Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28741 Sitting 621 2001-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tiġrijiet taż-Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel din is-sena? Meta beda dan l-istaġun fl-aħħar ħames snin, sena b' sena? Għaliex din is-sena hija differenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istaġun jibda biss hekk kif l-amministrazzjoni tal-Malta Racing Club tkun f'qagħda li twassal spettaklu mistħoqq u sostenibli għall-pubbliku. L-istaġun tat-tiġrijiet f'dawn l-aħħar ħames snin beda kif se nsemmi: Staġun 1996 / 1997 3 ta' Novembru 1996 1997 / 1998 5 ta' Ottubru 1997 1998 / 1999 25 ta' Ottubru 1998 1999 / 2000 10 ta' Ottubru 1999 2000 / 2001 22 ta' Ottubru 2001
Leg 9 PQ #28681 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta wieħed jara x' rekwiżiti li ntalbu għall-impjiegi fil-livelli differenti tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, il-Ministru jinsab żgur li f' kull każ dawk magħżula kellhom ir-rekwiżiti meħtieġa kif imniżżla fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet ippubblikati?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru japprezza li l-materja hi regolata mill-Bord tal-Gvernaturi. Jekk l-Onor. Membru għandu tagħrif dwar xi każ partikolari jista' jgħaddihuli għall-konsiderazzjoni tal-Bord.
Leg 9 PQ #28683 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Korsijiet Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti bdew korsijiet ġodda f' istituzzjonijiet post-sekondarji f' din is-sena skolastika ġdida: 1) Junior College 2) MCAST 3) Istituzzjonijiet Governattivi 4) Istituzzjonijiet tal-Knisja 5) Istituzzjonijiet Privati a) f' Malta u b) f' Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li matul Ottubru s-sitwazzjoni tkun għadha fluwida peress li jkun hemm studenti li applikaw sew għal aktar minn istituzzjoni waħda kif ukoll oħrajn li applikaw mat-tieni sejħa. L-istatistika definita tinġabar f'Novembru.
Leg 9 PQ #28685 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Accommodation Operations

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' kienu r-raġunijiet kollha l-għala l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament ma ġiex aċċettat għall-kors ta' l-Accommodation Operations meta kellu 83 credits?

Response (REFALO, MICHAEL)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajtu għal Mistoqsija 28593, ninsab infurmat li għalkemm il-persuna msemmija minnu kellha credits akkademiċi tajbin, waqt l-interview kif ukoll fit-testijiet isometriċi ġab punti baxxi ħafna. Għaldaqstant ma ġiex placed fl-ewwel tlieta u tletin post jiġifieri daqs kemm kien hemm postijiet għall-kors. Fil-fatt ġie 47 minn 50.
Leg 9 PQ #28725 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Iskola Stefano Zerafa — Studenti b'Mwies

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li fost studenti li qed jagħmlu korsijiet li bdew fl-Iskola Stefano Zerafa tan-Naxxar qed ikun hemm min ikollu mwies b'periklu għall-istudenti l-oħra? Jistgħu jittieħdu passi biex jekk jirriżulta li dawn ir-rapporti jkunu veri, jitneħħa dan il-periklu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li student ta' l-ewwel sena ġie rrappurat minn sħabu tal-klassi li kellu lighter b'tarf forma ta' sikkina. L-amministrazzjoni ta' l-iskola investigat minnufih iżda kollox irriżulta fin-negattiv, u l-amministrazzjoni ta' l-iskola ammoniet severament lill-istudent konċernat. Il-ġenituri tiegħu ġew ukoll avżati. Dan kien każ iżolat.
Leg 9 PQ #28726 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li għalqet it-tieni sejħa għall-applikazzjoni ta' studenti mal-MCAST, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-listi sħaħ ta' l-istudenti skond l-ordni tal-mertu kif wieġeb għall-mistoqsija 28442?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28582.
Leg 9 PQ #28727 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smart Card

