Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28462 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex tintlaqa' t-talba li saret mill-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament fis-27 ta' Awissu 2001 dwar it-tifel tagħhom għal raġunijiet umanitarji

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-talba li saret referenza għaliha kienet ġiet milqugħa.
Leg 9 PQ #28523 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fl-iskola sekondarja tas-subien ta' Ħal Qormi fejn qed jiġru nċidenti frekwenti ta' bullying minn studenti ta' l-ogħla klassijiet fuq studenti ta' l-ewwel klassijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola sekondarja ta' Ħal Qormi s-sitwazzjoni rigward l-ibbuljar hi waħda normali li tixbaħ kull skola sekondarja tas-subien ġo Malta jew Għawdex. L-affermazzjoni ta' l-Onor. Membru li hemm xi inċidenti frekwenti minn studenti ta' l-ogħla klassijiet fuq studenti ta' l-ewwel klassijiet tidher infondata. Madanakollu, l-amministrazzjoni ta' l-iskola flimkien mal-Kunsill Skolastiku u uffiċjali mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed jimpenjaw ruħhom kontra l-ibbuljar. Dan qed isir permezz ta' programm li qed jitħejja apposta u li għandu jibda b'laqgħa għall-iżvilupp ta' l-istaff ta' l-iskola dwar it-tema ta' l-ibbuljar. Dan il-programm hu biss il-bidu ta' ħidma estensiva li ser tinvolvi lill-għalliema, lill-ġenituri u fl-aħħar u ċertament mhux l-inqas lill-istudenti infushom.
Leg 9 PQ #28525 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mellieħa — Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex t-tifla li isimha qed jintbagħat separatament tingħata l-għajnuna neċessarja biex tkun tista' jibda' tattendi l-kindergarten tal-Mellieħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifla msemmija l-ewwel ser tiġi assessjata mill-Istatementing Moderating Panel.
Leg 9 PQ #28440 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti suġġett b'suġġett għas-sessjoni ta' Settembru 2001 fl-eżamijiet 1) tas-SEC 2) Advanced 3) Intermediate 4) Systems of Knowledge X'riżultati nkisbu f'dawn l-eżamijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28441 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istituzzjoni Post-Sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għall-istituzzjoni post-sekondarji għal din is-sena skolastika l-ġdida? 1) tal-knisja ? 2) indipendenti ? Kemm ġew aċċettati? X'inhuma l-kriterji li bihom jiġu aċċetti l-istudenti? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-kriterji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li applikaw għall-istituzzjonijiet post-sekondarji u dawk li ġew aċċettati matul din is-sena fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti huwa kif se nsemmi: Skejjel tal-Knisja Applikaw Studenti li ġew Kriterji aċċettati De La Salle College 420 100 Sistema ta' Kredits St Aloysius College 394 210 Il-kriterji huma pubblikati fil- Prospektus li hu pubbliku Skejjel Indipendenti Applikaw Studenti li ġew Kriterji aċċettati St Edwards 68 64 Il-kriterji huma pubblikati fil- Prospektus li hu pubbliku Verdala International 28 28 Normalment jiġu promossi minn Grade 10
Leg 9 PQ #28442 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Has the order of merit, based on the criteria described in the relative prospectus, been published as regards the MCAST Foundation Programme Computing - Code 5/1, 5/2 and 5/3. If not, what was the reason for the departure from established procedure?

Response (GALEA, LOUIS)

