Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28376?
Response (GALEA, LOUIS)
Matul is-sena skolastika li għaddiet kellna dawn l-għalliema jgħallmu fl-Istituzzjonijiet Post-Sekondarji kif ġej:
Istituzzjoni Post Sekondarja Għalliema
2000-2001
Paolino Vassallo Upper Lyceum 76
Fellenberg Training Centre 16
E.Cremona Art & Design 8
Nautical School 7
Mikielanġ Sapiano Technical Institute 55
MA Refalo Gozo Centre for Further Studies 68
Salvatore Dimech School for Craftsman Mosta 12*
Umberto Calosso Trade School St. Venera 32*
Stefano Zerafa Trade School Naxxar 28*
Giovanni Curmi Higher Secondary 91
C. Carbonaro Hairdressng & Beauty Therapy 11
Moher Theresa College (Health Care) 16
Pre School Education 5
College of Agriculture 4
Total 429
Mill-Istituzzjonijiet li ġew assorbiti mill-MCAST, applikaw sabiex jgħallmu fl-Istituti ta' l-MCAST dan in-numru ta' għalliema kif ġej:
Paolino Vassallo Upper Lyceum 51
Fellenberg Training Centre 2
E.Cremona Art & Design 8
Nautical School 3
Mill-Istituzzjonijiet l-oħra, li xi uħud biss mill-korsijiet li joffru ġew assorbiti mill-MCAST, 39 applikaw sabiex jgħallmu fl-Istituti ta' l-MCAST.
* Dawn huma l-għalliema tal-livell sekondarju li xi wħud minnhom jiddedikaw parti mill-ħin għal korsijiet post-sekondarji.
Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 28367 la m' hemmx nuqqas ta' għalliema kif jirriżulta li mill-bidu tas-sena skolastika saru diversi rapporti li studenti tal-primarja ma kellhomx għalliema jgħallmuhom? F' liema skejjel Primarji kien hemm assentejiżmu tal-għalliema s' issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-ewwel jiem ta' l-Iskola kull klassi fl-iskejjel primarji kellha għalliem assenjat għaliha. Xi għalliema rrappurtaw mard. F'xi każi, xi għalliema ġodda nfurmaw lill-awtoritajiet li ma kienux ser jaċċettaw l-impieg offrut lilhom, u minflok dawn intbagħtu għalliema oħra minnufih.
Għalliema irrapurtaw mard f'dawn l-iskejjel:
Cospicua
Gudja
Paola A
Safi
Senglea
Tarxien
Attard
Mellieħa
Rabat A
Rabat B
Sliema
St Paul's Bay
Lija
Mtarfa
Nadur
Għajnsielem
Xewkija
Rabat.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li Triq San Pawl f' San Pawl il-Baħar tingħalaq għat-traffiku u t-traffiku jibda jgħaddi minn Triq San Ġorġ u jkompli jgħaddi minn Triq Parades?
Jista' l-Ministru jieħu passi ta' traffic calming u management f' Xatt il-Palm f' Baħar iċ-Ċagħaq biex jitrażżan l-ispeed eċċessiv tal-vetturi li huma ta' periklu għar-residenti fl-inħawi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa' qed jittieħdu l-passi neċessarji biex ix-xogħol meħtieġ isir.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel għadu għaddej xogħol ta' bini, tiswija u manutenzjoni? X'inkonvenjent qed joħloq dan ix-xogħol għall-istudenti u l-għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent qed isir xogħol ta' bini, tiswija u manutenzjoni fl-iskejjel li ġejjin:
Primarja, Attard
Skola Speċjali, Ħamrun
Primarja, Ħal-Luqa
Primarja, Mġarr
Primarja, Gżira
Primarja, Dingli
Primarja, Bormla
Primarja, Żejtun B
Primarja, San Bastjan A, Qormi
Primarja, San Bastjan B, Qormi
Liċeo tal-Bniet Santa Luċija
Liċeo tal-Bniet, Sandhurst
Skola tas-Subien, Mtarfa
Skola Sekondarja tas-Subien, Marsa
Santa Tereza, Junior Lyceum, Mrieħel
Fil-Kumpless tal-Qrendi
Skola Stefano Żerafa, Naxxar
Ġejt assigurat li dan ix-xogħol mhux qed joħoloq inkonvenjent la għall-istudenti u l-anqas għall-għalliema u li l-proċess tat-tagħlim jista' jibqa' għaddej bla tfixkil.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiggradwaw studenti fil-B.Ed u fil-PGCE f'Novembru li ġej suġġett b'suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li se jiggradwaw f'Novembru, 2001 B.Ed (Hons) u PGCE, suġġett b'suġġet huwa kif se nsemmi:
PGCE B.Ed.