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex l-smart card ta' l-istudenti post-sekondarji u terzjarji tkun tista' tintuża għax-xiri ta' photocopies u materjal edukattiv ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ismart card ta' l-istudenti post sekondarji u terzjarji, diġa' barra mill-kotba, tista' tintuża għal materjal edukattiv ieħor u wara xi każi partikolari li ġew għall-attenzjoni tal-Bord qed jittieħdu passi biex l-użu tagħha jkun estiż biex tilqa' għalihom ukoll. Għal dak li jirrigwarda l-fotokopji, il-Bord ukoll qed jistudja każi fejn f'korsijiet partikolari jsiru aktar użu minn fotokopji ta' noti tal-lecturers milli minn kotba. Wieħed pero` jrid jiftakar li hemm fotokopji, bħal dawk ta' partijiet minn kotba, li mhux permessi minħabba l-liġi tad-drittijiet ta' l-awtur u fil-fatt l-assoċjazzjoni Maltija li tirrappreżenta lill-awturi diġa` pprotestat mal-Bord u ġibdet l-attenzjoni għal din il-liġi. Għalhekk mhux il-fotokopji kollha huma permessi, iżda dawk li jistgħu jsiru l-Bord qed jagħmel arranġamenti biex ikun jista' jilqa' għal dawn il-bżonnijiet.
Leg 9 PQ #28589 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Small Business Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' bi ħsiebu jgħamel is-Small Business Unit dwar l-oġġeżżjoni li qed iressqu s-sidien ta' stabbilimenti kummerċjali fi Triq San Pawl f' San Pawl il-Baħar li t-triq tagħhom tingħalaq għat-traffiku għax jolqothom ħażin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Uffiċċju għall-Intrapriżi ż-Żgħar biħsiebu jwassal l-oġġezzjoni tas-sidien imsemmija għall-attenzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #28593 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' liema kriterji ddaħlu l-istudenti li bdew il-korsijiet din is-sena offruti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Xi kwalifiki kellhom l-istudenti magħżuda? Min huma? Xi kwalifiki kellhom l-istudenti mhux magħżula? Min huma?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-kriterji basiċi stabbiliti biex l-istudenti jiġu ammessi fl-Istudji Turistiċi ilhom fis-seħħ għal numru ta’ snin. Il-kriterji għal din is-sena huma dawk kif elenkati fil-prospectus ta’ l-ITS li kopja tiegħu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kopja tal-prospectus ngħata lil kull applikant meta mar fl-Istitut biex jieħu / jimla l-applikazzjoni. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant, li l-għażla ma ssirx biss fuq il-marki li jingħataw għall-kwalifiki li jkollhom, iżda wkoll fuq marki miksuba fl-interview u fit-testijiet isometriċi li jsirulhom. Il-marki jiġu weighted u t-total jingħadd biex jiġi stabbilit l-ordni tal-mertu. Għalkemm f’dawn l-aħħar sentejn qed jiġi utilizzat aktar spazju fil-campus tal-ITS dan għadu limitat biex jilqa’ għad-domanda kollha. F’każ li min jintgħażel jibdel fehmtu, min ma jiġix aċċettat għax ma jkunx ġie minn ta’ quddiem, jitpoġġa fuq waiting list. Fil-fatt hekk jiġri u r-Reġistratur għadu qed jirċievi riżenji minn studenti. Meta jintemm il-proċess inkun nista’ nwieġeb għall-bqija tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #28596 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Inġenerija Elettronika

