Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29302 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Marki tas-Swaba

Question

Jista' l-Ministru b' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 29031 jgħid jekk ittiħditx DNA ta' dawk kollha li nġibu mill-pulizija dwar it-tkissir fl-Imnajdra fil-ġimgħa l-kbira li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ma għandi xejn x`inżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29031.
Leg 9 PQ #29303 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Forti Chambray

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi proċeduri għaddejjin biex Forti Chambray tiġi trasferita f'idejn differenti minn dawk li qed jokkupawha bħalissa? X'sehem għandu d-dipartiment ta' l-artijiet f'dan iċ-ċaqliq? Se jkun hemm diskussjoni fil-parlament dwar dan it-trasferiment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet ma għandu l-ebda talba mingħand iċ-ċenswalisti biex il-Fortizza ta` Chambray tiġi trasferita.
Leg 9 PQ #29304 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Website

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom fil-website tagħha l-Awtorita' ta l-Ippjanar tagħti dettalji dwar il-kontravenzjonijiet li jsiru, dwar x'passi jittieħdu, isem l-enforcement officer iżda mbagħad ma ssemmix lil min ikun għamel il-kontravenzjoni? Tikkunsidra ddaħħal dan it-tagħrif fil-website?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni fuq il-web site tal-Awtorita` hija immirata għall-gwida u informazzjoni tal-pubbliku. F`dan ir-rigward, l-Awtorita` timxi skond il-provvedimenti tal-Att ta` l-Ippjanar, kif ukoll fuq linji ta` gwida dwar 'Data Protection'. F`dan il-kuntest, l-isem ta` min għamel il-kontravenzjoni m`huwiex ippublikat u saħansitra f`ħafna sitwazzjonijiet l-anqas ikun magħruf.
Leg 9 PQ #29305 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Institut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi humiex kollha qed jieħdu l-istipendju li huma intitolati għalih? Kemm minnhom mhumiex jieħduh? Meta se jieħduh?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li minn total ta’ 703 student fulltime fuq il-kotba ta’ l-Istitut g[all-Istudji Turisti/i (li minnhom 102 student huma ta[t l-iskema ta’ ESTS u allura jit[allsu mill-ETC), 54 student biss mhumiex intitolati g[al stipendju. Minn dawn il-54 student, 3 huma barranin u g[alhekk skond ir-regolamenti ta’ l-Istitut mhumiex intitolati g[al stipendju. Ir-ra;unijiet g[aliex il-51 studenti l-o[ra ma jie[dux l-istipendju huma varji, i]da dejjem skond ir-regolamenti ta’ l-istess Istitut. Dawn ivarjaw minn g[aliex student ikollu aktar minn 23 sena (mature student), g[al dawk li jkun fadlilhom xi module biex jispi//aw il-kors. Infurmat li l-ewwel [las ta’ l-istipendju g[ax-xahar ta’ Ottubru jit[allas fl-a[[ar ta’ Novembru.
Leg 9 PQ #29283 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Diskussjoni ma l-Istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat ta' diskussjoni saru fl-iskola sekondarja Maria Goretti ta' Ħal Tarxien għall-istudenti tal-Form V? X'kienu t-temi ta' diskussjoni? Kif ġew ippreparati għalihom? Lill-istudenti ppruvaw jgħallmuhom jiddiskutu b'moħħ miftuħ jew ippruvaw jgħallmuhom favur sħubija fl-Unjoni Ewropeja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saret diskussjoni dwar il-Globalizzazzjoni. Dan is-suġġett huwa parti mis-sillabu ta' l-Istudji Soċjali tal-Form 5 u anke għall-eżami tal-Matsec. Fit-tielet ġimgħa ta' Novembru fl-iskejjel ser tkun ċelebrata wkoll il-"Globlisation Education Week" u fiha se jsiru diskussjonijiet dwar il-Globalizzazzjoni. Fil-fatt l-istudenti tal-Form 4 u tal-Form 5 ta' l-iskola Sekondarja Maria Goretti, Tarxien ser jattendu għad-diskussjoni fil-Junior Lyceum Carlo Diacono taż-Żejtun dwar il-Globalizzazzjoni b'enfasi fuq ir-refuġjati. Id-diskussjoni li saret fl-iskola sekondarja tal-bniet Maria Goretti Tarxien ħadu sehem fiha panel ta' studenti li kienu maqsuma f'min kien kontra, min favur u min indeċiż dwar il-Globalizzazzjoni. L-istudenti kienu ppreparati għad-diskussjoni mill-għalliema ta' l-Istudji Soċjali.
Leg 9 PQ #29285 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati taċ-Ċivil — Ftehim Kolletiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'laqgħat saru s'issa mal-Unions dwar il-ftehim kolletiv għall-impjegati taċ-ċivil għas-snin 2002 u 2004? X'laqgħat hemm iffissati bejn l-MPO, l-Ministeru tal-Finanzi u l-Unions sal-aħħar tas-sena 2001? F'hiex waslu n-negozjati li saru s'issa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi sa issa saru laqgħat ma’ dawn il-“unions”:- Il-Union Ħaddiema Magħqudin Il-“Medical Association of Malta” Il-“Malta Union of Teachers” U l-“General Workers’ Union” Meta jintemmu dawn il-laqgħat ma’ “Unions” individwali isiru laqgħat kollettivi. In-negozjati bħal issa huma fi stadju preliminari.
Leg 9 PQ #29288 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Technology Education