Business Studies 11 Art 2
History 6 Biology 9
Maltese 9 Chemistry 4
Religion 4 Computer Studies 14
Science 6 English 12
Personal & Social Educ. 26 French 8
Drama 1 Geography 4
English 9 German 7
French 5 History 6
Computer Studies 1 Home Economics 11
Italian 5 Italian 8
Social Studies 5 Maltese 15
Gorgraphy 1 Mathematics 21
Music 3
Total 86 P.E. 14
Primary 74
Religion 13
Spanish 3
Technical Subjects 8
Total 242
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom l-għalliema li kellna fil-qasam post-sekondarja? X'xogħol qed jagħmlu f'din is-sena skolastika? Kemm marru mal-MCAST?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 77 mill-għalliema li kienu jagħtu servizz fl-iskejjel Post Sekondarji li issa saru r-responsabilta` ta' l-MCAST, ingħaqdu ma' l-istaff tal-Kulleġġ.
L-għalliema li jew ma applikawx jew li ma ntgħażlux biex jiffurmaw parti mill-MCAST, ingħataw transfers fil-postijiet vakanti li kien hemm fl-iskejjel Post Sekondarji jew Sekondarji jew f'Istituzzjonijiet oħra edukattivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien persuni mpjegati s'issa mal-MCAST? Kemm istitut b'istitut? Kemm hemm staff amministrattiv? B'liema kundizzjonijiet tax-xogħol u salarji f'kull każ? Istitut b'istitut. Kemm hemm staff akkademiku? B'liema kundizzjonijiet u salarji f'kull każ? Istitut b'istitut? Kemm hemm staff mhux akkademiku? B'liema kundizzjonijiet u salarji f'kull każ? Institut b'istitut?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista bin-numru ta' impjegati ma' l-MCAST minn Jannar sa Settembru qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Is-salarju u l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma dawk ippublikati mas-sejħiet għal postijiet vakanti.
Kopji tal-kuntratti huma aċċessibli għal persuni awtorizzati biex jarawhom.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 28372, x'salarji qed jitħallsu l-erba' persuni msemmija? Jinsabu fuq kuntratt definit jew indefinit? Liema f'kull każ? Għal kull post li mtela' minn dawn l-erba' persuni, kemm kien hemm applikazzjonijiet minn persuni oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Isem Impjieg Sena Kuntratt Grad Applikazzjonijiet
Edmond Buhagiar full-time 1999 indefinit Asst. Exec. 1
Michael Refalo full-time 2001 indefinit Asst. Exec. 9
Nadine Cauchi full-time 2001 indefinit Asst. Exec. 9
Wilfred Kenely full-time 2001 definit Chief Exec. 12
Ġejt mogħti l-parir li minħabba li n-negozjati ta' membri ta' l-istaff ta' l-MCST għadhom mhux kollha magħluqin, ma jkunx prudenti li tingħata informazzjoni dwar is-salarji f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid mindu beda jaħdem ir-rażżett tat-tonn f'pajjiżna x'monitoraġġ sar mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tara li l-vapuri li jipproċessaw it-tonn qed jarmu l-imsaren u l-iskart l-ieħor fl-ibħra internazzjonali?
Kemm-il darba sar dan il-monitoraġġ? F'liema dati? X'metodi qed jintużaw f'dan il-monitoraġġ?
Response (BORG, TONIO)
L-uniku razzett tat-trobbija tat-tonn li għandu permess huwa dak li nħareġ is-sena l-oħra lil Azzopardi Fisheries f`San Pawl il-Baħar. Permessi ta` l-irziezet approvati mill-Bord ta` l-Awtorita` fl-aħħar ġimgħat għadhom ma nħarġux peress li l-iżviluppaturi għadhom fil-proċess illi jottemporaw ruħhom ma` numru ta` punti li kkundizzjonaw il-ħruġ tal-permess, u speċifikament li jsiru l-garanziji bankarji mitluba; għalhekk kull gaġġa u vapuri oħra (barra minn dawn ta` Azzopardi Fisheries li kienu msemmija) li qegħdin fl-ibħra Maltin huma koperti minn permess temporanju għall-irmiġġ li nħareġ lilhom mill-Malta Maritime Authority.
Skond il-kundizzjonijiet li ġew approvati għal kull razzett, il-vapuri għandhom jaħdmu f`ibħra `l barra mix-xatt, f`post indikat mill-Malta Maritime Authority. Għandhom joqgħodu wkoll għall-kundizzjonijiet ta` l-istess Awtorita`, li għandhom x`jaqsmu mal-portijiet, kif ukoll mar-regoli tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent li għandhom x`jaqsmu mar-rimi ta` l-iskart.
Ir-rimi ta` msaren u nterjuri oħra għandu jsir skond il-kundizzjonijiet tal-permess għall-iżvilupp li ġie approvat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar,jiġifieri:
i. ħut morda u l-imsaren jiġu mormija `l barra mill-ibħra territorjali Maltin; il-vapuri li għandhom ikunu armati b`xi forma ta` 'tracking facility' biex ikun hemm provi illi dawn il-vapuri ħarġu `l barra mill-ibħra territorjali Maltin biex jarmu dan l-iskart;
ii. monitoraġġ ambjentali tal-kwalita` ta` l-ilma baħar fl-inħawi fejn jintremew l-imsaren.