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' liema kriterji ddaħħlu l-istudenti li bdew il-kors ma' l-Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika? Xi kwalifiki kellhom dawn l-istudenti? X' jisimhom? Xi kwalifiki kellhom dawk li ma ntagħżlux? Min huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 28582.
Leg 9 PQ #28630 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti Għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 28412?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28649 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti Għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid dawk kollha li applikaw għal xi impjieg mal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija u ma ġewx aċċettati u reklutati meta se jiġu nfurmati li ma ntagħżlux?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull min applika għall-impjieg ma' l-MCAST u ma ġiex aċċettat qed jiġi mgħarraf hekk kif il-post li għalih applika jimtela'. Il-Kulleġġ beħsiebu wkoll jippubblika r-riżultati tal-proċess ta' l-għażla hekk kif dan ikun definittivament kompletat.
Leg 9 PQ #28651 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Serq — Vandaliżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid f' hiex waslu l-investigazzjonijiet dwar 1) is-serqa tal-pittura ta' Ġużeppi Grech mill-Mużew ta' l-Arti? 2) l-attakki vandalistiċi fuq it-tempji ta' l-Imnajdra f' April li għadda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawn iż-żewġ każijiet huma suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwarhom għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #28582 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema kriterji ddaħħlu l-istudenti li bdew il-kors ma' l-Istitut tal-Arti u Disinn tal-MCAST? Xi kwalifiki kellhom l-istudenti magħżula u x'kellhom dawk li ma ntażlux? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta' l-istudenti li ntgħażlu li ġew rifjutati?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru il-kriterji għall-għażla ta' l-istudenti f'xi kors ta' l-MCST huma dawk kif pubblikati fil-Prospektus. Kif diġa' għidt fil-pubbliku l-MCAST ser jippubblika l-Ordni tal-Mertu ta' l-istudenti kollha li applikaw għall-korsijiet. Kopja ta' dan it-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra.

Zebra Crossing — Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax issir zebra crossing u traffic lights fit-triq arterjali traffikuża f' Baħar iċ-Ċagħaq li tieħu għall-Coast road għax hija perikoluża ħafna għal min irid jaqsam it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li saru s-surveys meħtieġa għall-installazzjoni ta' zebra crossing fis-sit imsemmi mill-Onor. Interpellant u d-Dipartiment tat-Toroq diġa ħa ħsieb u qed jipprepara d-dokumenti meħtieġa għas-sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #28584 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

B'liema kriterji ddaħħlu l-istudenti li bdew il-kors ma' l-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Kommunikazzjoni tal-MCAST? Xi kwalifiki kellhom l-istudenti magħżula? Jista' l-Ministru jpoġġi lista ta' l-istudenti magħżula fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' dawk li ma ntagħżlux u l-kwalifiki tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 28582.
Leg 9 PQ #28585 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti — Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi twettqu mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija fis-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jpoġġi rapport ta' ħidma mwettqa għal kull sena msemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif dwar is-snin 1999 u 2000 jista' jinġabar mill-pubblikazzjonijiet uffiċjali maħruġa mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. L-aħħar rapport ta' ħidma uffiċjali li jkopri ż-żmien bejn Settembru u Awissu 2001 qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28586 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Bowser — Baħar iċ-Ċagħaq

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi meħtieġa biex il-bowser li juża l-pumping station ta' Baħar iċ-Ċagħaq joħloq inkonvenjent mill-inqas għar-residenti ta' Xatt il-Palm fl-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat jinvestiga l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #28587 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Malti — Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sehem kellha l-kummissjoni għas-servizz pubbliku fir-reklutaġġ ta' l-erba persuni li fl-aħħr tliet snin ingħataw impjieg full-time mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Skond l-istatut li waqqaf il-Fondazzjoni dwar ix-Xjenza u Teknoloġija fl-1995, din il-Fondazzjoni hija “self-governing body”. Skond l-Artiklu 3 ta’ l-istess Statut, din il-Fondazzjoni Pubblika titmexxa mill-Kunsill ta’ l-istess Fondazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku m’għandhiex sehem fir-reklutaġġ li jseħħ fuq inizjattiva tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.
Leg 9 PQ #28567 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-kulleġġ ikun f'pożizzjoni li jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28411?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 28558 f'Seduta 616.