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kors fit-Technology Education għall-instructors? Kemm se jieħdu sehem instructors fih? Fejn se jsir? Min se jmexxih? F'hiex jikkonsisti l-kors? Kemm se jkun twil? X'inhuma l-miri li jrid jilħaq dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

S'issa għadhom ma instabux biżżejjed lecturers għall-Kors fit-Technology Education għall-Instructors u Teachers. In-numru ta' Teachers u Instructors li se jieħdu sehem fl-ewwel kors hu ta' 113. Il-Kors se jsir parti fl-Universita` u parti fil-Workshops tat-Technology Education li ġew armati fl-iskejjel. Il-Kors se jitmexxa mill-Fakolta` ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita`. Il-Kors jikkonsisti f'dawn il-credits maqsumin f'erba' modules: Module 1 Mechanical Curriculum Project Energy and Power Design Graphics Module 2 Biotechnology Production Methods Maths Graphics in Technology Module 3 Food Technology Biotechnology in food Module 4 Technology in Teams Design for Special Human Needs Electronic Control Computer Control Il-Kors hu maħsub li jkun ta' seba' xhur. Dan il-Kors hu maħsub li jħarreġ Teachers u Instructors biex ikunu jistgħu jgħallmu s-suġġett "Technical Education" kif propost fil-Kurrikulu l-ġdid.
Leg 9 PQ #29294 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Sir Anthony Mamo

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk hux minnu l-ilment li wasali li l-klassi 6C ta' l-iskola Sir Anthony Mamo ta' B'Kara tħalliet bla kompjuters? X'inhuma r-raġunijiet? Meta se jaslu l-kompjuters?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kopjuters fl-Iskola Sir Anthony Mamo ta' B'Kara tqassmu fis-17 ta' Ottubru 2001. Baqa' xi xogħol ta' l-elettriku li hu maħsub li se jsir fl-inqas żmien possibbli.
Leg 9 PQ #29295 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Temi Zammit

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-iskola Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa kemm kienet is-somma mitluba minn kull student għal sena sħiħa għall-użu ta' locker għas-sena li għaddiet? Kemm hu l-ħlas din is-sena? X'inhi r-raġuni tad-differenza?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena skolastika 2000/2001 il-ħlas għal-locker kien ta' Lm2 għal sena. Għas-sena skolastika 2001/2002, il-ħlas huwa ta' Lm3 għal sena sħiħa. Informat li din iż-żieda kienet meħtieġa għall-manutenzjoni ta' dawn l-istess lockers.
Leg 9 PQ #29296 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Prosthesis tas-Sider

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 u din is-sena kemm-il sejħa għall-offerti saru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jinxtraw prosthesis għal dawk li jkun tneħħielhom sidirhom minħabba l-kanċer? Min tefa' offerti għal dawn is-sejħiet? Min intagħżel? B'liema kundizzjonijiet? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-provvista tal-prosthesis tas-sider?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba n-numru limitat ta` pazjenti li jeħtieġu dan is-servizz il-Prosthesis jinxtraw bl-istess mod li minn dejjem kienu jinxtraw b'LPO, jiġifieri bl-ebda kuntratt.