Full lists with order of merit will be published when the second call for applications, which closed on Friday 5th October 2001, is processed.
Leg 9 PQ #28443 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi tweġiba ta' d-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan fl-ittra urġenti mibgħuta bid-data tat-2 ta' Awissu 2001 dwar ix-xatt tas-sajjieda f'San Ġiljan, peress li kopja ta' din l-ittra ntbagħtet lili mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan u bqajt bla ebda risposta mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28402.
Leg 9 PQ #28445 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fil-Junior Lyceum tal-Bniet Sir Adrian Dingli li qed jitħallew bla kotba għax ma rritornawx li kellhom peress li nsterqulhom? Hija ġusta li dawn jitħallew bla kotba meta mhux tort tagħhom li l-kotba nsterqulhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Sir Adrian Dingli kien hemm studenta waħda li ma ngħatatx kotba, għax ma rritornatx sitt kotba minn tas-sena l-oħra. Hija policy li min ma jirritornax lura l-kotba kollha, ma jingħatax kotba ġodda, qabel ma jsir il-ħlas għall-kotba mitlufa jew misruqa.
Leg 9 PQ #28446 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu biex it-tfal tal-ewwel sena fl-iskola tal-primarja (Mellieħa) ma jitħallewx bla għalliema regulari fil-jiem u ġimgħat li ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tfal ta' l-Ewwel Klassi ta' l-iskola Primarja Mellieħa, qed jiġu mgħallma minn għalliema supplenti sakemm l-għalliema regolari tagħhom terġa' tibda tirraporta għax-xogħol regolarment.
Leg 9 PQ #27572 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Fakulta ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27443?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni ħarġet dawn is-sejħiet għal applikazzjonijiet: 1. Part-time Post (TR3) fil-Lingwi Moderni bi Speċjalizzazzjoni fit-Tagħlim tal-Franċiż. 2. Part-time Post (TR3) fil-Lingwi Moderni bi Speċjalizzazzjoni fit-Tagħlim tat-Taljan. 3. Part-time Post (TR3) fil-Lingwi Moderni bi Speċjalizzazzjoni fit-Tagħlim tal-Ġermaniż. 4. Post fil-Home Economics. 5. Post fil-Resources and Information and Communications Technology in Education. 6. Post ta' Assistent Reċerkatur (Teacher's Resource Centre). 7. English Language Methodology and Assessment (Department of Arts and Languages in Education) 8. English Language Development (Primary) 9. Early Childhood Education (Primary) 10. Physical Education (Department of Maths, Science and Technical Education). Informat ukoll li għadha ma saret ebda ħatra għall-postijiet imsemmija, iżda qegħdin isiru l-proċeduri meħtieġa biex jiltaqgħu s-Selection Boards sabiex isiru l-ħatriet.
Leg 9 PQ #28412 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28213?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.
Leg 9 PQ #28429 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kunsill tal-Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' sehem kellu l-Kunsill tal-Kuntratti fl-għoti ta' kuntratti għax-xiri ta' għamara għall-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija? X' valur totali ta' kuntratti ngħataw s' issa għax-xiri ta' għamara għal dan il-Kulleġġ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti ma kienx involut fl-għoti ta' kuntratti għax-xiri ta' għamara fl-MCAST. Isegwi allura li l-anqas il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ma kien involut. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28430 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' sehem kellha s' issa l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fil-ħatra u reklutaġġ ta' l-impjegati li hemm diġa' jaħdmu mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Skond Sezzjoni 2(1) ta’ l-istatut li bih twaqqfet il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, din il-Fondazzjoni hija korp ġuridiku li jkollu personalità ġuridika distinta u għandha l-kapaċità, fost affarijiet oħra, li tagħmel kull kuntratt u li timpjega ħaddiema. Għaldaqstant, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m’għandhiex sehem fir-reklutaġġ u l-ħatriet li tagħmel din il-Fondazzjoni.
Leg 9 PQ #28432 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Strip Searches

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' passi ħa l-Ministru biex jinvestiga rapporti li dehru fil-ġurnali lokali dwar strip searches abbużivi li sar mill-pulizija fil-ġimgħat li għaddew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dakinhar tal-party fil-Marsa kien hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija preżenti l-ħin kollu tul il-party u wara, partikolarment viċin ħafna ta` fejn kienu qed isiru t-tfittxijiet. Tul dak il-ħin kollu, ebda uffiċjal tal-Pulizija ma ġie avviċinat minn ħadd u ma sar ebda rapport dwar xi mġieba ħażina minn xi membru tal-Korp tal-Pulizija waqt dawn l-istrip searches jew fit-tfittxijiet l-oħrajn li saru. Anqas wara ma saru ebda rapporti f`dan is-sens.
Leg 9 PQ #28433 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Strip Searches

