permezz ta' numru ta' miżuri, fosthom siting bil-ħsieb. L-istudji wkoll irrakomandaw li jiġi attwat programm ta' monitoraġġ ta' l-ambjent. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti taż-żewġ studji li ġew konklużi.
Leg 9 PQ #28225 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Kuntratt għall-Ħarsien — White Rocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu l-kuntratt għall-ħarsien tal-kumpless White Rocks mal-Kumpanija ta' Sigurta' Group 4? B' liema valur ngħata l-kuntratt? X' servizz hija obbligata tipprovdi din il-kumpanija?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li l-Kumpanija Group 4 ilha tieħu ħsieb il-ħarsien tal-White Rocks Holiday Complex mit-13 ta’ Novembru 2000. Is-servizz jikkonsisti f’għassa ta’ 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa (persuna waħda) u ħamsin patrol fil-ġimgħa minn karozza tal-Group 4, b’valur ta’ Lm427 fil-ġimgħa.
Leg 9 PQ #28227 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati s' issa persuni mal-Kunsill Malti għall-Arti, għax-Xjenza u Teknoloġija? B' liema salarji u kundizzjonijiet f' kull każ? Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-kuntratt ta' dawn il-persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba l-impenji ta' l-istaff tal-Kulleġġ, it-tagħrif mitlub jinġabar aktar tard u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28233 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-gradwati l-ġodda mill-fakulta' ta' l-edukazzjoni kemm ġew reklutati għas-sena skolastika l-ġdida għall-iskejjel primarji? Kemm minnhom għamlu l-kors tal-B. Ed. Primary u kemm tal- B. Ed. Secondary? Kemm applikaw għall-postijiet vakanti? B' liema kwalifiki applikaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel primarji biss għas-sena skolastika 2001-2002 ġew reklutati 86 gradwat ġdid tal-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni. Sal-kors li gradwa, il-Fakolta` ma kienetx qed tiddistingwix bejn B.Ed (Primary) u B.Ed (Secondary). Din is-sena kien hemm applikazzjoni minn 445 individwu/a. Fost dawk li applikaw kien hemm 228 li ġabu l-B.Ed jew B.Ed (Hons) din is-sena u 75 oħra li ġabu l-P.G.C.E. din is-sena wkoll. Kien hemm 142 applikant ieħor li applikaw bi kwalifiki ta' snin oħra. Ġew reklutati applikanti oħra għal skejjel oħra f'livelli edukattivi aktar għolja.
Leg 9 PQ #28240 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati s' issa persuni biex jgħallmu fl-iskejjel ta' l-istat bħala għalliema ġodda għas-sena skolastika l-ġdida? Kemm fil-Kindergarten? Kemm fil-Primarja? Kemm fis-Sekondarja? Kemm fil-Post-Sekondarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa' l-20 ta' Settembru ġew reklutati 227 għalliem ġdid għas-sena skolastika 2001-2001. Il-vakanzi skond is-setturi kienu mqassma hekk: Primarja 86 Sekondarja 134 Post Sekondarja 1 Ma kienx hemm vakanzi fis-settur tal-Kindergarten.
Leg 9 PQ #28180 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti — Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar tliet snin min ġie impjegat mal-Kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija? B' liema kundizzjonijiet? Tista' tpoġġi kopja ta' kull kuntratt ta' impjieg fuq il-mejda tal-kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28183 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna għalliema jgħallmu fl-istituzzjonijiet post-sekondarji s-sena li għaddiet, istituzzjoni b' istituzzjoni? Kemm minn dawn l-għalliema applikaw minn kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet biex jgħallem f' wieħed mis-sitt istituti tal-Kulleġġ Malti għax-Xjenza, Arti u Teknoloġija?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi verifikata u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28190 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vapuri Iżraeliti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vapuri Iżraeliti li matul din is-sena ssewwew fit-Tarzna? Kemm kien hemm vapuri Iżraeliti li riedu jsewwu fit-tarzna iżda imbagħad ħassru l-ordni għat-tiswija? Għal liema raġunijiet ? Meta tħassru dawn l-ordnijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul din is-sena ma kien hemm l-ebda vapur Izraelit li ssewwa fit-Tarzna. Kien hemm żewġ vapuri li kienu ser jissewwew fit-Tarzna iżda ħassru l-ordni għat-tiswija. Ordni minnhom tħassret peress li l-bacir ma kienx a dispozizzjoni (availableĊ fiż-żmien li s-sidien tal-vapur riedu jagħmlu t-tiswijiet. Din l-ordni tħassret fis-27 ta' Awissu 2001. L-ordni l-oħra tħassret fl-4 ta' Settembru 2001 mingħajr ma ingħatat raġuni speċifika.
Leg 9 PQ #28193 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihomn il-facilitator li isimha qed jintbagħat separatament kontra qalbha u kontra qalb il-ġenituri tneħħiet minn ma' l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, bi bżonnijiet speċjali fl-Iskola Primarja A ta' B'Bugia? Għaliex qed jinħoloq din il-problema b'dannu għat-tifel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Facilitator imsemmija kienet waħda minn 4 li sfaw żejda fl-iskola. Qabilha kien hemm ħaddieħor li kien senior tagħha. Ma waslitilna ebda informazzjoni rigward l-arranġamenti li kienu saru ma' l-omm tat-tifel imsemmi. Korrispondenza li għaddiet bejn id-Diviżjoni u l-facilitator ma tindika ebda preferenza għal xi tfal partikolari fil-qadi tad-dmirijiet tagħha.
Leg 9 PQ #28196 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

TAS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li dan l-aħħar terminaw l-apprendistat tagħhom TAS mit-tarzna ta' Bormla? F' liema qasam ħadu l-apprentistat tagħhom? Kellha bżonnhom it-tarzna? X' kundizzjonijiet ġew offruti bħala impjieg mat-tarzna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm zgħazagħ li dan l-aħħar temmew l-apprendistat tagħhom TAS fit-Tarzna ta' Bormla.
Leg 9 PQ #28197 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għamara

Question

Jista' l-Ministru jgħid s' issa (matul din is-sena), kemm inxtrat għamara u apparat għall-kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija? F' hiex kienet tikkonsisti l-Għamara? F' hiex kien jikkonsisti l-apparat? B' liema valur f' kull każ ta' xiri? Meta ħarġu s-sejħiet bl-offerta għax-xiri ta' dawn l-items? Min tefa' offerta għal dan ix-xiri?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

San Vincenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-koppja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tgħix fost ħmieġ, wirdien u anki nuqqas ta' ikel, tiddaħħal l-isptar residenzjali San Vincenz de Paule biex tingħata kura li tixraq lil kull persuna f' soċjeta' civilzzata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' l-imsemmija koppja saret fid-9 ta' Awissu 2001. Il-każ qiegħed jiġi proċessat.