Auto Mechanics

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 28894 x' passi ħadet il-korporazzjoni? X' riżultati taw dawn il-passi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara li sar l-ilment, rappreżentanti tal-Korporazzjoni ltaqgħu ma' l-apprendist biex jikkonfermaw l-informazzjoni u żaru l-post tax-xogħol indikat. Waqt din il-laqgħa is-superjuri ta' l-apprendist reġgħu ngħataw istruzzjoni li l-apprendist konċernat għandu jingħata biss xogħol relatat mal-kors li huwa qiegħed isegwi u m'għandu jingħata l-ebda xoghol ieħor li ma jikkonċernax il-programm ta' taħriġ. Jidher li din l-istruzzjoni qed tiġi segwita. Minn naħa tagħha l-Korporazzjoni ser issegwi dan il-każ mill-qrib.

San Pawl il-Baħar — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li Triq San Pawl f' San Pawl il-Baħar tingħalaq għat-traffiku? Jekk iva, mnejn se jibda' jgħaddi t-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28579.
Leg 9 PQ #29274 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smart Card

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ l-ismart card tal-istudentessa under seperate cover universitarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenta li għaliha tirreferi din id-domanda għandha aktar minn 30 sena u għalhekk m'hix intitolata għall-istipendju b'mod awtomatiku. L-applikazzjoni tagħha għall-istipendju waslet għand il-Bord fl-20 ta' Ottubru u qed tkun eżaminata flimkien ma' applikazzjonijiet oħra. Deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni tittieħed din il-ġimgħa.
Leg 9 PQ #29276 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Segretarju ta' l-Iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom il-post ta' segretarju ta' iskola vakanti? X'qed isir biex jimtlew dawn il-postijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa għaddej eżerċizzju biex jimtlew is-sittax-il post vakanti ta' School Secretary. Ir-riżultat tas-Sejħa għall-Applikazzjonijiet ġie ppubblikat fit-18 ta' Ottubru 2001 u hu mistenni li fil-ġranet li ġejjin jiġu assenjati fl-iskejjel dawk il-kandidati appuntati u li għadhom interessati fil-post.
Leg 9 PQ #29277 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smart Card