Il-monitoraġġ li kellu jsir (kemm tat-'tracking' u kemm tal-kwalita` ta` l-ilma) ma sarx mill-applikant minkejja l-pressjoni li għamlet l-Awtorita` f`dan ir-rigward. Għalhekk, permessi ġodda li kienu approvati f`dawn l-aħħar xhur (inkluż dak ta` Azzopardi Fisheries li talab estensjoni tar-razzett, liema estensjoni ġiet approvata mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar) kellhom kundizzjonijiet iżjed stretti. Il-monitoraġġ ser jsir minn konsulenti mqabbda mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, bi spejjeż għas-sidien tal-irziezet, biex jiġi assigurat li dan il-monitoraġġ isir.
Biex tinstab soluzzjoni rigward il-problemi li huma marbuta ma` l-industrija tal-akwakultura, l-Awtorita`, flimkien ma` agenziji oħra tal-Gvern - Malta Maritime Authority, Environment Protection Department, Department of Aquaculture and Fisheries, Veterinary Services Department u Malta Development Corporation - qegħda taħdem fuq National Aquaculture Policy, li għandha titlesta sa Frar ta` l-2002.
Jista' l-Ministru jivverifika rapporti jekk it-tuck shop tal-iskola sekondarja tal-bniet Kanonku Pawlu Pullicino tar-Rabat hux jitmexxa mill-għalliema nfushom u jekk hux veru li waqt li jkunu qed jagħtu lezzjoni hemm għalliema li joħorġu mll-klassi għax ikun ġie d-distributur b'oġġetti għat-tuck shop?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Stqarrija tal-Kunsill Skolastiku ta' l-Iskola msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat s' issa mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke, u meta saru, dwar il-futur tal-Iskola Primarja tal-lokalita?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dwar il-futur ta' l-iskola Primarja ta' Pembroke saret laqgħa nhar l-1 ta' Awissu 2001. Preżenti għal-laqgħa kien hemm uffiċjali mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, il-membri kollha tal-Kunsill Skolastiku u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke. Kif jaf l-Onor. Membru l-Kunsill Lokali kellu oġġezzjonijiet għal pjanijiet oriġinali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
B'riżultat ta' din il-laqgħa, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħda f'taħditiet ma' l-awtoritajiet konċernati biex jiġi identifikat sit alternattiv, liema sit irid ikun addatat għal skola moderna kif inhu meħtieġ mill-Kurrikulu Nazzjonali. Jekk u meta jiġi identifikat dan is-sit isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa u f' liema suġġetti: 1) fl-iskejjel sekondarji ġenerali ta' Malta u Għawdex 2) Junior Lyceums kollha 3) ex-opportunity centres, suġġett b' suġġett, skola bi skola? X' qed isir biex tittaffa l-problema ta' dan in-nuqqas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm bżonn ta' tlitt għalliema tal-Home Economics u għalliem/a tal-Physics kif indikat hawn taħt:
Skola Suġġett Lezzjonijiet
Gżira BSS Home Economics 8
Mtarfa BSS Home Economics 9
Cospicua GSS Home Economics 24
Marsa GS Home Economics 6
St Andrews GSS Home Economics 6
Gżira BSS Physics 24
Informat ukoll li billi f'dawn is-suġġetti ma hemmx għalliema regolari ħarġet diġa' s-sejħa għall-għalliema każwali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti ta' tfal b' diżabilita' li jridu jiġu proċessati biex jingħataw l-għajnuna meħtieġa għall-edukazzjoni tagħhom peress li ġenituri li qed iċemplu dwar uliedhom qed jgħidulhom li għadhom qed jiġu proċessati każi mressqa fis-sena 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li każi pendenti hemm:
Sena Skejjel Statali Skejjel tal-Knisja
1999 45 8
2000 21 8
2001 93 8
Informat ukoll li minn mindu ilu mwaqqaf l-Istatementing Moderating Panel ra 136 każ fi żmien 3 xhur. Dan barra dawk li dehru quddiem l-Appeals Board.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati f'xi kors ta' xi wieħed mill-istituti tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknologija? F'liema istituti? U kemm kull istitut?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 28076.
Jista' jara li jittieħdu passi mill-kumitat tal-kuntratti biex jara jekk l-għamara li nxtrat s'issa mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija nxtratx skond ir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern?
X'passi qed jittieħdu biex isir magħruf dawn ir-regolamenti ġewx segwiti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li x-xiri ta' għamara li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant sar b'tenders dipartimentali kif stipulat fir-regolamenti.