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' linji gwidi għandhom il-pulizija dwar strip searches li jistgħu jagħmlu fuq il-persuni? Jista' l-Ministru jpoġġi kopji ta' dawn il-linji gwidi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tfittxijiet fuq il-persuna, partikolarment waqt "parties" isiru minn żewġ uffiċjali tal-Pulizija u jsiru f`post privat u ċioe` li ma jkunx aċċessibli għal pubbliku u li jkun hemm privatezza. Il-persuna li tkun qed issirilha tfittxija qatt ma titneżża kompletament minn ħwejjiġha. Jekk, bħal ma ġieli kien hemm każi, il-Pulizija jissuspettaw xi ħaġa moħbija f`xi partijiet intimi tal-persuna, din tiġi mitluba hija jew huwa stess sabiex ineħħu dawk l-oġġetti moħbija. F`każ li jirrifjutaw, li sa issa ma kienx il każ, jiġi nfurmat il-Maġistrat ta` l-Għassa li jagħti d-direttivi huwa u dawn jiġu riferuti l-isptar. Rigward il-metodu ta` min jiġi mfittex, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-membru tal-pulizija partikolari li jkollu jistrieħ fuq il-mod ta` kif persuna taġixxi, il-kumpanija li tkun magħha jew li jkunu magħrufa fiċ-ċirku tad-droga. Fuq kollox, tfittxija bħal din issir biss meta jkun assolutament neċessarju u meta l-Pulizija jkollha suspett raġonevoli ta` xi abbuż. In-numru ta` dawn it-tfittxijiet huwa minimu fejn it-tfittxijiet l-oħra normali li jsiru (frisking). Tajjeb jingħad li minn aktar minn 8,000 tfittxija (frisking) li sar waqt il-party li sar il-Marsa, kien hemm biss 125 strip searches li 101 kien irġiel u 24 kienu nisa. Ma hemmx linji ta` gwida speċifiċi rigward tfittxijiet personali fuq il-persuna, għalkemm il-Kodiċi Kriminali jirregola kif, meta u fejn għandhom isiru tfittxijiet in ġenerali.
Leg 9 PQ #28434 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Strip Searches

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru 2001 xahar b' xahar kemm saru strip searches mill-pulizija f' Malta u f' Ghawdex? Kemm saru fuq ġuvintur u kemm saru fuq tfajliet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Xahar Irġiel Nisa Ġunju 5 4 Lulju 26 4 Awissu 132 32 Settembru 58 5
Leg 9 PQ #28367 Sitting 611 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-iskejjel primarji statali kollha ta' Malta u Għawdex, skola bi skola, klassi bi klassi, fejn hemm għalliema nieqsa peress li fl-ewwel jiem tas-sena skolastika saru lmenti li t-tfal ma kellhomx min jgħallimhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li hemm nuqqas ta' għalliema fil-Primarja.
Leg 9 PQ #28368 Sitting 611 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Skejjel Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti Għawdxin biex jidħlu f' istituzzjonijiet post-sekondarji Għawdxin? Kemm f' kull istituzzjoni? Kemm ġew aċċettati u f' liema suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28372 Sitting 611 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti — Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 28180?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar tlett snin, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST) impjega lil dawn il-persuni: Mr Edmond Buhagiar Assistant Executive full-time Mr Michael Refalo Assistant Executive full-time Ms Nadine Cauchi Assistant Executive full-time Mr Wilfred Kenely Chief Executive Officer full-time Informat li mhix il-prattika li kopja tal-kuntratt titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba n-natura konfidenzjali ta' dan id-dokument.
Leg 9 PQ #28373 Sitting 611 2001-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għamara

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28197?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għall-Misotqsija Parlamentari Numru 28187 stante xogħol ieħor li hu aktar urġenti fil-Kulleġġ.