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal studenti post-sekondarji u terżjarji li huma intitolati għall-ismart card iżda għadhom ma ħaduhiex? Meta se jieħduha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ma għandu ebda listi ta' studenti li huma intitolati għall-ismart card u li għadhom ma ħarġux. Hemm numru ta' studenti li għad ma ħadux il-card tagħhom. Dawn huma każi ta' studenti li l-listi tagħhom għad ma waslux għand il-Bord mill-Fakultajiet rispettivi tagħhom fl-Universita`. Hemm studenti oħra li kienu qed jistennew riżultati ta' 'resits' u issa li għandhom riżultati pożittivi qed jibdlu l-istituzzjoni edukattivi tagħhom jew għadhom qed jistennew jiġu msejħa għal xi kors partikolari.
Leg 9 PQ #29279 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Complement tas-Support Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull skola statali x'inhu l-complement tas-support staff 1) responsabbli mit-tindif 2) manutensjoni 3) klerikali Kemm hemm neqsin minn dan il-complement f'kull skola?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29227 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff universitarju għandu l-grad ta' technician u qed jagħmel xogħol akkademiku? Meta se jingħataw il-grad akkademiku għax-xogħol li qed jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29228 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm akkademiċi universitarji li qed jistennew li jingħataw promozzjoni fl-Universita? Meta se toħroġ il-promozzjoni? X' xogħol jonqos isir biex jingħataw il-promozzjonijiet pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li minn 183 applikazzjonijiet għal promozzjoni f'livelli differenti akkademiċi fl-Universita`, fadal jiġu deċiżi 20. Il-kwestjoni tal-promozzjoni tkun tista' tiġi deċiża appena l-Universita` tirċievi r-rakkomandazzjonijiet ta' assessuri indipendenti barranin.
Leg 9 PQ #29231 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x' inhi l-kariga li jokkupa l-Ispettur Manuel Camilleri fl-iskola tal-bniet f' Bormla? Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan għadux Spettur fil-Korp tal-Pulizija jew inkella qalibx għall-għalliem? Jekk fl-affermattiv x' inhi l-proċedura biex dan isir? Għaliex għadu jilbes l-uniformi ta' Spettur? Jista' l-Ministru jinnota li ħafna tfal qed jisfaw bla għalliem ħafna drabi għax dan l-individwu qed ikun għal raġuni oħra assenti mill-iskola? Jista' l-Ministru jara x' passi rimedjarji jistgħu jittieħdu peress li dan l-individwu qiegħed jieħu post għalliema oħra prospettivi meta dan diġa' jokkupa l-kariga ta' Spettur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Sur Emmanuel Camilleri, applika u ġie magħżul biex jgħallem il-PSE fl-iskola sekondarja Erin Serracino Inglott wara li messu hu skond l-ordni tal-mertu ta' l-interview li kien qagħad għalih aktar qabel taħt l-awtorita` tal-PSC. Is-Sur Camilleri iggradwa PGCE u dan tah id-dritt, bħal sħabu li temmew b'suċċess dan il-kors, li japplika għall-post ta' għalliem mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Is-Sur Camilleri baqalu xi kawżi pendenti fil-qorti miż-żmien meta kien uffiċċjal fil-kamp tal-Pulizija u għalhekk għandu arranġamenti ma' l-iskola biex dawn isiru fil-free periods tiegħu, u għalhekk lezzjonijiet mhumiex qed jintilfu. Seta' kien il-każ li, sakemm irranġat ruħha t-time table, intilfu żewġ lezzjonijiet fl-ewwel jum.
Leg 9 PQ #29233 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' pożizzjoni se tittieħed dwar l-ittra mibgħuta minn FA Murphy (kopja ammessa) u li kopja ntbagħtet lili dwar talba biex il-persuna li isimha qed jibntbagħat under seperate cover tiġi mogħtija lura l-flus ta' l-ispejjes li daħlet fihom minħabba informazzjoni żbaljata mill-Ambaxxata Maltija f' Moska?

Response (BORG, JOE)

Mill-informazzjoni li nkisbet sa issa dwar il-każ, ma jirriżultax li l-Ambaxxata Maltija f'Moska tat informazzjoni żballjata lill-individwi in kwistjoni. Infatti, persuni li għal xi raġuni ma jistgħux imorru japplikaw personalment fl-Ambaxxata għall-visa biex jiġu Malta jingħataw struzzjonijiet sabiex imorru għand aġenzija ta' l-ivvjaġġar, li tgħaddi l-applikazzjoni f'isimhom lill-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni f'Malta. L-individwu wkoll jista' jibgħat l-applikazzjoni hu stess, kemm-il darba jimla l-formolarju rikjest kif meħtieġ. Jekk din l-applikazzjoni tiġi aċċettata, toħroġ ittra indirizzata lill-applikant fejn tinfurmah illi meta jasal Malta, jingħata l-visa meħtieġa wara li jippreżenta din l-ittra lill-uffiċċjali ta' l-immigrazzjoni fl-ajruport. L-Ambaxxata Maltija f'Moska ilha tħaddem din is-sistema sa mill-1997, minn meta ġiet introdotta, u sa issa qatt ma rċeviet ilment simili bħal dak li qed iressaq is-Sur Murphy f'isem l-individwu in kwistjoni. L-uffiċċjali ta' l-Ambaxxata li jikkomunikaw bit-telefon ma' l-applikanti huma ta' esperjenza twila f'dan ix-xogħol, u jiċħdu li qatt setgħu taw informazzjoni bħal dik li qed tiġi allegata li ngħatat f'dan il-każ. Minkejja dan, jekk is-Sur Murphy jew l-individwu in kwistjoni jista' jipprovdi evidenza li turi li l-proċedura li dejjem tiġi segwita ma ġietx fil-fatt segwita f'dan il-każ, il-Ministeru jkun lest li jikkunsidra mill-ġdid it-talba magħmula mill-individwu konċernat.